MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Il-ħelsien ta’ Malta mill-UE
Il-jum
tal-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena mhux se jkun jum ta’ ferħ bħal
ma kien għall-poplu Malti ma’ tul l-aħħar 25 sena mill-1979
’l hawn.
Għax il-Ħelsien sħiħ li ksibna fil-31 ta’ Marzu 1979
il-Gvern Malti ċedieh fis-16 ta’ April tas-sena l-oħra f’Ateni,
il-Greċja, meta l-Prim Ministru Malti u l-Ministru għall-Affarijiet
Barranin iffirmaw it-Trattat tas-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u
issa se nitilfuh formalment fl-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena, hekk kif Malta
tissieħeb formalment bħala membru fl-Unjoni.
B’hekk, is-16 ta’ April se jibqa’ mfakkar bħala Jum it-Tradiment, u
l-1 ta’ Mejju, Jum il-Ħaddiem, se jkun imtappan bil-mistħija tas-sħubija
fl-Unjoni Ewropea.
M’għadniex
ħielsa
Bl-irbit
tal-kundizzjonijiet tal-politika u tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiżna
ma baqax ħieles li jitmexxa skond ir-rieda tal-poplu tagħna.
F’ħafna oqsma importanti ta’ ħajjitna, l-Unjoni Ewropea
tikkmandana x’nagħmlu u ma nagħmlux, naqblu jew ma jaqblux magħha.
Konna ħielsa biex niddeċiedu li ma nibqgħux ħielsa, iżda
issa li ddeċidejna li tmexxina l-Unjoni Ewropea, inkunu qegħdin nidħku
bina nfusna jekk nibqgħu niċelebraw kemm aħna ħielsa meta
m’aħniex, għax ninsabu mmexxija minn ħaddiehor, mill-Unjoni
Ewropea.
Skandlu
lill-poplu
Meta
nhar it-Tlieta rajna u smajna l-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji
Parlamentari jaħilfu li jkunu fidili u leali lejn il-poplu Malti u lejn
il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ pajjiżna, skandalizzajna ruħna.
Għax il-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jafu li
bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, huma, fl-ewwel lok, se jkollhom
ikunu fidili u leali lejn dak li tgħid u tiddeċiedi l-Unjoni Ewropea u
mhux dak li jaqbel u jgħodd għall-poplu Malti.
Il-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jafu li huma fl-ewwel
lok iridu jobdu dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u mhux
dak li tgħid il-Kostituzzjoni Maltija, għax il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
hija aqwa u fuq il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Il-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jafu li huma se
jkollhom iwettqu l-liġijiet li tagħmel l-Unjoni Ewropea u mhux il-liġijiet
tal-Parlament Malti li jistgħu ma jkunux jaqblu ma’ dawk ta’ l-Unjoni.
Għalhekk il-poplu Malti ngħata skandlu nhar it-Tlieta biċ-ċerimonja
tal-ħatra u tal-ġurament tal-Prim Ministru, tal-Ministri, u
tas-Segretarji Parlamentari, li ntweriet u nstemgħet fuq il-mezzi tax-xandir.
Jum
ta’ tifkira
La
darba bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea l-poplu Malti m’għadux ħieles
li jiggverna lilu nnifsu, fil-31 ta’ Marzu nagħmlu żball jekk nifirħu
u niċċelebraw il-Ħelsien.
La l-Ħelsien tlifnieh, fil-31 ta’ Marzu għandna nfakkru meta il-Ħelsien
ksibnieh, kemm huwa ħaġa għażiża u x’għajb għamilna
li ma ddefendejnieħx.
Iżda m’għandniex nikkommemoraw biss il-Ħelsien li tlifna u
nqimu dawk li kisbuhulna.
Għandna
naħilfu li nagħmlu minn kollox biex nerġgħu nirbħuh
lura għall-poplu tagħna.
Hija s-sħubija fl-Unjoni Ewropea li serqitilna l-Ħelsien.
Mela
biex il-poplu tagħna jerga’ jkun ħieles, ma jridx jibqa’ msieħeb
fl-Unjoni Ewropea bl-irbit tal-ftehim li l-Unjoni Ewropea għamlitilna.
Jum il-Ħelsien li ġej għandu jkun il-bidu tal-ġlieda mill-ġdid
għall-Ħelsien.
Il-fondi
ta’ l-UE Ikunu flusna stess!
Diġa'
bdejna naqraw u nisimgħu dwar "Fondi mill-UE" li jistgħu jiġu
għal diversi proġetti kemm f'Malta u kemm f'Għawdex.
Tajjeb li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu jafu li dawk il-fondi li qegħdin
isemmu m'huma xejn fondi ta' l-Unjoni Ewropea!
Dawk huma flus li l-Unjoni Ewropea tkun ilha li ħaditilna xhur u snin qabel.
Bħal
per eżempju, il-miljuni ta' liri li se nibdew niġbru mid-dwana u li
rridu nibgħatuhom lill-Unjoni Ewropea.
Infakkrukom f'dak li qal is-Sur John Mifsud, id-Direttur Ġenerali tad-Dwana,
meta kellem lill-uffiċjali tad-Dwana dan l-aħħar:
"… mill-1 ta' Mejju, il-flus kollha li niġbru mid-Dwana ma jmorrux aktar fil-kaxxa ta' Malta iżda f'dik ta' l-Unjoni Ewropea. Il-gvern iħallas biss il-pagi".
Minbarra dawn il-miljuni li niġbru mid-Dwana, irridu wkoll inħallsu
lill-Unjoni parti mill-VAT li jiġbor il-Gvern u flejjes oħrajn.
Mela
meta tisimgħu lill-politiċi Maltin jgħidulkom li "se nirċievu
fondi mill-Unjoni Ewropea", kunu afu li dawk il-fondi li se nirċievu
huma flusna stess li nkunu diġà ħallasna jew tajna lill-UE.
U stennew li tibdew taraw tabelli kbar kull fejn ikun qiegħed isir xi proġett li l-Unjoni tkun bagħtet għalih xi parti mill-ispiża tiegħu (tinsewx, minn flusna stess).
Ikun hemm bnadar blu ta' l-UE bl-istilel tad-deheb u l-kliem:
"Dan
il-proġett qiegħed jitwetttaq bl-għajnuna tal-fondi ta' l-UE".
Mhux biss se jkunu serqulna l-ħelsien, l-indipendenza u s-sovranità ta'
pajjiżna, iżda issa se jġagħlulna nagħmlu propaganda għall-Unjoni
Ewropea bi flusna stess!
U kif il-politiċi Maltin m'huma jgħidu xejn dwar dan?
Nixtarru
dawn sewwa
-
David Heathcoat-Amory, ex-Paymaster General ta' l-Ingilterra, fit-12 ta'
Novembru 1996, qal:
"… l-importanza ta' din id-deċiżjoni tal-Qorti (dwar il-“Working
Time Directives" ta' l-UE) m'għandha x'taqsam xejn ma' kemm kienu
jistgħu jaħdmu sigħat il-ħaddiema fl-Ingilterra; imma għandha
x'taqsam dwar min verament jagħmel il-liġijiet f'pajjiżna – hux
dan il-Parlament (Ingliż) jew setgħa oħra barranija (l-UE)."
- Dennis Healet, ex-Chancellor of the Exchequer Ingliż, fit-30 ta' Ottubru
1996, qal:
"Li toħloq munita waħda (l-Euro) – ħaġa daqstant
importanti – kontra x-xewqa ta' tant nies, ikun diżastru … ikun ferm
jaqbel għall-Ingilterra li tibqa' barra milli tidhol f'sistema li bilfors
se tkun diżastruża fil-konsegwenzi politiċi u ekonomiċi tagħha."
- Malcolm Rifkind, ex-Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth,
fis-7 ta' Ottubru 1996, stqarr hekk:
"Aħna lkoll nifhmu li l-munita waħda tkun deċiżjoni
storika li virtwalment tkun irriversibbli. U għalhekk huwa kruċjalment
importanti li nkunu nafu għal x'hiex deħlin."
Tgħid
il-Gvern Malti jaf għal x'hiex irid jgħaġġel idaħħal
l-Euro?
Il-Ħamis, 25 ta’ Marzu, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ