MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Konferenza
Stampa miżmuma l-Erbgħa, 26 ta’ Marzu, 2008
Iċ-Ċerpersin tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, il-bieraħ fil-għodu organizza konferenza stampa li fiha fisser kif bid-deċiżjoni li japplika biex jidħol fil-PfP il-Gvern Malti qed jikser il-Kostituzzjoni Maltija.
L-avukat Karmenu Mifsud Bonnici qal li l-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta qal li b’din id-deċiżjoni l-Gvern se jkun qiegħed jieħu sehem b’mod sħiħ fil-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Ewropea.
L-Avukat
Mifsud Bonnici sostna wkoll li mill-Ambaxxata ta’ l-Istati Uniti f’Malta,
intqal li tilqa’ d-deċiżjoni ta’ Malta li tidħol fil-PfP tan-Nato
u li se tibda tieħu sehem fil-Euro Atlantic Partnership Council.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li mhux minnu li din hi parteċipazzjoni f’xi
materja ta’ taħriġ jew salvataġġ, imma hi parteċipazzjoni
f’alleanza militari, tant li wieħed mill-għanijiet hu li l-Unjoni
Ewropea tkun imħarsa militarment.
L-Avukat Mifsud Bonnici enfasizza li “dak li qed jagħmel il-Gvern
imur kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta. Dan għax il-PfP hi alleanza
militari. Id-dikjarazzjoni tal-Gvern li din m’hix alleanza militari hi falza.”
Huwa qassam lill-ġurnalisti preżenti
kopja ta’ parti mill-Kostituzzjoni ta’ Malta, fejn tgħid li Malta hi
stat newtrali attiv u li pajjiżna m’għandu jieħu sehem fl-ebda
alleanza militari.
Din
m’hijiex opportunità ta’ taħriġ għall-AFM?
Għal din il-mistoqsija l-Avukat Karmenu Mifsud
Bonnici wieġeb li “iva dan hu minnu. Imma taħriġ f’hiex? It-taħriġ
se jkun fil-ġlied u fl-armamenti moderni. Dawn huma affarijiet li m’għandniex
bżonn u m’għandniex immissu magħhom. Anki l-Kostituzzjoni tgħidilna
dan”.
Il-poplu
m’esprimiex ruħu dwar il-PfP
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici isostni li l-poplu Malti ma esprimiex ruħu dwar il-PfP u qal li skond kif qal il-Gvern stess, jidher li Malta sabet ruħha mxekkla fl-Unjoni Ewropea minħabba li ma kinitx membru tal-PfP.
Dr Mifsud Bonnici qal li minħabba li Malta ma kinitx membru tal-PfP, kien hemm dokumenti li Malta ma kellhiex dritt tarahom.
Huwa sostna li fost dawn kien hemm materji marbutin mal-politika barranija, fejn biex Malta tara ċerti dokumenti riedet tkun membru ta’ din l-alleanza militari.
Iċ-Ċerpersin tas-CN I qal li llum il-Gvern m’għandux l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-poplu iżda dan qed jiddeċiedi li jikser il-Kostituzzjoni Maltija.
Huwa enfasizza li Gvern li jikser il-Kostituzzjoni Maltija ikun Gvern illeġittimu.
“Din hi gravi ħafna u jidhrilna li dak li
sar, jekk ma sarx bi pressjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, sar bil-barka tagħha.
Għalhekk l-Unjoni Ewropea għandha ħtija f’dan kollu. Dan il-pass
hu ta’ theddida għall-ħarsien ta’ pajjiżna”, qal l-Avukat
Karmenu Mifsud Bonnici.
Imma
l-Isvizzera newtrali u qiegħda fil-PfP
Dwar din il-mistoqsija, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ifisser bla tlaqlieq.
“Il-kunċett tan-newtralità tagħna
hu mfisser fil-Kostituzzjoni tagħna. L-Isvizzera hi pajjiż newtrali
imma din m’għandhiex dan imniżżel fil-Kostituzzjoni. Allura din
ma tistax tikser il-Kostituzzjoni tagħha. Apparti dan il-Kostituzzjoni tagħna
titkellem fuq newtralità attiva, waqt li l-Isvizzera għandhom newtralità
passiva. Nerġa’ intenni li d-deċiżjoni tal-Gvern li japplika
biex nidħlu fil-PfP hi pass arbitrarju, illeġittimu anti
kostituzzjonali”, qal Karmenu Mifsud Bonnici.
Jista’
l-Gvern jiġi mfittex quddiem il-Qorti?
Iċ-Ċerpersin tas-CN I tkellem dwar jekk il-Gvern jistax jiġi sfidat fil-Qorti dwar id-deċiżjoni li jidħol fil-PfP.
Huwa tenna li “din hi kwistjoni definittiva u
dubjuża. L-artiklu dwar in-newtralità ta’ Malta jinsab f’parti
tal-Kostituzzjoni li m’hijiex inkluża fis-sezzjoni li fuqhom tista’
tfittex rimedju. Għalhekk il-punt kollu hu li jekk xi ħadd jagħmel
kawża, din tista’ tiġi kontestata fis-sens ta’ jekk kienx hemm lok
li ssir din il-kawża.”
Is-suldati
jistgħu jfittxu lill-Gvern?
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici tkellem ukoll dwar suldati li jistgħu jiġu ordnati jmorru jieħdu sehem f’operazzjonijiet tal-PfP kontra l-volonta tagħhom.
Qal
li “hawn issa għandna individwi li huma milqutin direttament u għandhom
interess personali. Dan jista’ jipprova jikkontesta bħala li hi kontra l-Kostituzzjoni
li jieħu sehem f’operazzjoni tal-PfP. Biex tagħmel proċeduri
legali dwar dan, għandu jkun hemm xi ħadd li jkollu interess personali”.
Meta ġie mistoqsi minn l-Orizzont dwar kif pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq bħal-Libja jistgħu jħarsu lejn Malta bl-applikazzjoni għall-PfP, l-Avukat Mifsud Bonnici qal li “hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dak li jidher u dak li ma jidhirx. Pubblikament u apertament dawn il-pajjiżi mhux se juru li ma jaqblux ma' xi linja li tieħu Malta. Imma internament u mhux fil-pubbliku żgur li se jirreaġixxu.”
Huwa
ostna li hu jittama li l-Unjoni Mediterranja proponuta minn Franza, ittaffi l-ħsara
li tista’ ssir bil-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-PfP, fejn jidħlu
r-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien Afrikani.
Il-Ħamis, 27 ta’ Marzu, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81, Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar