MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Id-deċiżjonijiet tal-Gvern dwar it-Tarzna: Għaliex aħna kontra – is-CNI

Id-decizjoni
li l-Gvern ħa dwar it-Tarzna bi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea, ma għandhom
ikollhom il-kunsens ta’ ħadd u għandhom ikollhom il-kundanna ta’
kulħadd, issostni s-CNI.
Mhux
kunsens nazzjonali għandu jkun hemm dwarhom, iżda protesta nazzjonali
kontrihom.
Is-CNI
fliet id-deċiżjonijiet waħda, waħda u sabet li huma ta’
ħsara għal pajjiżna.
Ibda
mid-deċiżjoni li n-numru ta’ ħaddiema fit-Tarzna jonqos
drastikament.
Is-CNI
tfakkar li n-numru ta’ ħaddiema fit-Tarzna iffissawh l-eperti tal-Gvern u
ta’ l-Unjoni Ewropea meta seba’ snin ilu fasslu l-Pjan ta’ Ristrutturar
tat-Tarzna.
Dak
iż-żmien kienu diġà għalqu wieħed mill-baċiri u
kkalkolaw kemm kellu jkun in-numru ta’ ħaddiema fuq in-numru ta’ baċiri
tal-lum.
Seba’ snin ilu s-suq tax-xogħol ta’ tiswija tal-vapuri ma kienx kbir
daqs dak tal-lum.
Skond il-Gvern, illum hawn “boom”.
Fi żmien ta’ “boom” ma jagħmilx sens li tnaqqas il-ħaddiema, iżda jagħmel sens li żżid in-numru tagħhom.
Għalhekk
is-CNI
tgħid li d-deċiżjoni tal-Gvern u ta’ l-Unjoni Ewropea li jonqos
drastikament in-numru ta’ ħaddiema fit-Tarzna hija ħażina u ta’
ħsara għall-qasam tax-xogħol ta’ pajjiżna.
L-irtirar
volontarju mix-xogħol
Id-deċiżjoni l-oħra marbuta mat-tnaqqis tal-ħaddiema hija li l-ħaddiema jirtiraw volontarjament mix-xogħol.
Din tfisser li snin qabel il-ħaddiema jilħqu l-età ta’ l-irtirar.
Jieqfu jaħdmu u jieħdu l-pensjoni.
Għas-CNI din id-deċiżjoni hija ta’ ħsara għall-pajjiżna li għandu bżonn ikabbar in-numru ta’ nies li jaħdmu u mhux jiżdied in-numru ta’ nies li jieħdu l-pensjoni.
F’din id-deċiżjoni l-problema tal-pensjonijiet se tikber.
Il-pajjiż
għandu jħeġġeġ aktar nies ikomplu jaħdmu, mhux
jinkoraġġixxi bi skemi attraenti li aktar nies jieqfu kmieni mix-xogħol.
Hemm bżonn li nifhmu li x-xogħol li jsir fit-Tarzna huwa bejgħ
tas-servizzi tagħna lill-barranin, u jitqies bħal esportazzjoni li tikseb
flus għall-pajjiżna minn barra.
Meta nnaqqsu l-ħaddiema fit-Tarzna, inkunu qegħdin innaqqsu l-bejgħ tas-servizzi tagħna lill-barranin.
L-ekonomija
ta’ pajjiżna titlef meta jonqos id-dħul mix-xogħol li t-Tarzna
tagħmel lill-barranin.
Għalhekk anke minn dan l-aspett ekonomiku, it-tnaqqis tan-numru tal-ħaddiema
fit-Tarzna u l-inkoraġġiment li jirtiraw kmieni mix-xogħol, huma
miżuri ta’ dannu għall-ekonomija tagħna u għall-qagħda
finanzjarja tal-pensjonijiet f’pajjiżna.
Qerda
tal-faċilitajiet
Is-CNI temmen li t-tielet deċiżjoni tal-Gvern,
* li jieħu l-‘Boiler Wharf’ minn għand it-Tarzna u
* li jneħħilha t-‘Tank Cleaning Farm’ tar-Ricasoli,
tfisser li t-Tarzna se tnaqqsilha bil-kbir il-faċilitajiet li għandha li tkabbar id-dħul tagħha.
Minflok
li l-Gvern jisfrutta aktar il-faċilitajiet tat-Tarzna ħalli
jimmassimizza d-dħul tagħha, il-Gvern se inaqqsilha l-faċilitajiet
u b’hekk se jċekknilha x-xogħol li t-Tarzna tagħmel u d-dħul
li ddaħħal tiegħu.
Iż-żewġ
faċilitajiet,
* il-‘Boiler Wharf’ u
* t-‘Tank Cleaning Farm’,
* huma essenzjali u ta’ siwi għat-Tarzna u
t-telfien tagħhom mhux se jgħin fl-iżvilupp tat-Tarzna.
Minflok
li l-Gvern jinvesti fit-tkabbir tal-faċilitajiet u l-modernizzar tat-Tarzna,
il-Gvern iddeċieda li jnaqqsilha mill-faċilitajiet li llum għandha.
Diġà kien sar żball kbir meta snin ilu ingħalaq wieħed
mill-baċiri tat-Tarzna, il-baċir numru wieħed.
Kien żball ukoll li fil-ftehim li l-Gvern għamel ma’ l-Unjoni Ewropea seba’ snin ilu l-Unjoni Ewropea rabtet lill-Gvern li għal żmien ta’ għaxar snin it-Tarzna ma tagħmel ebda użu mill-baċir numru wieħed.
Kull
baċir iħaddem numru ta’ ħaddiema u meta tagħlaq baċir,
tkun qiegħed tnaqqas ix-xogħol lill-ħaddiema.
Il-Gvern minflok iddeċieda li t-Tarzna terġa’ tħaddem il-baċir numru wieħed, li bi dnub kbir baqa’ wieqaf għal dawn is-snin kollha b’telf ta’ xogħol u dħul għat-Tarzna, issa l-Gvern se jkompli jiżżoppja lit-Tarzna billi jwaqqfilha wkoll il-‘Boiler Wharf’ u t-‘Tank Cleaning Farm’.
Għas-CNI
din hija deċiżjoni oħra żbaljata tal-Gvern u ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Telf
kbir fl-aħħar snin
Il-Gvern
iddeċieda wkoll li ma jfittix x’sar ħażin fit-Tarzna fl-aħħar
snin, li tellifha l-progress li kienet qiegħda tagħmel ta’ sentejn,
tlieta ilu.
Is-CNI
issostni li huwa fl-interess tal-poplu li jkun jaf għaliex il-qagħda
tat-Tarzna ħżienet ħafna fl-aħħar sentejn, tlieta.
Għax
huwa l-poplu li se jkollu jagħmel tajjeb bit-taxxi li jħallas għat-telf
diżastruż li sar fl-aħħar sentejn, tlieta.
Nifhmu li mhux fl-interess tal-Gvern li tkun magħrufa l-verità dwar it-tarzna,
għaliex parti kbira mill-ħtija tat-tmexxija diżastruża hija
tal-Gvern stess.
Għalhekk
il-Gvern, biex ma jinstabx ħati, iddeċieda li mhux il-mument li jsir
magħruf x’ġara sewwa fit-Tarzna fl-aħħar sentejn, tlieta.
Is-CNI
tfakkar li mis-sena 1998 ’l hawn il-Gvern kien responsabbli mija fil-mija għat-tmexxija
tat-Tarzna.
Jekk
it-Tarzna ma marretx tajjeb, il-Gvern huwa responsabbli ta’ dan għax it-tmexxija
tagħha kienet f’idejh,
Huwa fl-interess tal-poplu li jsir magħruf jekk il-Gvern mexxiex tajjeb jew
mexxiex ħażin lit-Tarzna.
Il-Gvern
qed iġib ruħu ta’ ġifa li jibża’ li l-poplu jsir jaf kif
il-Gvern mexxa lit-Tarzna fl-aħħar għaxar snin li fihom kellu t-tmexxija
sħiħa tagħha.
Tajjeb li nfakkru li l-Gvern ilu 20 sena responsabbli mit-Tarzna u jekk it-Tarzna marret lura, il-Gvern ma jistax jeħles mill-ħtija, jew parti mill-ħtija tat-telf li għamlet.
Minflok
li jilmenta li l-poplu ġarrab il-piż ta’ l-għajnuniet mogħtija
lit-Tarzna f’dawn l-aħħar 20 sena, il-Gvern għandu jistqarr li
huwa għandu l-parti l-kbira mit-tort ta’ dan, għax huwa kien
responsabbli tat-Tarzna.
Għalhekk id-deċiżjoni li l-Gvern ħa li ma ssirx inkjesta
pubblika indipendenti dwar it-Tarzna, kienet ukoll deċiżjoni żbaljata
u l-Gvern ħadha biex jgħatti dnubitu.
Il-bejgħ
tat-Tarzna
Fost
kollox il-Gvern iddeċieda bi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea li jbiegħ
it-Tarzna, sħiħa jew maqsuma f’partijiet, lill-investituri barranin
u jagħtihom b’kera jew ċens il-baċiri, il-mollijiet u l-ħwienet
tax-xogħol.

Il-Gvern qal li ddeċieda li jbiegħ, għax mhux xogħol il-Gvern li jmexxi azjenda kummerċjali u l-privat kapaċi imexxiha aħjar minnu.
Hawnhekk is-CNI tfakkar li kien Gven Nazzjonalista li 40 sena ilu ddeċieda bil-maqlub u ħa f’idejh it-Tarzna minn għand kumpanija privata li kellha t-Tarzna.
Dak iż-żmien il-Gvern kien jemmen li fl-isteress nazzjonali, it-Tarzna ma kellhiex tibqa’ għand il-privat.
Illum,
Gvern Nazzjonalista iridna nemmnu li fl-interess nazzjonali, it-Tarzna għandha
tkun f’idejn il-privat.
Biex jieħu f’idejh it-Tarzna, il-privat irid li n-numru ta’ ħaddiema
jkun ħafna iżgħar.
Il-Gvern
warrab l-interess nazzjonali soċjali li jitlob li jaħdmu kemm jista’
jkun ħaddiema, ħalli jikkuntenta l-interessi egoisti tal-privat li ma
jġorx il-piż ta’ ħafna ħaddiema, la darba l-interessi tiegħu
huma biss li jagħmel kemm jiflaħ profitt.
Il-Gvern qed jinħela wara l-argument li mhux xogħlu li jħaddem
azjenda kummerċjali.
Nesa
d-dmir soċjali li għandu li jipprovdi kemm jista’ opportunitajiet ta’
xogħol lill-poplu li qiegħed iservi u mhux li jnaqqas l-impiegi ħalli
l-privat jinqeda u jistana.
Il-Gvern ħareġ b’dik li għas-CNI hija dagħwa, li hu m’għandux imur iġib ix-xogħol lit-Tarzna.
Jekk hu xogħol il-Gvern li joħroġ il-miljuni ħalli jiġu t-turisti f’pajjiżna ħalli jimlew il-lukandi tal-privat, għaliex hekk teħtieġ l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Mhux dmir tiegħu wkoll li jġib xogħol lejn pajjiżna, li jfisser dħul għall-pajjiżna u b’hekk huwa ġid għall-pajjiżna?
U
x-xogħol ta’ natura kummerċjali li l-ambaxxati tagħna fil-pajjiżi
barranin f’hiex jikkonsisti jekk mhux li jġibu xogħol u negozju lejn
pajjiżna?
Għalhekk hija deċiżjoni żbaljata oħra tal-Gvern li ma
jaħdimx biex jiġi xogħol ta’ tiswija ta’ vapuri u ta’ bini
ta’ vapuri għat-Tarzna ta’ Malta.
Il-privat
għandu interess li jħaddem l-inqas nies biex jagħmel l-ikbar
profitt, waqt li l-poplu għandu interess li jaħdmu l-akbar numru ta’
nies, anki jekk ma jibqgħalux profitt, la darba jekk l-azjenda tgħaddi
għand il-privat, xorta waħda l-poplu mhux se jkollu profitt, għax
il-profitt jieħdu l-privat.
Għaldaqstant, is-CNI
issostni li d-deċiżjonijiet kollha li ħa l-Gvern dwar it-tarzna
m’humiex fl-interess nazzjonali u jagħmlu ħsara lill-pajjiżna.
Mhux
fl-interess tal-poplu li l-poplu jaqbel magħhom.
Hu fl-interess tiegħu li jipprotesta b’kull mod kontrihom.
Skond is-CNI, min jagħti l-kunsens tiegħu għalihom, ikun kompliċi mal-Gvern u l-Unjoni Ewropea għall-ħsara li d-deċiżjonijiet se jikkaġunaw.
Dmirna
huwa li nopponuhom.
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ