MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista: Karmenu Mifsud Bonnici għadu ma fformolax il-mozzjoni dwar l-Unjoni Ewropea
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
L-Avukat
Karmenu Mifsud Bonnici bħala delegat tal-Partit Laburista qal li għadu
ma fformolax il-mozzjoni li mistenni jressaq quddiem il-Konferenza Ġenerali
tal-Partit Laburista dwar l-Unjoni u qal li se jagħmel dan meta jifhem il-ħsieb
tad-delegati dwar x’jixtiequ mill-mozzjoni. Dr Mifsud Bonnici qal dan waqt
il-konferenza stampa tal-Kampanja ghall-Ħelsien Nazzjonali.
Huwa qal li b’hekk għadu mhux f’pożizzjoni jgħid jekk hux se
jinkludi parti fil-mozzjoni li tgħid li l-Partit Laburista meta jkun
fil-Gvern jintrabat li joħroġ lil Malta mill-Unjoni Ewropea.
Huwa
sostna li x’aktarx fil-mozzjoni ma jinkludix dan għax jemmem li l-Partit
għandu jibqa’ jiġġieled fuq il-ftehim żvantaġġjuż
li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-UE. “Il-ġlieda
m’għandhiex tkun ma’ l-UE imma għandha tkun dwar il-ftehim li l-Gvern
innegozja ma’ l-UE”, qal Dr Mifsud
Bonnici.
L-ex Mexxej Laburista qal li ma jarax għalfejn ikun hawn dan l-għaġeb
kollu dwar il-mozzjoni li se jressaq hu għax kull partit f’pajjiż
ċivilizzat u demokratiku jkollu fazzjonijiet li jitħabtu biex
il-politika tagħhom tkun dik li l-partit stess iħaddan.

Fl-istess
ħin hu wiegħed il-lealtà tiegħu lejn il-partit u lejn dak li
tiddeċiedi l-Konferenza Ġenerali billi qal li b’hekk hu qed jisħaq
ħafna li huwa “delegat għal għomru”.
Dr Mifsud Bonnici qal li minn dawk li rrispondewh s’issa l-appoġġ li
sab huwa ftit aktar minn dawk li ma qablux ma’ dak li qed jipproponi l-Avukat
Mifsud Bonnici.
Huwa għal darba darbtejn sostna li l-ġlieda tal-Partit Laburista m’għadhiex
tkun kontra l-Unjoni Ewropea, iżda kontra l-ftehim żvantaġġjuż.
Allura, staqsa l-Avukat Mifsud Bonnici, “x’hemm
ħażin billi fazzjoni mill-Partit timmilita demokratikament biex
il-Partit jibqa’ joġġezzjona għall-ftehim ta’ sħubija sħiħa
ma’ l-UE?”
Huwa
qal li l-linja tiegħu quddiem id-delegati tal-Partit Laburista se tkun biex
il-Partit Laburista jaħdem biex ibiddel il-ftehim żvantaġġjuż
ma’ l-Unjoni Ewropea.
Sadanittant huwa ħabbar li l-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali se
jibda jxandar programm kull ġimgħatejn fuq Smash TV.
Il-programm
li se jkun jismu “Mill-kliem għall-fatti” u se jibda mil-lum fit-8.20
ta’ fil-għaxija u jkollu ripetizzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fil-għodu.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
26 ta’ Awissu, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ