MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID
LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET
TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA
LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
F’Rapport li deher f’l-orizzont tal-Ħamis li għadda ta’ laqgħa politika, intqal li l-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI m’għandha l-ebda pariri siewja x’tagħti dwar ir-rastifika tal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea.
Intqal li r-raġuni ta’ dan hija għax fi żmien ir-Referendum u l-aħħar elezzjoni ġenerali din ta taghat l-ebda sehem fil-ħidma li kienet qiegħda ssir dak iż-żmien dwar il-kwistjoni tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-kliem huwa bla sens, barra li huwa żbaljat.
Dan huwa kliem bla sens għax anki kieku kien minnu li s-CNI ma ħaditx sehem fil-kampanja tar-Referendum, xorta waħda għandha dritt tgħid kif taħsbha dwar il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, u xorta waħda s-CNI għandha dritt ukoll tgħid lill-Malti u lill-Għawdxin għaliex m’għandniex nivvotaw IVA għall-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni.
Il-Malti u l-Għawdxin għandhom jiflu l-argumenti tas-CNI dwar din il-Kostituzzjoni ġdida indipendentament mill-fatt jekk is-CNI ħaditx sehem jew le fil-kampanja tar-Referendum.
L-argumenti ma jitkejjlux mis-sehem ta’ min jagħmilhom, iżda mis-serjeta` u l-konsistenza tagħhom u ta’ min jagħmilhom.
Il-kliem dwar is-CNI li deher fir-rapport tal-Ħamis li għadda, huwa wkoll żbaljat.
Għax is-CNI kellha sehem mill-akbar fil-kampanja tar-Referendum kontra l-ftehim tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea magħmul mill-Gvern Nazzjonalista.
Biżżejjed infakkru li kellu jitwaqqaf il-Moviment IVA preċiżament bl-iskop li jikkumbatti lis-CNI.
Biżżejjed insemmu l-membri prominenti tas-CNI li ħadu sehem attiv fil-kampanja tar-Referendum u li spiċċaw ħarġu kandidati mal-Partit Laburista.
Qegħdin ngħidu għal
Tony DeCelis, ex-Segretarju tas-CNI,
Lorna Vassallo, ex-Segretarja tas-CNI,
Sharon Ellul Bonici, ex-PRO tas-CNI u
Jesmar Baldacchiono, ex-membru tas-CNI.
Li llum wieħed jeħodha kontra s-CNI għax baqgħet konsistenti u kredibbli, nifmuha, iżda ma nifhmux kif wieħed jasal biex jigdeb dwar is-CNI fil-preżenza ta’ żewġ attivisti tas-CNI li llum huma membri ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista.
Aħna naħsbu li l-Laburisti aktar jistgħu jafdaw lis-CNI li tagħti pariri siewja dwar il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea, milli jistgħu jafdaw fil-Partit Nazzjonalista, f’ta’ l-IVA, fit-Times u fil-korrispondenti kollha kontra l-Labour party, li lkoll issa qegħdin iħeġġuna biex nivvotaw magħhom IVA favur il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE.
Issa waslu biex jippruvaw iwebbluna nivvotaw kontra r-rieda tagħna favur il-Kostituzzjoni ta’ l-UE, jixluna li nkunu “bċieċen” jekk ma nagħmlux bħas-sriep makakki u nivvotaw favuriha.
Iżda l-makakkerija tagħhom qegħdin jużawha biex jobormu lill-Laburisti u mhux biex jegħlbu lin-Nazzjonalisti fil-logħba li dawn qed jilgħabu.
In-Nazzjonalisti qegħdin jittamaw li jġiegħlu lill-Laburisti jivvotaw IVA magħhom għat-Trattat tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
B’hekk huma jagħmlu rebħa politika kbira.
Għax filwaqt li jiddemoralizzaw lill-partitarji Laburisti, li jħossuhom umiljati li wasli biex jibilgħu kull ma qalu dwar il-ħsara li l-Unjoni Ewropea tagħmel lil Malta, jimlew bi kburija lill-partitarji Nazzjonalisti li huma kellhom raġun dwar il-ftaħir kollu li qalu dwar l-Unjoni.
Imma n-Nazzjonalisti jridu li l-Laburisti jivvotaw IVA magħhom għal raġuni akbar minn hekk.
Għax b’hekk huma jirnexxilhom iwaqqfu l-emoroġija ta’ ħafna li vvotawlhom sentejn ilu favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, iżda issa ħassuhom li ġew ingannati u qegħdin jitilquhom.
Lil dawn l-eluf se jgħidulhom li l-Laburisti ma jistgħux jagħtuhom raġun u kenn, għax il-Laburisti stess qegħdin jiftehmu magħhom dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Min iħossu diżappuntat dwar il-ftehim li sar ma l-Unjoni Ewropea, ma jsibx refuġju fil-Laburisti jekk issa l-Laburisti jaħsbuha bħan-Nazzjonalisti dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
In-Nazzjonalisti jafu li llum il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin huma kontra l-ftehim li sar ma l-Unjoni Ewropea għax instab li huwa żvantaġġjuż u ta’ ħsara għall-poplu, speċjalment għall-ħaddiema.
Iżda n-Nazzjonalisti jittamaw li jerġa’ jkun hawn maġġoranza favur il-ftehim li huma għamlu, meta l-Laburisti jingħaqdu magħhom u jivvotaw favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk jerġa’ jkun hawn maġġoranza favur il-ftehim li sar ma’ l-UE, il-Partit Laburista jista’ jaqta’ jiesu li jirbaħ il-maġġoranza.
F’dak il-każ, il-maġġoranza tagaħżel lill-partit li għamel il-ftehim ma’ l-Unjoni u mhux lill-partit li oppona l-ftehim.
Għall-maġġoranza tal-poplu (Laburisti u Nazzjonalisti) li ma tafx x’fiha l-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE, vot favur il-Kostituzzjoni jfisser vot favur il-ftehim magħmul min-Nazzjonalisti.
Għalhekk il-Partit Laburista qatt ma jista’ jirbaħ voti jekk jivvota man-Nazzjonalisti favur il-Kostituzzjoni.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 25 ta’ Mejju, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ