MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI
L-akbar kontribut li Malta tista’ tagħti lil-Libja
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-gwerra fil-Libja daħlet fir-raba’ xahar u Malta għadha m’għamlet xejn biex tipprova twaqqaf il-ġlied.

Anzi
l-Gvern Malti qiegħed jappoġġja l-attakki li xi wħud mill-pajjiżi tal-Unjoni
Ewropea, bħal Franza, l-Ingilterra u l-Italja qegħdin jagħmlu fuq l-ibliet
Libjani b’dannu kbir għall-popolazzjoni ċivili.
L-Unjoni Ewropea ma tridx li fil-Libja l-ġlied jieqaf sakemm il-Gvern Libjan
jibqa’ ma jwarrabx, u l-Gvern Malti qiegħed isostni din il-politika ta’
aggressjoni sfaċċata, bl-iskuża li l-poplu Libjan irid bidla fil-Gvern, meta hu
fatt ċar li hemm qasma kbira fil-Libja bejn dawk li jappoġġjaw lill-Gvern u dawk
li huma kontrih.
L-Unjoni Ewropea trid li fil-Libja jkun hemm soluzzjoni politika biex il-ġlied
jieqaf, fil-waqt li r-raġuni tgħid li għandu l-ewwel ikun hemm waqfien mill-ġied,
biex imbagħad il-partijiet ikunu jistgħu jiddiskutu x’għandha tkun is-soluzzjoni
politika tal-kriżi fil-pajjiż, skont ir-rieda ħielsa tal-poplu Libjan kollu.
Il-Gvern Malti qiegħed jaqbel mal-linja politka tal-Unjoni Ewropea minkejja li jaf li aktar ma jdum ma jieqaf il-ġlied, aktar jikber l-għadd ta’ Libjani li qed jinqatlu u li qed jiġu feruti, mhux biss fost is-suldati, iżda anke fost il-popolazzjoni ċivili.


L-Unjoni
Ewropea qiegħda tappoġġja lir-ribelli Libjani li waqqfu Gvern proviżorju
f’Benghazi u għalkemm l-Unjoni għadha ma tathomx l-għarfien uffiċjali ta’ Gvern
tal-Libja kollha, bħalma għamlu Franza u l-Italja, qiegħda tatihom ħafna
għajnuna, u f’dawn il-ġranet, Lady Ashton, ir-rappreżentanta tal-politika
barranija tal-UE marret Benghazi tiftaħ l-uffiċċju tal-UE f’dik il-belt.
Hi pubblikament qalet li s-27 pajjiż membru tal-UE (inkluża Malta) u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE kienu qegħdin jappoġġjaw il-ġlieda tagħhom kontra l-Gvern Libjan.
Lady
Ashton m’għamlet l-ebda sforz biex tħeġġeġ lir-ribelli jaċċettaw waqfien mill-ġlied
u meta bi kliemha hi inkoraġġithom biex jissoktaw fil-ġlieda tagħhom, hi
tkellmet ukoll għan-nom tal-Gvern Malti li hu msieħeb fl-UE.
Iżda Malta, li għandha d-dmir li taħdem għall-paċi fost il-ġnus, ma jmissha qatt
tappoġġja politika ta’ tkomplija tal-gwerra inkoraġġita mill-UE, aktar u aktar
meta l-gwerra tkun f’pajjiż qrib tagħna u meta hemm ħbiberija bejn iż-żewġ popli.
Hu mhux biss fl-interess tal-poplu Libjan li fil-pajjiż ma jkunx hemm il-ġlied,
iżda hu wkoll fl-interess tagħna l-Maltin jekk ma rridux nitilfu l-postijiet
tax-xogħol ta’ mijiet ta’ ħaddiema Maltin fil-Libja, kif ukoll in-negozji u l-investimenti
ta’ ħafna Maltin
f’dak
il-pajjiż, u madwar €80 miljun ta’ esportazzjoni
minn Malta lejn il-Libja kull sena.
M’hemmx dubju li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-Libja hi ddettata minn
Franza u l-Ingilterra, għalkemm l-akbar pajjiż tal-Unjoni, il-Ġermanja, ma
jaqbilx mal-intervent militari ta’ Franza, l-Ingilterra u l-Italja fil-Libja.
Il-Gvern
Malti lanqas kellu d-dehen li jagħmel bħall-Gvern Ġermaniż u ma japprovax l-intervent
militari fil-Libja minkejja li l-Kunsill tas-Siġurtà tal-Ġnus Magħquda
awtorizzah.
Il-Ġermanja li qiegħda fin-NATO, mhix tapprova l-attakki tan-NATO fuq il-Libja, fil-waqt li Malta, li mhux fin-NATO, qiegħda tappoġġja l-attakki tan-NATO.
Il-Ġermanja, għalkemm hi membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda ma
qablitx mad-deċiżjoni tal-Kunsill li awtorizzat l-attakki militari fuq il-Libja,
u mhix qiegħda taqbel magħhom.
Waqt
li Malta, li jmissha għandha politika kontra l-gwerra għax għandha dmir taħdem
attivament għall-paċi fost il-ġnus, qablet u qiegħda tappoġġja l-attakki
militari li n-NATO qiegħda kull lejl tagħmel fuq l-ibliet u l-popolazzjoni
ċivili Libjana.
Fil-ħuġġieġa tal-gwerra ċivili li hemm fil-Libja, l-Unjoni Ewropea qiegħda aktar
tkebbes in-nar milli tipprova titfih, u l-Gvern Malti hu kompliċi bis-sehem li
Malta qiegħda tieħu fil-‘Contact Group’ tal-pajjiżi li jifformaw koalizzjoni, li
ħafna tawha l-isem ta’ ‘Coalition of Evil’.
Għaliex hu dijaboliku li tgħid li qiegħed tipproteġi l-popolazzjoni ċivili meta bl-azzjonijiet tiegħek, u bis-sanzjonijiet li tapplika, tkun qiegħed tagħmel ħsara kbira lill-poplu tal-pajjiż.
Il-bumbardamenti fil-belt ta’ Tripli mhumiex għajr atti maħsubin biex
jitterrorizzaw lill-popolazzjoni ċivili, barra l-imwiet u l-ferimenti li
jikkaġunaw.
L-attakki fuq il-portijiet Libjani mhumiex isiru biex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili.
L-imblokk tat-trasport tal-merkanzija lejn il-Libja u tal-passiġġieri minn dak il-pajjiż huma ta’ ħsara għall-popolazzjoni ċivili.
L-għoti tal-armi u l-armamenti lir-ribelli jgħinu biex jikber il-ġlied u mhux
jonqos.
Ir-rifjut li jsir waqfien mill-ġlied jekk qabel ma jitwarrabx il-Gvern Libjan hu atteġġjament assurd li hu maħsub biex ma jwassalx għal soluzzjoni paċifika tal-kriżi.
Għalhekk
il-politika tal-koalizzjoni hi politika ta’ qerq (evil) għax hi ipokrita u taħbi
l-għanijiet veri tal-pajjiżi li qegħdin jattakkaw lil-Libja għall-interessi
strateġiċi tagħhom.
Il-fatt li l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus
Magħquda awtorizza s-sanzjonijiet u l-attakki kontra l-Libja ma jagħmilhomx
ġusti u lanqas huma legalment korretti.
Mhux ġusti għax qegħdin jagħmlu ħsara lill-poplu, u mhux legalment korretti għax mhux skont il-provvedimenti tal-Ġnus Magħquda li ma jiġġustifikawx indħil militari fi gwerra ċivili f’pajjiż membri.
Il-Gvern
Malti jaf b’dan, iżda l-Gvern qiegħed jissagrifika l-ġieħ tal-pajjiż biex iservi
fedelment lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, allavolja dan mhux fl-interess
nazzjonali tagħna.
Aktar
ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tiżdied l-aggressjoni kontra l-poplu Libjan.
L-aqwa għajnuna li l-poplu Malti jista’ jagħti lill-poplu Libjan hi l-għajnuna biex mill-aktar fis, mingħajr aktar dewmien, ikun hemm waqfien mill-ġlied effettiv u l-għoti ta’ kull għajnuna meħtieġa lis-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni ċivili.
Meta jieqaf il-ġlied, in-naħat kollha għandhom jiġu mgħejjunin biex jiddiskutu u
jisbu l-aħjar ftehim aħħari għall-pajjiż, li jkun skont ir-rieda ħielsa
tal-poplu kollu, u b’rispett għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ kulħadd.
Malta għandha tħeġġeġ biex issir rikonċiljazzjoni u paċifikazzjoni nazzjonali fil-Libja, mhux kif trid l-Unjoni Ewropea, li naħa toħroġ rebbieħa fuq in-naħa l-oħra.
Dan ikun l-akbar kontribut li Malta tista’ tagħti biex ikun hawn is-sliem
fiċ-ċentru tal-Mediterran.
Abbozz ta’ dikjarazzjoni għall-waqfien mill-ġlied fil-Libja
minn Deo Cassar, KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI

Bħala
Maltin, aħna ma nistgħux nibqgħu passivi quddiem il-ġrajjiet koroh li qed
jgħaddi minnhom bħalissa l-poplu ġar u ħabib tagħna, il-Libjan.
Għalhekk nixtieq l-ewwel u qabel xejn nuru s-solidarjetà tiegħi mal-Libjani kollha huma tal-liema xejra politika huma, kemm jekk huma favur il-Gvern Libjan kif ukoll kontra u nħeġġuhom jersqu lejn xulxin u jinsew id-differenzi ta’ bejniethom fi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni għall-ġid komuni tal-poplu Libjan kollu.
Aħna ma naqblux u nikkundannaw bla riserva l-attakki fuq ċentri abitati mill-partijiet
kollha fil-kunflitt.
Madankollu
nistmerru l-fatt li ajruplani tal-koalizzjoni li suppost qegħdin hemm biex
jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili qed ikunu huma stess li jikkaġunaw vittmi
ċivili billi jattakkaw ċentri urbani f’lokalitajiet oħrajn li diġà ħallew mijiet
ta’ persuni innoċenti mejtin bi ksur tal-istess riżoluzzjoni 1973 tal-Ġnus
Magħquda li titlob biex tali ċivili jkunu protetti.
Nikkundannaw ukoll l-użu tal-qawwiet tal-koalizzjoni ta’ missili u munizzjon
bl-uranju mdgħajjef (depleted uranium) li huma illegali taħt il-liġi
internazzjonali għax jikkontaminaw l-arja u l-ambjent fejn jintefgħu
bir-radjazzjoni, li din tagħmel ħsara kbira għas-saħħa tal-popolazzjoni ċivili.
Għalhekk nitlobu li:
1) Minnufih, kemm it-truppi tal-Gvern ta’ Tripli kif ukoll it-truppi ta’
Benghazi jwaqqfu kull xorta ta’ attività ostili jew militari kemm kontra truppi
opposti kif ukoll kontra ċittadni kemm jekk huma favur jew kontra l-Gvern ta’
Tripli.
2) Kontemporanjament il-qawwiet tal-ajru tal-koalizzjoni jwaqqfu minnfih kull
ħbit mill-ajru fuq bliet u rħula u ċentri abitati oħrajn taħt il-kontroll
tal-Gvern Libjan u fuq truppi governattivi ta’ Tripli.
3)
Infakkru li r-riżoluzzjoni 1973 tal-Ġnus Magħquda titlob u tagħti mandatt
lill-forzi tal-ajru tal-koalizzjoni li jħarsu l-waqfien mill-ġlied miż-żewġ
partijiet u li jipproteġu liċ-ċittadini ċivili Libjani kollha rrispettivament
jekk huma favur jew kontra l-Gvern ta’ Tripli u mhux li tappoġġja lin-naħa
kontra l-oħra.
4) Nitolbu għalhekk li l-qawwiet tal-ajru tal-koalizzjoni u lill-pajjiżi li
jifformahom li sakemm jiġi fis-seħħ dan il-waqfien mill-ġlied iwaqqfu kull
appoġġ lill-grupp armat oppost tal-Gvern Libjan li qatt ma kien sanċit mill-Ġnus
Maqgħuda u li jikkostitwixxi ndħil fl-affarijiet interni ta’ pajjiż sovran bi
ksur ta’ Charter 50/172 tal-istess Ġnus Magħquda u biex jimxi strettament u ma
jċedux il-mandatt li tagħtihom ir-riżoluzzjoni 1972 tal-għaqda dinjija hekk kif
diġà mfisser.

5) Għandha tintbagħat ‘fact finding mission’ magħmula minn delegazzjoni konġunta
tal-Unjoni Afrikana u tal-Lega Għarbija taħt l-awspiċju tal-ĠM biex tistħarreġ
is-sitwazzjoni fuq l-art u tara x’qiegħed jiġri tassew b’għajnejha bil-ħsieb li
tistabbilixxi x’inhuma l-bżonnijiet immedjati tal-poplu Libjan u x’għajnuna hemm
bżonn tingħata biex tittaffa t-tbatija tan-nies ċivili u biex tassigura li
jinżamm il-waqfien mill-ġlid u jkunu mħarsin nies ċivili ta’ opinjoni opposta
fil-postijiet taħt il-kontroll taż-żewġ naħat.
6) Għandhom jinfetħu kanali ta’ kuntatt bejn iż-żewġ naħat bl-iskop li jinbeda
djalogu kostruttiv u negozjati bejn il-partijiet konċernati bl-arbitraġġ
tal-istess Għaqda Afrikana u l-Lega Għarbija bl-iskop li tissolva l-kriżi
attwali fil-Libja, mhux biss dawk iċ-ċivili li huma kontra l-Gvern ta’ Tripli,
iżda wkoll dawk li huma favur u li wkoll qegħdin ikunu suġġetti
għall-intimidazzjoni, qtil u vjolenza mit-truppi u l-awtoritajiet ta’ Benghazi.
7) Għandha titwitta t-triq biex sakemm jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet
konċernati u tissolva l-kriżi attwali, tintbagħat delegazzjoni mhux armata
magħmluha minn bosta pajjiżi tal-fiduċja taż-żewġ partijiet biex tagħmel
monitoraġġ fl-ibliet u rħula għaż-żamma tal-waqfien mill-ġlied u ħarsien ta’
nies ċivili miż-żewġ naħat.
8) Iż-żewġ partijiet għandhom bżonn li jwarrbu d-differenti ta’ bejnithom u l-interess
personali tagħhom u minflok ipoġġu l-interess taċ-ċittadini Libjani kollha l-ewwel
u qabel kollox.
9) Nappellaw liż-żewġ partijiet fil-konflitt biex mill-aktar fiss ifittxu jaslu
għall-ftehim ġust bejniethom mingħajr indħil jew impożizzjoni u s-sovranità ta’
pajjiżhom, li ġenwinament jassigura nuqqas ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u
minoranzi oħrajn kemm reliġjużi kif ukoll etniċi, speċjalment ta’ Libjani
Afrikani, fir-rispett tal-opinjonijiet, l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tal-gruppi
kollha li jifformaw lill-poplu Libjan kollu u mhux ftehim impost minn barra li
sservi biss l-interessi ekonomiċi u ġeopolitiċi tal-qawwiet barranin għad-detriment
tal-poplu Libjan.
Il-Ħamis, 26 ta’ Mejju, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ