MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Il-Parlament għandu jingħata l-opportunità jiddiskuti l-Kostituzzjoni Ewropea
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej
tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI,
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, f’konferenza stampa li saret il-bieraħ fil-għodu,
irrefera għall-fatt li l-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi se jmur jiffirma
it-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea u enfasizza li l-Parlament għandu jingħata
l-opportunità li jiddiskuti l-Kostituzzjoni Ewropea.
Huwa
saħaq ukoll li l-poplu Malti għandu jkun infurmat sew fuq din
il-Kostituzzjoni Ewropea.
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici qal li “bħala Kampanja Ħelsien Nazzjonali
jidhrilna li l-isem fit-trattat hu falz u dan minħabba l-fatt li t-Trattat
jgħid li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Irridu ngħidu
aħna li l-Kostituzzjoni mhix ta’ l-Ewropa iżda hi ta’ l-Unjoni
Ewropea. Dawn il-pajjiżi Ewropej u li m’humhiex fl-Unjoni Ewropea ma jaqgħux
taħt din il-Kostituzzjoni”.
Il-Mexxej tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
qal li Malta għandu
jkollha diversi oġġezzjonijiet għall-Kostituzzjoni Ewropea.
Hu semma’ Artiklu 6 tal-Kostituzzjoni Ewropea u qal li dan jgħid li l-liġijiet
kollha ta’ l-Unjoni Ewropea u din il-Kostituzzjoni se jkollhom il-primat fuq
il-liġijiet tal-pajjiżi membri u dan jinkludi primat fuq
il-Kostituzzjoni li għandhom l-istess pajjiżi.
Dr
Mifsud Bonnici enfasizza li l-Kostituzzjoni ta’ Malta f’sezzjoni 6 tgħid
li jekk ikun hemm xi liġi li tkun inkonsistenti ma’ xi parti
mill-Kostituzzjoni ta’ Malta dik l-istess liġi ma jkollhiex effett.
Huwa qal li Malta għandha l-obbligu li tħares il-Kostituzzjoni tagħha
u għalhekk m’għandux isir l-iffirmar biex tkun adottata
l-Kostituzzjoni Ewropea, liema Kostituzzjoni tgħid li hi suprema.
“Jekk
nirratifikaw il-Kostituzzjoni Ewropea, inkunu qegħdin inmorru kontra
l-Kostituzzjoni Maltija”, qal Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.
L-Avukat Mifsud Bonnici saħaq li “jekk il-Parlament Malti jirratifika
l-Kostituzzjoni Ewropea b’maġġoranza sempliċi, aħna
ninsistu li allura s-sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni Maltija tibqa’ sħiħa.
Jekk il-Parlament Malti jirratifika l-Kostituzzjoni Ewropea b’aktar minn
żewġ terzi, allura wieħed ikun jista’ jikkonkludi li dan
ifisser li ġie megħlub dak li tgħid il-Kostituzzjoni Maltija
f’sezzjoni 6.
Il-membri
Parlamentari Maltin ħadu ġurament ta’ lealtà lejn il-Kostituzzjoni
Maltija u għalhekk m’għandhomx jivvutaw favur il-Kostituzzjoni
Ewropea. L-Oppożizzjoni ivvutat kontra it-Trattat li sar bejn Malta u
l-Unjoni Ewropea. Dak l-istess Trattat qiegħed ikun ripetut
fil-Kostituzzjoni Ewropea. L-Oppożizzjoni ma tistax tivvota favur
il-Kostituzzjoni Ewropea, għax inkella tkun qiegħda tmur kontra l-vot
li ħadet is-sena l-oħra.”
Il-Mexxej tas-CNI
semma’ ukoll l-Artiklu 41 li jittratta l-politika komuni ta’ difiża.
L-Avukat Mifsud Bonici qal li dan jagħmel obbligu fuq kull stat membru li jintervjeni meta xi pajjiż ikun attakkat.
Huwa
saħaq li
“għalhekk Malta hi obbligata li tiddefendi lil xi pajjiż li jkun
ġie attakat. Dan l-obbligu jmur kontra l-Kostituzzjoni Maltija.”
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici tkellem ukoll dwar il-kwistjoni ta’ l-unanimità
fid-deċiżjoni u qal li mhux veru li fid-deċiżjonijiet
rigward politika barranija dejjem hi meħtieġa l-unanimità.
Huwa
qal li hemm ħames każi, fejn il-Kostituzzjoni Ewropea tgħid li
d-deċiżjoni tittieħed b’maġġoranza kwalifikata.
Tkellem ukoll fuq Artiklu 43 tal-Kostituzzjoni Ewropea, li hu ddeskrivieh bħala
‘perikoluż ħafna’ u qal li f’każ ta’ xi attakk
terroristiku fuq xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea, Malta hi obbligata li
tintervjeni.
L-Avukat Mifsud Bonnici semma’ il-maġġoranza kwalifikata fid-deċiżjoni
u qal li fil-Kostituzzjoni Ewropea hemm ħafna ‘taħwid’ rigward din
il-materja.
Huwa qal li l-Kostituzzjoni Ewropea tgħid li biex ikun hemm maġġoranza kwalifikata irid ikun hemm qbil fost 55 fil-mija tal-membri tal-kunsill, jew 15-il membru, kif ukoll li dawn ikunu jirrappreżentaw 65 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kompla jgħid li “fuq il-minoranza il-Kostituzzjoni tgħid li dawn iridu jkunu ta’ mhux aktar minn tlett membri u għalhekk maġġoranza kwalifikata irid ikollha 22 membru.”
Huwa
fisser din is-sistema bħala li ‘ma tagħmilx sens’.
Dr. Mifsud Bonnici qal li “l-Kampanja Ħelsien Nazzjonali tħossu li
hu importanti ħafna li l-poplu Malti jkun infurmat sewwa dwar il-kontenut
tal-Kostituzzjoni Ewropea. Noġġezzjonaw għall-atteġġjament
ta’ l-MIC, minħabba li dawn qegħdin jgħidu li l-Kostituzzjoni
Ewropea m’hu se jkun fiha xejn ġdid. F’pajjiżna diġa` bdiet
kampanja favur il-Kostituzzjoni Ewropea, mingħajr ma’ l-poplu ingħata
l-opportunita li jkun infurmat sewwa.
Il-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali qiegħda toġġezzjona bil-kbir għaċ-ċaħda
li qiegħda ssir lilha minn mezzi tax-xandir biex tagħti l-veduti tagħha.
Ilna żmien ninsistu mal-PBS u ma’ l-Awtorità tax-Xandir, li hekk kif
il-poplu qiegħed jingħata kampanja favur il-Kostituzzjoni, l-istess
poplu għandu jingħata aċċess li jisma l-kampanja li hi
kontra. Bħala Kampanja Ħelsien Nazzjonali bi ħsiebna inġibu
dan il-fatt għall-attenzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-prinċipju demokratiku li kulħadd ikollu aċċess għal
opinjonijiet differenti qiegħed jiġi imkasbar.”
Huwa żied jgħid li kien hemm diversi organizazzjonijiet li ħadu
fondi, iżda l-Kampanja Ħelsien Nazzjonali qatt ma ingħatat fondi,
fatt li s-CNI
ukoll se ġġibu għall-attenzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għamel riferenza ukoll għad-dikjarazzjoni dwar in-newtralita li
kienet inkluża fit-Trattat li ffirma l-Gvern Malti, u qal li din issa tneħħiet
mit-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea.
Dr
Mifsud Bonnici enfasizza li hi ħasra li l-Prim Ministru se jmur jiffirma
it-Trattat tal-Kostituzzjoni mingħajr ma jkun sar dibattitu dwarha.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 26 ta’ Ottubru, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar