MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
L-Unjoni Ewropea ma trid ebda miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet li ma jħallux is-suq jaħdem regolarment permezz tal-kompetizzjoni ħielsa li tiżgura l-orħos prezzijiet.

Fl-istess ħin l-Unjoni tgħolli l-prezzijiet bit-taxxi li ġġiegħel lill-pajjiżi membri tagħha jagħmlu
* fuq il-prodotti u s-servizzi,
* bħat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT),
* il-‘levies’ fuq il-prodotti taż-żejt u
*
t-taxxa għall-ħarsien ta’ l-ambjent, l-ECO Tax.
Dawn it-taxxi indiretti li l-Unjoni Ewropea tinsisti li jsiru, jgħollu l-ħajja
għal kulħadd, iżda jagħfsu l-aktar lil min għandu dħul
baxx u jonfoq kollox biex jista’ jgħajjex lill-familja.
Jekk
nikkunsidraw x‘jiġri fil-każ tal-VAT, insibu li min jgħix
b’paga minima, xorta waħda jħallas 18 fil-mija tagħha f’taxxa
tal-VAT, minkejja li kulħadd jaqbel li min għandu paga minima, m’għandux
iħallas taxxa fuq id-dħul (income tax).
Għalhekk it-taxxa tal-VAT fuq prodotti u servizzi essenzjali u taxxi
indiretti oħrajn bħala, li l-Unjoni Ewropea tant tiddiletta bihom,
huma anti-soċjali għax jgħakksu lil min ma jistgħax fis-soċjetà,
waqt li mhux lil min jista’, jiflaħ għalihom.
Min għandu dħul biss ta’ €100, jekk toħodlu 18 minnhom bil-VAT,
iħossuhom ħafna aktar minn min għandu dħul ta’ €1,000 u
toħodlu 180 minnhom, bil-VAT, għax dan jibqagħlu €820, filwaqt
li l-ieħor jibqagħlu €82 biss biex jgħix bihom.
L-Unjoni Ewropea ma jimportahiex mill-impatt soċjali tat-taxxi indiretti li
timponi fuq il-poplu, għax għaliha li jimportaha hu li huma l-aqwa
mezz kif il-Gvern idaħħal il-fondi, fil-waqt li huma wkoll l-aħjar
mod kif jiżguraw aktar dħul lil min ibiegħ il-prodotti u s-servizzi.
L-Unjoni, il-gvernijiet, il-bejjiegħa tal-prodotti u s-servizzi jafu u
jgawdu mill-fatt li aktar ma jkun għoli il-prezz tal-prodott jew servizz,
aktar se jkun l-ammont tat-taxxa miġbura, kif ukoll l-ammont tal-qligħ
magħmul fuq il-prodott mibjugħ jew is-servizz mogħti.
Meta l-VAT hija 18 fil-mija u r-rata tal-profitt għal min ibiegħ l-oġġett
jew jagħti s-servizz hija għaxra fil-mija, jekk il-valur ta’ l-oġġett
jew tas-servizz ikun €100, il-Gvern idaħħal €18 mill-VAT u min
ibiegħ l-oġġett jew jagħti s-servizz jagħmel qligħ
ta’ €10.
Iżda
jekk il-valur ta’ l-istess oġġett jew servizz jogħla għal
€150, il-Gvern idaħħal €27 mill-VAT u min ibiegħ l-oġġett
jew is-servizz, jagħmel qligħ ta’ €15.
Dan
l-eżempju juri li għall-Gvern u għal min ibiegħ il-prodotti
jew jagħti servizzi, aktar ma jogħlew il-prezzijiet, aktar jaqblilhom
għax idaħħlu aktar, bil-maqlub ta’ x’jaqbel lill-konsumaturi,
il-poplu inġenerali.
L-Unjoni Ewropea taf dan kollu u trid li dan kollu u s-sehem tagħha
mit-taxxa tal-VAT jikber aktar ma jkun kbir l-ammont miġbur.
L-Unjoni mhix qiegħda tfittex l-interessi tal-konsumaturi – tal-poplu inġenerali
– meta tisħaq li m’għandu jkun hemm ebda forma ta’ kontroll
tal-prezzijiet li jiffishom is-suq u l-kompetizzjoni ħielsa.
Ir-riżultat ta’ din il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea hu li l-prezzijiet
dejjem jogħlew, il-gvernijiet idaħħlu aktar mit-taxxi, min ibiegħ
jagħmel aktar qligħ u s-sehem ta’ l-Unjoni Ewropea mit-taxxa jkun
akbar, waqt li l-poplu jitgħakkes aktar.
M’hemmx
kelma oħra ħlief “viltà”
Eddy Privitera
Nhar
il-Ħamis, 20 ta’ Marzu, ħarġet l-aħbar li l-Gvern reġa’
daħħal lil Malta fil-Partnership for Peace ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern
Laburista fl-1996 kien irtira lill-pajjiżna minn din l-organizzazzjoni
militari, fl-ewwel jiem tiegħu.
Fit-titlu ta’ din il-kitba ddiskrivejt din id-deċiżjoni tal-Gvern
“viltà” minħabba dawn ir-raġunijiet.
L-ewwel
– Il-Prim Ministru ilu jaf x’kien bi ħsiebu jagħmel jekk jirbaħ
l-elezzjoni.
Mhux
biss, iżda żgur kien informa lill-Unjoni Ewropea żmien ilu
x’kien bi ħsiebu jagħmel.
It-tieni
– Il-Prim Ministru ilu erba’ snin fil-kariga sadanittant ma daħħalx
lil Malta fil-Partnership for Peace, iżda ħalla sakemm tgħaddi l-elezzjoni.
Ir-raġuni hija ċara daqs il-kristall.
Beża’
li jekk jagħmel hekk, kien se jsib ma’ wiċċu kritika ħarxa
u se jkunu eluf ta’ votanti, speċjalment ġenituri ta’ membri
fil-Forzi Armati, li xejn ma kienu se jieħdu pjaċir u allura seta’
jitlef il-voti tagħhom.
It-tielet – Din id-deċiżjoni ma dehret imkien fil-programm elettorali
tal-Partit Nazzjonalista.
Minkejja dan il-fatt, kienet l-ewwel deċiżjoni li ħa l-Kabinett il-ġdid.
Possibbli, bħalma nstab post għal 353 wegħda elettorali,
ma setgħax żdiedet wegħda oħra, li jdaħħlu lil
Malta fil-Partnership for Peace?
Huwa dan il-ħabi mill-poplu ta’ dak li jkun fi ħsiebu jagħmel,
iżda li jaf li mhux se jkun popolari mal-votanti, waqt li juri biss dak li
jemmen li se jgħammex l-għajnejn u jiġbed il-voti, bħall-wegħda
tal-ħames bozoz, li ġġiegħlni nuża l-kelma “viltà”.
Niskanta wkoll kif ma jistħux isemmu l-kelma “Partnership”, meta għall-Gvern l-kelma “Partnership” ma teżistix fid-dizjunarju ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk allura teżisti “Partnership” f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ assoċjazzjonijiet militari ta’ l-Unjoni
Ewropea, ma teżistix ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċ,
ma’ relazzjonijiet ma pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, fil-qasam
edukattiv u f’ħafna oqsma oħrajn?
Din l-ewwel deċiżjoni tal-Gvern qabel biss fetaħ il-Parlament u
lejlet il-Ġimgħa l-Kbira (meta ma joħorġux ġurnali) u
meta ma jkunx hemm ġurnali minħabba l-Ġimgħa l-Kbira, żgur
li ħasdet lil ħafna nies.
Inqis din id-deċiżjoni bħala mera ta’ x’ġej għall-poplu Malti fl-ewwel sentejn jew tlieta ta’ din il-leġistratura.
Min emmen il-billbord “Moħħok mistriħ”,
se jinduna li issa moħħu aktar se jinkwieta milli jistrieħ.
U tabilħaqq, jekk għall-Gvern, il-fatt li reġa’ daħħal
lil Malta f’organizzazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea, ma jiksirx in-newtralità
ta’ pajjiżna, meta s-suldati se jkunu jifformaw parti mill-kontinġent
militari Taljan, li żgur mhux kontinġent newtrali, jista’ l-Gvern jgħidilna
x’jifhem bil-kelma “newtralità”?
Il-Partnership for Peace – alleanza militari
Karmenu Mifsud Bonnici
Il-Gvern se jikser il-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Għax il-Kostituzzjoni tgħid li Malta għandha tirrifjuta li tieħu sehem f’alleanzi militari.
Il-Gvern se jsieħeb lil Malta fl-alleanza militari Partnership for Peace tan-NATO.
Għalhekk
il-Gvern se jikser il-Kostituzzjoni.
L-istqarrija li l-Gvern għamel dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Partnership
for Peace taħbi t-tifsira reali ta’ dan il-pass gravi għall-ħarsien
tal-poplu tagħna.
Kienu l-istqarrijiet dwar dan
il-fatt tar-rappreżentanti tar-Renju Unit u ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
li taw it-tifsira vera ta’ dan il-pass u kixfu l-ipokrezija ta’ l-istqarrija
tal-Gvern.
Il-Kummissarju Għoli
Ingliż Nick Archer huwa rrapportat li qal dwar il-parteċipazzjoni ta’
Malta fil-Partnership:
“The
key thing for us is that Malta will be able to participate more fully in
European Security and Defence Policy (ESDP) activity, which means that it can in
future make a bigger contribution to keeping Europe safe and to the EU’s
effort to create a more peaceful world”.
Mela skond il-Kummissarju Ingliż, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna
fil-Partnership tfisser li Malta se tieħu sehem akbar fl-attivitajiet
tal-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà u d-difiża u se tgħin biex
jikber il-ħarsien fl-Ewropa. Naturalment dan pajjiżna se jagœmlu
bil-kontribuzzjoni militari li se jagħti.
Min-naħa
tiegħu, l-Acting Under Secretary of State for Political Affairs ta’ l-Istati
Uniti qal:
“The
United States welcomes Malta’s decision to request reactivation fo its
cooperation with NATO’s Partnership for Peace (PfP) and the Euro-Atlantic
Partnership Council. These institutions make a valuable contribution to
Euro-Atlantic security and dialogue. PfP has effectively strengthened
relationships between states in Europe and North America, increased cooperation
and underlined our common commitment to democratic principles”.
Din l-istqarrija ta’ l-Under Secretary Amerikan, Daniel Fried, turi biċ-ċar
li l-Partnership for Peace hija fergħa tan-NATO u li min jieħu sehem
fil-Partnership, ikun qed jikkontribwixxi militarment għas-sigurtà Ewropea
u Atlantika.
Tikxef
ukoll li Malta se tipparteċipa fil-Kunsill ta’ l-Euro-Atlantic
Partnership, li wkoll għandu fost l-għanijiet tiegħu, għan
militari u ta’ sigurtà.

M’hemmx dubbju li l-Partnership for Peace hija alleanza militari.
Tant hija hekk, li l-Forzi Armati ta’ Malta se jieħdu sehem fiha.
M’hemm lanqas dubbju, li l-għanijiet tagħha huma militari u l-operazzjonijiet tagħha huma operazzjonijiet militari.
Proprju
minħabba n-natura militari tagħha, pajjiżna ma jistax jipparteċipa
fiha jekk ma jridx imur kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Gvern qed jikser il-Kostituzzjoni li ħalef li jkun leali lejha.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis,27 ta’ Marzu, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ