MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Se jiżdied il-ħruġ ta’ Malta lill-UE
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
F’laqgħa
għall-membri tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI,
il-Mexxej tas-CNI
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici sostna li wara li l-Parlament Ewropew ma
approvax il-budget ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin
2007-2013, issa l-pajjiżi membri se jkollhom iħallsu aktar
kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-istess
UE.
Huwa enfasizza
li minn dak li qiegħed jintqal jidher li minkejja li Malta se toħroġ
aktar flus, minn kemm kien miftiehem ftit tal-ġimgħat ilu, id-dħul
ta’ flus lejn Malta mill-Unjoni Ewropea se
jibqa’ dak li kien miftiehem ftit tal-ġimgħat ilu.
Fil-laqgħa l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, fisser lill-membri preżenti
li l-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali mhix se ċċedi
l-armi tagħha u se tkompli taħdem biex f’Malta jkun hawn maġġoranza
kontra l-UE.
Huwa qal li l-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali
se tibqa’ tiġġieled biex pajjiżna joħroġ mill-UE
minħabba li dawk il-biżgħat li kienet issemmi is-CNI
qabel ir-referendum issa qegħdin iseħħu kollha.
Semma kif l-UE qiegħda taffettwa b’mod
negattiv liċ-ċittadini u familji Maltin minħabba l-għoli
tal-ħajja, fejn l-UE ma tippermettix li jkun hemm kontroll fuq dan.
Dr Mifsud
Bonnici tkellem ukoll fuq l-impjiegi u qal li anke f’dan il-qasam, Malta
sofriet minn telf ta’ impjiegi.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici spjega lil dawk preżenti li fix-xhur li
ġejjin, il-poplu Malti se jkollu jesperjenza wkoll fattur ieħor
negattiv ta’ l-UE u dan se jkun fuq
il-qasam
tal-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali.
Enfasizza kif l-Unjoni Ewropea ma tridx li
l-Gvernijiet ihennu għall-anzjani u pensjonanti, għax tqis li
l-pensjonijiet qegħdin ikunu ta’ piż għall-ekonomiji.
Huwa qal li f’Malta se jkollha ddaħħal sistema fejn parti mill-pensjoni tingħata mill-Gvern u parti oħra mill-privat, u sostna li għalhekk flus il-Maltin se jispiċċaw imorru barra minn Malta, għax m’hawn ebda kumpanija lokali li tipprovdi skemi tal-pensjonijiet.
Semma wkoll kif il-qliegħ ta’ dawn il-kumpaniji, se jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema, li jkunu qegħdin jikkontribwixxu biex ikollhom pensjoni aktar ‘l quddiem.
Tkellem ukoll fuq il-każ tal-kumpanija
Sea Malta u qal li
l-UE ordnat lill-Gvern Malti biex ma jibqax iżomm l-isħma
tiegħu f’din il-kumpanija.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li jekk il-Gvern ma kellux jibqa’ jżomm
l-akbar numru ta’ isħma fil-kumpanija, kien imissu tahom lill-Maltin u
b’hekk kien jipprivatizzaha u n-negozju tas-Sea Malta kien jibqa’ f’idejn
il-Maltin.
Sostna li l-prezzijiet li kienu jitħallsu mill-barranin li jixtru prodotti
minn Malta u minn dawk li qegħdin jibgħatu prodotti lejn Malti, kien
jibqa’ idaħħalhom il-pajjiż.
Dr
Mifsud Bonnici enfasizza li kieku sar dan ma kienx ikun hemm is-sensji ta’
144 impjegat u ma kienx jiġri li t-telf tan-nolijiet tat-trasport
tal-merkanzija importata u ta’ dik esportata minn pajjiżna.
Ic-Chairman semma kif illum ħafna mill-investiment fil-pajjiżi ta’
l-UE qiegħed imur lejn pajjiżi Asjatiċi fosthom iċ-Ċina, fejn imbagħad dawn il-fabbriki jibgħatu l-prodotti
tagħhom lejn l-Ewropa.
Dr Mifsud Bonnici qal li dawn qegħdin imorru f’dawn il-pajjiżi għax hemmhekk l-ispejjeż tal-produzzjoni huma baxxi ħafna u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema huma mill-agħar u għalhekk il-prodott jista’ jinħadem bi ftit flus.
Huwa semma kif l-UE ma tagħtix każ ta’ l-isfruttament tal-ħaddiema fil-pajjiżi barra l-Unjoni fejn imur l-investiment finanzjarju u l-industriji li jżarmaw fil-pajjiżi membri ta l-UE.
Huwa qal ukoll li l-konsegwenzi ta’ din il-politika
huma li l-prodotti maħdumin barra l-UE jieħu post dawk li kienu jinħadmu fil-pajjiżi
ta’ l-UE.
Kompla jgħid li minħabba dan fl-UE hemm miljuni ta’ ħaddiema bla xogħol u sakemm l-UE ma tbiddilx il-politika tagħha, jibqgħu jonqsu
l-prodotti maħdumin fil-pajjiżi ta’ l-UE u jibqgħu jonqsu l-ħaddiema u l-impjegati.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, waqt li fisser lill-membri li issa is-CNI għandha uffiċċju ġdid fil-Belt fejn minn dan l-uffiċċju tista’ tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha u anke żżid l-attività tagħha.
Tenna li dan se tagħmlu biex tkompli tinforma lill-poplu Malti kemm dan qiegħed jiġi milqut ħażin mis-sħubija sħiħa ta’ Malta fl-UE.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar, 2006.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar