MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-UE riedet l-għeluq tat-Tarzna
Skont
ma jsostnu r-rappreżentanti tal-ħaddiema tat-Tarzna,
* kien hemm min ried jeqridha,
* u għalhekk tħalliet tagħmel telf fl-aħħar snin,
* ħalli jkun hemm skuża biex tingħalaq.
Il-kontijiet awditjati,
* li skont il-liġi għandhom isiru kull sena,
* ma sarux, mis-sena 2002 ’l hawn.
Qatt ma ngħatat raġuni għal dan in-nuqqas
*
minkejja li r-rappreżentanti tal-ħaddiema
* kemm-il darba nsistew li jingħataw l-opportunità jifluhom
* ħalli jinstab fejn it-Tarzna kienet sejra ħażin.
Sallum il-kontijiet għadhom mhux ippubblikati.
Il-Public Accounts Committee tal-Parlament qatt ma talabhom,
* minkejja li hemm fin-nofs miljuni kbar ta’ flus il-poplu.
Għaliex dan is-silenzju?
Għalxejn intalbu
li jsiru investigazzjonijiet
* għaliex xogħlijiet li kellhom jinħaddmu mill-ħaddiema tat-Tarzna,
* ingħataw lill-kuntratturi.
Għalxejn saru ilment
* li aġenti magħrufin
* għal ħafna xogħol li kienu jġibu lit-Tarzna,
* telquhom
* u b‘hekk intilef dħul tajjeb.
Ma
baqax jinġieb xogħol li jħalli ħafna qligħ,
* bħal dak tas-super tankers,
* cruise liners,
* oil rigs
* u konverżjonijiet,
* u minfloku nġieb xogħol li jirrendi ftit.
Minkejja l-protesti tar-rappreżentanti tal-ħaddiema,
* kienu kontinwament jitqabdu ħaddiema barranin
* bi spejjeż iżjed milli kieku x-xogħol tħalla jsir mill-ħaddiema Maltin.
Kien magħruf li l-Maniġment Eżekuttiv ma kienx effiċjenti,
* u xorta waħda tħalla hemm qisu ma kien qed jiġri xejn ħażin,
* u minflok,
*
it-tort tal-ineffiċjenza ingħatat lill-ħaddiema.
Ħafna
mir-responsabbiltà ta’ dak li ġara fit-Tarzna taqa’ fuq il-Ministru responsabbli
tagħha.
Dmiru kien li jaħtar diretturi kapaċi u tal-lant,
* kif ukoll li japprova l-ħatriet tal-uffiċjali eżekuttivi ta’ ħila biex imexxu t-Tarzna.
Xogħlu kien li jissorvelja kif kienet qiegħda titmexxa,
* u li jittieħdu l-passi xierqa ħalli jissewwa dak li kien qed isir ħażin.
Iżda passi ma ttieħdux.
Kull m’għamel il-Ministru kien li minn żmien għal ieħor imaqdar lill-ħaddiema u
jbaxxilhom il-moral.
Sar magħruf li xi żmien ilu kumpanija kbira ħafna fil-qasam tat-tiswija
tal-vapuri riedet tixtri t-Tarzna.
Il-Gvern ma aċċettax l-offerta għax qal li kien għaddej il-pjan ta’ ristrutturar li l-UE fasslet għat-Tarzna għas-seba’ snin bejn l-2002 u t-2008.

Meta ż-żmien tal-pjan wasal biex jagħlaq,
* il-Gvern bla ħadd ma stenna,
* ħabbar li se jipprivatizzaha,
* mhux bħala intrapriża sħiħa,
* iżda f’erba’ biċċiet.
Il-ħaddiema ġew ingannati, għax sena qabel kienu żgurati li kellhom jibqgħu fl-impieg.
Minflok
sabu li kellhom jirtiraw volontarjament,
* inkella kienu jipperikolaw li jitkeċċew mill-impieg
*
għax l-UE riedet
li t-Tarzna tkun iddikjarata falluta.
L-Unjoni Ewropea
hija ukoll responsabbli għal dak li ġara fit-Tarzna.
Għax il-pjan ta’ ristrutturar li l-Unjoni mponiet fuq it-Tarzna,
* dgħajjifha aktar minflok saħħaħha.
Ir-restrizzjonijiet li l-Unjoni għamlet
* dwar l-għadd ta’ ħaddiema fit-Tarzna
* u dwar il-volum tax-xogħol li t-Tarzna setgħet tagħmel,
* kienu ta’ xkiel kbir biex it-Tarzna ssir vijabbli u ma titlifx.
Iżda
l-Unjoni kienet taf x‘kien qed jiġri fit-Tarzna,
* għax skont il-pjan ta’ ristrutturar,
* l-Unjoni setgħet tikkontrolla x-xogħlijiet
* li t-Tarzna kienet qiegħda tagħmel,
* tissorvelja l-kuntratti li t-Tarzna kienet qiegħda tagħmel,
* u l-Unjoni kellha d-dritt ukoll li ikollha rapporti regolari mit-Tarzna
*
dwar il-‘performance’ tagħha.
Madankollu,
* l-Unjoni baqgħet ma għamlet xejn
* biex tirranġa dak li kien qiegħed isir ħażin fit-tmexxija tat-Tarzna,
* u kienet kuntenta
* li wara l-għeluq tas-seba’ snin tal-pjan ta’ ristrutturar
* it-Tarzna ma setgħetx titħalla topera
* u l-ħaddiema kellhom jispiċċaw mill-impieg.
L-iskuża
tal-Unjoni għal dan hija li ażjenda kummerċjali ma għandhiex tingħata għajnuna
mill-istat għax tkun qiegħda tingħata vantaġġ fuq ażjendi kompetituri tagħha.
Il-ħaddiema
tat-Tarzna għandhom raġun iħossuhom ittraduti
* għaliex li ġara fit-Tarzna fl-aħħar snin
* kien kollu tort tat-tmexxija ineffiċjenti
* u tal-abbużi li saru bil-barka
* ta’ min dmiru kien li jiżgura tmexxija effiċjenti u jitrażżnu l-abbużi,
* u bil-kuntentizza tal-UE li kienet taf il-ħin kollu x’kien qed jiġri fit-Tarzna.
Għalhekk ħafna jsostnu li kien hemm kumplott ħalli t-Tarzna tingħalaq u jinqerdu l-impiegi tal-ħaddiema tat-Tarzna.
Xejn ma għen biex din l-akkuża tal-kumplott jintesa,
* il-fatt li ma ġietx aċċettata t-talba tar-rappreżentanti tal-ħaddiema
* ħalli ssir inkjesta pubblika indipendenti
* biex tfittex x’kien il-kaġun tat-telf kbir li sar fl-aħħar sentejn u tlieta,
* u partikolarment min kien jaħti għall-kuntratt diżastruż
* tal-konverżjoni tal-bastimenti tal-Fairmount,
*
li swew miljuni kbar ta’ telf lill-poplu Malti.
Min
ma aċċettax li jsir inkjesta indipendenti, beża’ minnha.
Il-ħaddiema rieduha għax ma kellhomx x’jibżgħu minnha.
Il-poplu għandu dritt li jkun jaf il-verità dwar it-Tarzna,
* kemm għaliex hemm fin-nofs miljuni kbar mit-taxxi li huwa ħallas,
* kif ukoll għaliex, it-Tarzna kienet l-akbar u l-eqdem industrija ta’ pajjiżna,
* u rawmet l-aqwa nies tas-snajja’ li pajjiżna kellu.
Il-poplu għandu jkun mgħarraf x’parti kellha l-Unjoni Ewropea fil-qerda tat-Tarzna
* u fit-telfien ta’ mijiet ta’ impiegi għall-ħaddiema tagħna,
* kif ukoll fit-telf tad-dħul ta’ munita barranija
* li pajjiżna ġarrab
* meta twaqqaf ix-xogħol tat-tiswija
* u l-bini tal-vapuri lill-barranin.
L-UE ħolqitilna l-kriżi tal-immigranti illegali
Waqt li
lil-poplu qegħdin jagħtuh x’jifhem li l-UE se tieħu passi ħalli ttaffilna l-piż
tal-eluf ta’ immigranti illegali li tħallew jidħlu u jibqgħu f’pajjiżna,
* il-kriżi qiegħda taggrava ruħha
* bil-miġja ta’ aktar immigranti,
* iżda bid-deċiżjoni li għadd ta’ immigranti
* għandhom jitilqu miċ-ċentri miftuħin ta’ detenzjoni,
* mingħajr m’għandhom fejn imorru joqogħdu.
Deċiżjoni
li tfisser
* li se jkollna mijiet ta’ immigranti
* jiġġerrew fit-toroq,
* jorqdu fejn isibu,
* mingħajr xogħol,
* u jdabbru rashom kif kif jistgħu.
Nistgħu nistennew li ħafna minnhom
* jispiċċaw ‘squatters’ fi djar abbandunati,
* u li oħrajn jikkommettu serq ‘l hawn u ‘l hinn
* ħalli jkollhom biex jgħixu.
Dan se jkabbar il-kriżi tal-immigranti
* għax se jkun kaġun ta’ aktar inkwiet soċjali
*
u ta’ allarm akbar għall-poplu tagħna.
L-immigranti illegali ma jridux jibqgħu f’pajjiżna.
Iridu jmorru fil-pajjiżi kbar tal-Ewropa.
Aħna qegħdin inżommuhom hawn bilfors
* u ma nħalluhomx jitilqu minn pajjiżna.
Qegħdin
nagħmlu dan għax l-UE ma tridx tħallina nħallu immigranti illegali jitilqu.
Għalhekk, m’aħniex noħorġulhom ‘travel document’ li bih jistgħu jsiefru, u qegħdi nnitfgħuhom il-ħabs, jekk naqbduhom jippruvaw joħorġu minn pajjiżna.
Dan kollu qiegħed iseħħ
* għax l-UE trid hekk,
* mhux għax jaqbel lilna hekk.
L-UE ġabitna f’din il-qagħda kerha.

L-ewwel
ġiegħlitna niftħu l-bibien ta’ pajjiżna għall-immigranti illegali
* billi biex isseħibna fl-Unjoni,
* sfurzatna nċedu r-riservi kollha li l-Gvern Malti kien għamel
* għall-Konvenzjoni tar-Refuġjati.
Imbagħad ma tippermettilniex inħalluhom imorru fejn iridu jmorru fl-Ewropa,
* u lanqas tħallina nżommuhom maqfulin f’ċentri ta’ detenzjoni
* għal aktar minn sitt xhur.
Dan
ifisser li tridna nintegrawhom mal-poplu tagħna ħalli joqogħdu hawn,
* jieħdu x-xogħol tagħna,
* id-djar tagħna
* u jgawdu mis-servizzi soċjali
*
li l-poplu tagħna jħallas għalihom it-taxxi.
Kull tant żmien issir xi laqgħa tal-UE fejn jitkellmu dwar il-qagħda kritika
tal-immigranti illegali f’Malta, u jintqal li jixraq li tingħatalna għajnuna
speċjali.
Ħafna diskors u fatti xejn.
Issa semmew li se jagħmlu “proġett pilota” għal Malta li permezz tiegħu pajjiżi tal-UE li jivvolontarjaw jieħdulna mill-immigranti li hawn, jingħataw fondi mill-Unjoni talli jagħmlu dan.
Dan il-proġett pilota mhuwiex soluzzjoni għall-problema tal-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna,
* għax jekk ma nerġgħux nagħlqu l-bibien ta’ pajjiżna għall-immigranti,
* numru akbar ta’ immigranti jibdew jiġu hawn,
* bit-tama li jintbagħtu fil-pajjiżi kbar tal-UE,
* bis-saħħa,
* proprju,
* ta’ dan il-proġett.
Dan hu difett tal-proposta tal-‘burden sharing’,
* għax mhux jiskoraġġixxi,
* iżda jinkoraġġixxi l-immigranti
* li jkunu jafu li se jsibu ruħhom f’xi pajjiż tal-Ewropa,
*
wara li jagħmlu ftit taż-żmien f’pajjiżna.
Hija
ħaġa xokkanti li l-Parlament Malti
* ma jiddiskutix waħda mill-problemi ewlenin li għandna,
* li hija l-immigrazzjoni illegali
* u n-numru ta’ immigranti jiġġerrew fit-toroq tagħna,
* mingħajr akkomodazzjoni
* u mingħajr xogħol.
Aktar u aktar meta l-poplu mhux qed jingħata t-tagħrif korret dwar il-problema.
Min-naħa
waħda jintqal li n-numru tal-immigranti f’pajjiżna qiegħed jonqos
* u fl-istess waqt,
* jingħad li hemm bżonn li immigranti
* li ilhom fiċ-ċentri miftuħin
* jitilqu biex jagħmlu wisgħa għal oħrajn
* li se jinħarġu miċ-ċentru magħluqin,
* għax ilhom aktar minn sitt xhur hemmhekk.
Issa, jekk in-numru ta’ immigranti mhux qed jiżdied,
* partijiet miċ-ċentri magħluqin jistgħu jsiru ċentri miftuħin,
*
biex fihom jibqgħu l-immigranti li ilhom sitt xhur f’dawk magħluqin.
Hija
ħaġa tal-għaġeb
* li qatt ma jingħataw l-istess ċifri
* tal-immigranti illegali li ġew Malta,
* li telqu,
* u li għadhom hawn.
Lanqas ta’ kemm jaħarbu miċ-ċentri magħluqin.
Mhux ta’ b’xejn li ħafna nies lanqas huma konvinti li bħalissa mhux ġejjin immigranti illegali f’pajjiżna.
Xi wħud isostnu li qegħdin jiġu immigranti, iżda l-fatt qed jibqa’ moħbi.
Jidher
iżda, li huwa fatt li wara li l-Italja bdiet treġġa’ lura l-immigranti lejn
il-Libja, in-numru tagħhom naqas sew.
Huwa fatt ukoll li l-Forzi Armati ta’ Malta qegħdin jagħtu għajnuna lid-dgħajes bl-immigranti biex ikunu jistgħu jaslu qawwijin u sħaħ sax-xtut ta’ Sqalija.
Huwa biss meta l-FAM ma jiżgurawx li d-dgħajjes bl-immigranti illegali se jaslu Sqallija, li jġibuhom Malta.
Din l-imġieba żgur għenet biex jonqos in-numru tal-immigranti illegali f’dawn l-ewwel
xhur ta’ din is-sena.
Xorta waħda l-qagħda tal-immigranti illegali f’pajjiżna hija gravi, u dan mhux
biss minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena ħafna taċ-ċentri ta’ detenzjoni.
Hija gravi għax il-problemi soċjali
* li l-immigranti qegħdin joħolqulna huma serji,
* u biż-żmien se jiżdiedu mhux jonqsu.

* u dwar dak tas-sigurtà tal-pajjiż.
Għalhekk, jeħtieġ li l-Parlament Malti jiddeċiedi dwar azzjoni konkreta
* ħalli tittrażżan din il-problema.
Ma nistgħux nistennew li l-UE se ssolvihielna hi.
Hija ħolqitielna u hija qiegħda żżomna lura milli nrażżnuha.
L-interess nazzjonali jitlob dan mill-Parlament tagħna,
* għax hemm il-ġejjini ta’ uliedna fin-nofs:
* pajjiżhom
* u xogħolhom.
Il-qgħad jiżdied bl-isħubija fl-UE
* ċaħħad lil Malta mid-dritt
* li tkompli tgawdi mill-prezz orħos minn dak tas-suq
* għaż-żejt li pajjiżna jimporta.
Konna nixtru ż-żejt mil-Libja bis-saħħa ta’ ftehim li konna għamilna mal-Libjani.
L-Unjoni Ewropea ġagħlitna nħassru dak il-ftehim,
* inkella l-Unjoni ma kinitx taċċetta li nissieħbu fl-Unjoni.
Għalhekk
* parti mit-tort tal-prezzijiet ogħla tal-prodotti taż-żejt
* u taż-żieda fenomenali fit-tariffi
* tad-dawl u tal-ilma
* hija tal-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni
taħti ukoll
* li fuq il-prodotti taż-żejt
* ikollna nħallsu dazji u ‘levies’
* li l-Unjoni mponiet
* bl-iskuża tal-ħarsien tal-klima.
Dan kollu jgħolli l-ħajja,
*
iżid l-ispejjeż tal-produzzjoni f’pajjiżna,
* u jagħmlna anqas kompetittivi.
Inqas kompetittivi tfisser li nesportaw inqas,
* u nesportaw inqas ifisser li jaħdmu nies inqas.
Ifisser ukoll li btala f’pajjiżna tqum aktar
* u dan ifisser inqas turisti li jiġu Malta.
Inqas turisti jfissru impjiegi inqas fl-industrija tat-turiżmu
* u dħul inqas ta’ flus għal pajjiżna.
Dawn huma kollha konsegwenzi tal-politika ħażina tal-Unjoni Ewropea
*
li pajjiżna jkollu jsegwi minħabba s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Is-sħubija
fl-Unjoni Ewropea għamlitilna ħsara fil-qasam tax-xogħol,
* kemm għaliex għamlitna anqas kompetittivi,
* kif ukoll għaliex ikkawżatilna l-għeluq ta’ ħafna fabbriki
* u sensji lill-ħaddiema,
* u għax l-Unjoni ġiegħlet lill-Gvern Malti jipprivatizza kollox,
* bil-konsegwenza li tnaqqsu l-impjiegi
* u ntilef dħul għall-Kaxxa tal-Gvern.
L-iżbilanċ tal-Gvern baqa’ jogħla mhux jonqos,
* għax il-Gvern ħass li għandu jħallas il-miljuni
* biex il-ħaddiema jirtiraw mill-impjieg,
* mhux ħareġ il-miljuni
* biex joħloq l-impjiegi għall-ħaddiema.

U l-Unjoni Ewropea approvat
* li l-Gvern iħallas il-miljuni
* biex il-ħaddiema jieqfu mix-xogħol,
* u ma approvatx li l-Gvern
* ikompli jagħti għajnuna lit-Tarzna
*
biex jinżammu fl-impjieg 1,700 ħaddiema tas-sengħa.
Il-qagħda mwegħra
tal-impjiegi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,
* fejn il-qgħad reġa’ żdied għal madwar 20 miljun,
* hija l-akbar ċertifikat tal-politika żbaljata tal-Unjoni fil-qasam tax-xogħol.
Għalhekk m’għandniex għax niskantaw li jiżdied il-qgħad f’pajjiżna,
* la darba pajjiżna jimxi fuq il-politika żbaljata tal-Unjoni.
Jekk inwarrbu din il-politika żbalta tal-UE,
* inkunu f’qagħda ħafna aħjar
* biex inħaddmu politika li toħloq ix-xogħol
* u żżid l-impjiegi f’pajjiżna.
Inkunu ukoll nistgħu niżguraw
* li x-xogħol f’pajjiżna jieħdu l-ħaddiem Malti,
* mhux kif qiegħed jiġri li wara s-sħubija,
* eluf ta’ ħaddiema mill-pajjiżi tal-UE
* qegħdin jieħdu x-xogħol tal-ħaddiema Maltin.
Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju, 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ