MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Kawża tal-ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea: Irrifjutat il-bini ta’ żewġ vapuri
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
It-Tarzna,
fil-jiem li għaddew, irrifjutat u lanqas biss ikkunsidrat żewġ
talbiet biex jiġu mibnija vapuri f’Malta, u dan minħabba li
fil-ftehim ma’ Malta l-Unjoni Ewropea mponiet li “bini ta’ vapuri ma
jistax jaqbeż produzzjoni annwali massima ta’ 10,000 tunnellaġġ
gross ikkumpensat”.
Dan kixfu l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici waqt li kien qed jindirizza konferenza
stampa tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI),
u li matulha spjega l-qerq tal-Gvern Nazzjonalista f’dak li nnegozja ma’ l-UE
fir-rigward tat-Tarzni ta’ Malta.
Iċ-Ċhairman tas-CNI
ikkundanna lill-Gvern Malti talli xerred informazzjoni “qarrieqa” lill-poplu
Malti dwar it-Tarzna, u kkundanna l-UE talli għalqet għajnejha meta
kienet taf b’tali informazzjoni qarrieqa.
Dr. Mifsud Bonnici kixef wkoll kif il-Prim Ministru fis-6 ta’ Ottubru 2001
kien qabbad it-Task Force għat-Tarzna biex tagħmel pjan ta’
ristrutturar meta rapport dwar dan kien diġà ntbagħat lill-UE.
Huwa kompla jsostni li sa l-1 ta’ Ottubru 2001, l-UE kienet diġà tat l-ewwel reazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ ristrutturar tat-Tarzna.
It-Task Force ġiet imqabbda tagħmel il-pjan fis-6 ta’ Ottubru 2001 u lestitu fil-11 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena.
Iċ-Ċhairman
tas-CNI
sostna li dan huwa xiehda ta’ kif il-Gvern qarraq anke lit-Task Force għax
ikkummisjonaha tagħmel rapport li kien diġà ntbagħat lill-UE.
Waqt il-konferenza stampa l-Avukat Mifsud Bonnici spjega kif il-qasam tal-bini
tal-vapuri se jispiċċa għax skond il-ftehim ta’ l-Malta ma’
l-UE, l-għadd ta’ xogħol bniedem f’siegħa (‘man-hours’)
li jista’ isir għal bini ta’ vapuri huwa disponibbli għal forza ta’
xogħol produttiva li huwa biss ta’ 365,000 siegħa.
Dan
iħalli biss ċans biex it-taqsima ta’ bini tal-vapuri tibni il-qafas
tal-vapuri biss, qal iċ-Ċhairman tas-CNI.
Huwa
spjega li dan l-ammont joħroġ billi mill-ftehim li l-UE imponiet fuq
Malta n-numru ta’ xogħol bniedem f’siegħa disponibbli għal
forza tax-xogħol produttiva ppjanata għal bini ta’ vapuri, tiswija
ta’ vapuri u l-konverżjoni ta’ bastimenti għandu jkun ta’ 2.4
miljuni ta’ xogħol bniedem f’siegħa kull sena.
Fil-punt li jsegwi fil-ftehim dwar it-Tarzna, jgħid li l-għadd ta’
xogħol bniedem f’siegħa mibjugħ għat-tiswija ta’ vapuri
u għall-konverżjoni ta’ vapuri ma għandhux jeċċedi
l-2,035,000 xogħol bniedem f’siegħa.
Waqt il-konferenza stampa Dr. Mifsud Bonnici kixef wkoll li skond il-ftehim, Baċir
Numru Wieħed tal-Malta Drydocks għandu jingħalaq għall-bini
ta’ vapuri, konverżjoni ta’ vapuri u tiswija ta’ vapuri għal
mill-anqas 10 snin mid-data tal-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturar.
Il-ftehim jgħid li
“jekk
il-baċir magħluq jerġa’ jintuża għal attivitajiet oħra,
dawn għandhom ikunu indipendenti mill-kumpaniji li huma proprjetarji tat-tarznari
fil-preżent u ma jistgħux ikollhom x’jaqsmu ma’ bini ta’ vapuri,
tiswija ta’ vapuri jew konverżjoni ta’ vapuri”.
Dan, jgħid Dr. Mifsud Bonnici, m’hu xejn ħlief għotja tal-Gvern
Malti, li biex jissodisfa l-impożizzjoni ta’ l-UE, kellu jnaqqas il-kapaċità
produttiva fiżika (‘physical productive capacity’) tat-Tarzna u
b’hekk naqqset baċir wieħed minn sebgħa biex tnaqqas għal
sitta n-numru ta’ baċiri.
Dawn il-limitazzjonijiet imposti fuq it-Tarzna, qal iċ-Ċhairman tas-CNI,
huma biss minħabba li Tarzni oħra fl-UE jeżisti kapaċità eċċessiva.
Huwa
jsostni li dawn il-limitazzjonijiet eċċessivi huma ta’ dannu kbir għal
Malta peress li l-pajjiż irid jiġbed aktar xogħol lejn Malta minn
barra l-pajjiż, iħaddem in-nies li jeżistu mat-Tarzna b’aktar
mod produttiv u jdaħħal aktar qligħ mill-valur ta’ munita
barranija.
L-istqarrija tas-CNI tgħid li
“madankollu
għall-UE in-neċessitajiet fundamentali ta’ Malta m’humiex
importanti daqs ir-regoli tas-suq ta’ l-Unjoni u l-politika dwar
il-kompetizzjoni”.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li dawn il-miżuri kollha huma kollha oġġezzjonabbli
fihom infushom, iżda huwa aktar kundannabbli li l-Gvern ma għarrafx
lill-poplu dwar dan kollu.
Minbarra
hekk huwa kkundanna wkoll l-UE talli fil-ħabi ta’ l-informazzjoni kienet
kompliċi mal-Gvern Malti.
Il-Pjan ta’ Ristrutturar tat-Task Force jgħid li matul is-seba’ snin ta’
ristrutturar it-turnover tat-Tarzna huwa stmat li jilħaq Lm26.47 miljuni
filwaqt li fil-Pjan għal Ri-organizzazzjoni fit-Tarzna ta’ ftit xhur
qabel, Lulju 2001, huwa stmat li l-istess turnover jilħaq ‘il fuq minn
Lm35 miljun, diskrepanza ta’ Lm8.5 miljuni minn rapport għall-ieħor.
Meta mistoqsi dwar x’jaħseb li għandha tkun it-triq ’il quddiem
tat-Tarzna biex toħroġ mill-problemi kbar li għandha, l-Avukat
Mifsud Bonnici qal li l-pjan ta’ ristrutturar tat-Tarzna Appledore, imħejji
mill-Partit Laburista fi żmien li għamel fil-Gvern bejn l-1996 u
l-1998 kien l-aħjar soluzzjoni.
Huwa
qal li r-rapport Appledore kien jgħid li l-workforce tat-Tarzna għandu
jinqasam fuq tliet binarji, jiġifieri, tiswija ta’ vapuri, intrapriżi
tat-Tarzni u numru supplimentati ta’ ħaddiema li jagħtu servizz fiż-żewġ
units l-oħrajn.
Dan ir-rapport kien anke sab il-kunsens tal-unions tant li kienu kkoperaw.
Iżda
l-Partit Nazzjonalista, meta tela’ fil-Gvern fl-1998 kien waqqaf dan il-pjan
biex beda kollox mill-ġdid skond ma mponietlu l-Unjoni Ewropea.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
26 ta’ Awissu, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ