MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Il-visa għal-Libjani u l-interessi ta’ Malta

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Il-kapriċċi tal-UE u s-serviliżmu tal-Gvern Malti qed ixekklu l-investiment barrani, il-kummerċ u t-turiżmu f’pajjiżna.

 

L-UE imponiet fuq il-Gvern li l-Libjani, ġirien ħbieb tagħna, ma jiġux f’pajjiżna, kif kienu jagħmlu qabel ma Malta ssieħbet fl-UE, mingħajr ma jkollhom visa.

 

Il-proċeduri, id-dewmien u l-ħlas biex tinħareġ visa huma ta’ xkiel biex il-Libjani jinvestu f’pajjiżna u biex jiġu għall-btajjel tagħhom, kif kienu jagħmlu qabel.

 

Qabel, kienu investew bil-kbir f’Malta, għamlu ħafna negozju, u kienu jiġu hawn bl-eluf kull sena.

 

Il-kumpanija Air Malta marret tajjeb ħafna bihom.

 

Minħabba l-visa, l-investimenti Libjani nixfu u ftit jew xejn baqgħu jiġu familji Libjani għall-btajjel f’pajjiżna.

 

Dan it-telf kollu għal pajjiżna ġara minħabba l-preġudizzju politiku tal-UE kontra l-Libja u d-dgħjufija tal-Gvern Malti li m’għarafx jiddefendi l-interessi tal-poplu tagħna.


Fejn trid u fejn qabel lilha l-UE ma tesiġix li ċ-ċittadini ta’ pajjiż ikollhom visa biex jidħlu f’xi pajjiż membru tagħha.

 

Fit-8 ta’ Novembru,

* il-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi tal-UE,

* inkuż il-Ministru tal-Affarijiet Interni ta’ Malta,

* ddeċidew li jilliberalizzaw il-proċedura tal-visa

* għaċ-ċittadini tal-Albanija

* u tal-Bosnia Herzegovina,

* u mix-xahar id-dieħel

* iċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi

* jistgħu jmorru fil-pajjiżi tal-UE mingħajr visa.


F’Diċembri tas-sena l-oħra,

* l-UE,

* inkuż Malta,

* neħħiet il-ħtieġa tal-visa għaċ-ċittadini tas-Serbja,

* għal dawk tal-Maċedonja

* u għal ta’ Montenegro,

* u għalhekk dawn jistgħu jiġu Malta mingħajr visa.

 

F’Diċembru 2006,

* l-UE inkuża Malta,

* neħħew il-ħtieġa tal-visa

* għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi:

* Antigua u Barbuda,

* il-Bahamas,

* Mauritius,

* Saint Kitts u Nevis

* u s-Sychelles.


F’Marzu 2001, l-UE qablet li ċ-ċittadini ta’ lista sħiħa ta’ pajjiżi ma jkollhomx ħtieġa ta’ visa biex imorru fil-pajjiżi tal-UE.

 

Il-lista tal-pajjiżi tinkludi lil:

* Andorra,

* Argentina,

* Awstralja,

* Brażil,

* Brunei,

* Kanada,

* Ċili,

* Costra Rica,

* Croatia,

* Guatamala,

* Honduras,

* Iżrael,

* Ġappun,

* Malasja,

* Messiku,

* Monaco,

* New Zealand,

* Nicaragua,

* Panama,

* Paraguay,

* Salvador,

* San Marino,

* Singapore,

* Korea ta’ Isfel,

* Stati Uniti tal-Amerika,

* Urugwaj

* u Venzuela.


Għalhekk iċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi kollha jistgħu jidħlu f’pajjiżna mingħajr visa.


La darba l-UE tippermetti

* li ċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi kollha

* ma jkollhomx visa meta jiġu Malta

*  jew f’kull pajjiż ieħor tal-UE,

* x’raġuni jista’ jkun hemm biex iċ-ċittadini Libjani,

* ġirien u ħbieb tagħna l-Maltin,

* ma jitħallewx jiġu hawn mingħajr visa?

 

L-UE kienet taf tajjeb

* li għal aktar minn 20 sena

* qabel Malta ssieħbet fl-UE,

* il-Libja tatna għajnuna kbira,

* investiet il-miljuni f’pajjiżna,

* u impjegat eluf ta’ Maltin

* li sabu xogħol f’dak il-pajjiż.

 

Il-Libja kienet tagħti trattament preferenzjali lill-Maltin fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi l-oħra Ewropej.

 

Kienet tfornina b’żejt bi prezz orħos minn dak tas-suq biex tgħin lill-poplu Malti.

 

Mal-Libja kellna ftehim ta’ ħbiberija u ftehim dwar il-kummerċ.

 

L-UE ordnatilna biex narmu dan kollu u li nesiġu li biex il-Libjani jkunu jistgħu jiġu Malta, jkollhom jitolbuna permess, u ngħadduhom minn proċess ta’ dewmien biex toħroġ visa.

 

Żgur mhux fl-interess nazzjonali tal-Maltin

* li ħassarna l-ħbiberija kbira li l-Libjani kellhom għal Malta,

* biex nidhru sbieħ mas-sidien il-ġodda tagħna,

* li jħaddnu preġudizzji kbar kontra l-Għarab,

* u partikolarment kontra l-Libjani.

 

Mhix raġuni ta’ sigurtà li minħabba fiha daħħalna l-visa għal-Libjani li jiġu Malta, la darba m’hemmx visa għaċ-ċittadini ta’ Iżrael li jiġu hawn.

 

X’għandhom aktar

* il-Ġappuniżi,

* il-Messikani,

* il-Brażiljani

* biex inħalluhom jiġu Malta mingħajr visa,

* waqt li lil-Libjani ma nħalluhomx jiġu bla visa,

* meta l-Libjani huma qrib tagħna?

 

Jekk xi pajjiżi tal-UE ma jridux, għal xi raġuni jew oħra, li Libjani jmorru għandhom mingħajr ma qabel jikkontrollaw min huma xorta waħda jmissu jsir ftehim li l-Libjani jistgħu jiġu Malta mingħajr ħtieġa tal-visa, iżda jekk ikunu jridu jmorru f’xi pajjiż ieħor tal-UE, ikunu jridu jagħmlu visa għal dak il-pajjiż.

 

B’dan il-mod filwaqt li l-pajjiżi tal-UE li jridu jikkontrollaw id-dħul tal-Libjani, jibqgħu jagħmlu dan permezz tal-visa, aħna f’Malta ma nkunux imċaħħdin mill-vantaġġi u l-benefiċċji li kellna kemm f’pajjiżna, kif ukoll billi ħafna Maltin, ħaddiema u negozjanti, setgħu jmorru jaħdmu u jinnegozjaw fil-Libja mingħajr xkiel ta’ visa, u l-Libjani kienu jiġu jinvestu f’pajjiżna, jinnegozjaw magħna u jgawdu btajjel hawn mingħajr xkiel ta’ xejn, bla ħtieġa ta’ visa.


Bid-dħul tal-visa għal-Libjani, bata’ n-negozju f’pajjiżna, bata’ t-turiżmu u marret lura l-Air Malta.

 

Marru ħażin il-Maltin li kienu jmorru jaħdmu jew jinnegozjaw il-Libja.


Dan kollu kapriċċ tal-UE

 

Fil-paġna tas-CNI ta’ l-orizzont tal-1 ta’ April, 2010, taħt it-titlu ‘Għandna nneħħu l-visa għal-Libjani’, ktibna hekk:

“Barra li jneħħu l-ħtieġa tal-visa għal-Libjani, hu fl-interess tagħna wkoll li nerġgħu nagħmlu l-ftehim kummerċjali li kellna qabel isseħibna fl-Unjoni, u li l-Unjoni ġegħlitna nħassru. Tlifna ħafna vantaġġi li kellna mal-Libjani kemm dwar xogħol u impieg, u kif ukoll dwar il-kummerċ u l-investiment fil-Libja. Il-ftehim kummerċjali mal-Libja mhux ta’ ħsara għas-sħubija tagħna fl-UE, u l-Unjoni insistiet biex il-ftehim jitħassar, minħabba raġunijiet politiċi, u għall-ebda raġuni oħra. Illum, ħafna pajjiżi tal-UE, fosthom l-Italja u l-Ġermanja, ifittxu li jagħmlu ftehim kummerċjali mal-Libja bħalma kellna aħna l-Maltin qabel. Minħabba l-UE, tlifna l-vantaġġ li kellna fuq il-pajjiżi Ewropej mal-Libjani. Hu fl-interess tal-poplu tagħna li nirbħu lura l-fiduċja u l-ħbiberija tal-Libjani. Wara kollox l-UE llum m’għandhiex toġġezzjona għal ftehim kummerċjali bejn Malta u l-Libja għax l-istess Unjoni tal-24 ta’ Marzu kkonkludiet ftehim li jġib ’il quddiem id-djalogu u l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Libja fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali.”


Din il-kitba nsostnuha llum b’aktar qawwa, u nittama li l-mexxejja Maltin ma jkomplux jittradixxu l-interessi tal-poplu tagħna biex ma joħduhiex kon­tra s-sidien ġodda tal-UE.

 

Krizi profonda fl-Unjoni Ewropea u l-munita ewro

 

Ftit qabel ir-referendum tal-2003 dwar is-sħubija ta’ Malta fl-UE, kienu jgħidulna biex inħarsu lejn l-Irlanda u Spanja kemm marru ’l quddiem meta ssieħbu fl-UE u għax daħħlu l-ewro.

 

Illum ngħidulhom aktar biex jaraw f’liema kriżi l-Irlanda u Spanja jinsabu fihom minħabba l-politika tal-UE li mxew biha u minħabba l-ewro li daħħlu.


L-Irlanda għandha defiċit enormi u se jkollha tissellef madwar €80 biljun mingħad l-UE u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), fl-istess waqt li tniedi programm ta’ awsterità mifrux fuq medda ta’ erba’ snin.


Spanja hi mifnija b’rata ta’ qgħad għoli ħafna, u diġà daħħlet miżuri ħorox ta’ awsterità biex ipprova tegħleb il-kriżi li ħakkmitha, u biex tevita li jkollha tissellef il-biljuni mingħand l-UE u l-IMF.


Ħafna Irlandiżi u Spanjoli qegħdin illum jisħtu l-mument li ssieħbu fl-UE u li ħaddnu l-politika tagħha, kif ukoll li daħħlu l-ewro, għax kemm il-politika tal-UE kif ukoll l-ewro jaħtu ħafna għall-qagħda mwegħra li ż-żewġ pajjiżi jinsabu fiha, u huma ta’ ostaklu biex il-pajjiż jegħlbu d-diffikultajiet li għandhom.

 

Għax l-UE tridhom inaqqsu l-infiq pubbliku meta jeħtieġilhom iżiduh minħabba l-qgħad kbir li għandhom u għax l-ewro ma tħallihomx jiżvalutaw biex jkunu jistgħu jesportaw aktar ħalli b’hekk jirpiljaw.


Dawn iż-żewġ pajjiżi, l-Irlanda u Spanja, li Fenech Adami, Gonzi, Prodi u Verhueghen tant kienu jsemmuhomlna bħala eżempji tat-tjubija tal-UE u tal-ewro, illum narawhom bħala prova tal-falliment kemm tal-politika tal-UE kif ukoll tal-munita ewro.


Aħna nittamaw li Malta ma tispiċċax fl-istess xorti ħażina ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi li bħalhom isseħibna fl-UE u daħħalna l-ewro.

 

Jew li naslu fil-qagħda ħażina ta’ pajjiżi oħrajn tal-UE, bħal Portugall, u l-Greċja biex ma nsemmux oħrajn li jinsabu f’diffikultajiet kbar li qegħdin jġegħluhom jaqgħu għal miżuri ħorox ta’ awsterità.


G
ħax fl-UE llum hawn “rebus” sħiħ u ħadd ma jaf x’se jkun il-ġejjieni tal-UE u tal-munita ewro.

 

Il-President tal-UE għadu kif qal li l-UE hi mhedda b’“survival crisis” minħabba l-kriżi li jinsabu fiha ħafna mill-pajjiżi membri u li qed jikkaġuna kriżi kbira għall-munita ewro.

 

Il-Kanċillier Ġermaniż ukoll stqarret li l-UE tinsab fi kriżi minħabba t-theddida li l-ewro tisfaxxa.


Il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE għandhom defiċit ogħla mir-rata li jistabbilixxu r-regoli tal-UE, u huma mgħobbijin b’djun ħafna aktar mil-livell li jmissu jkollhom skont l-istess regoli tal-UE.

 

Il-qgħad fl-UE hu għoli ħafna, u bil-miżuri ta’ awsterità li qegħdin jiddaħħlu, għandu jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin.


L-iskuntentizza tal-poplu qatt ma kienet daqshekk kbira fl-UE daqs kemm hi llum.

 

Il-protesti popolari żdiedu fin-numru u ħraxu wkoll u ħadd ma jaf fejn se jwasslu u jekk ikunux il-kaġun li xi gvernijiet jaqgħu taħt il-pressjoni tagħhom.


L-aħħar eżempju hu dak tal-Gvern Irlandiż li se jkollu jagħmel elezzjoni ġenerali ħafna qabel it-tmien taż-żmien normali tal-Gvern.


Dan il-gwaj kollu fil-pajjiżi tal-UE mhux ta’ gost għalina.

 

Aktar u aktar huwa ta’ inkwiet għax daħħluna f’din il-borma mħawwda mingħajr ma kellna l-ħtieġa u meta konna nkunu ħafna aħjar li kieku bqajna ’l bogħod minnha.


Għax diġà kellna nissellfu miljuni ta’ ewro biex insellfuhom lill-Greċja

* u spiċċajna biex kellna nagħmlu tajjeb għal self ta’ €362 miljun

* li l-Gvern Malti kkommetta lil pajjiżna bħala s-sehem tagħna

* mill-Fond ta’ €740 biljun li l-UE waqqfet flimkien mal-IMF

* ħalli jiggarantixxi self li pajjiżi tal-UE jkollhom jagħmlu biex ma jfallux.


Kemm is-sħubija fl-UE mhux ward u żagħar narawh mill-fatt li l-UE qiegħda tistenna li jkun hemm kriżi finanzjarji fil-pajjiżi membri minn żmien għal żmien, tant li l-UE qiegħda twaqqaf mekkaniżmu permanenti li jaħdem biex jegħleb il-kriżi kif ifaqqgħu jew qabel ma jisplodu.


Fuq insistenza tal-Ġermanja, il-mekkaniżmu permanenti jkollu Fond magħmul minn kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi membri tal-UE u anke mis-sorsi privati.

 

Il-Ġermanja qiegħda tinsisti li f’każ li pajjiż ma jkunx jista’ jħallas lura s-self magħmul lilu, jintilfu l-ewwel il-fondi mislufin lil dak il-pajjiż minn sorsi privati u mhux is-self magħmul mill-Gvernijiet oħrajn tal-UE.


It-twaqqif ta’ dan il-mekkaniżmu permanenti jixhed il-biżà ta’ kriżi finanzjarji oħrajn fl-UE fis-snin li ġejjin, u tal-fallimenti tal-Istati li ma jkunux jistgħu jħallsu lura d-djun tagħhom.

 

Bil-froġa tas-sħubija fl-UE, pajjiżna sab ruħu f’din it-tempesta finanzjarja ta’ pajjiżi ħafna akbar minna, bla ma se niggwadanjaw xejn ħlief inkwiet u nitgħabbu b’piżijiet finanzjarji ma’ dawk kbar li diġà qed itaqqlu lil pajjiżna.

 

Dan kollu barra l-piżijiet tas-sħubija fl-UE magħmulin mill-ħlasijiet li kull sena Malta jkollha tagħmel lill-UE li f’temp ta’ tmien snin diġà laħħqu mal-€444 miljun u €68 miljun minnhom se jitħallsu lill-UE fis-sena d-dieħla.

 

F’ħafna pajjiżi tal-UE għaddejjin diskussjonijiet jekk hux tajjeb li l-pajjiżi kollha jkollhom l-ewro, jew ikun aħjar li jkun hemm żewġ tipi ta’ ewro, waħda tiswa aktar mill-oħra.

 

Qed jintqal ukoll li darba m’hemmx unjoni politika tal-pajjiżi kollha tal-UE ma jistax ikun li jkun hemm unjon monetarja b’munita waħda għalihom.

 

Saħansitra qed jiġi mistoqsi tistax l-UE tkompli ħajja meta hemm tant differenzi ekonomiċi u soċjali bejn il-pajjiżi membri.

 

U fuq kollox m’hemmx entużjażmu popolari għall-UE.

 

Anzi hemm birda kbira.

 

F’pajjiżna hemm bżonn li wkoll niddiskutu l-qagħda tagħna fl-UE bl-għan li nirreveduha.

 

Nemmnu li l-maġġoranza tal-poplu hi llum kontriha.

 

Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2010

 

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ