MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
In-newtralita` l-aħjar politika għalina

L-UNJONI
EWROPEA ma tridx li pajjiżna jkun newtrali għax tridu jħaddan il-politika
barranija u ta’ sigurta`
tal-Unjoni.
Il-politiċi servili Maltin, li jridu jikkuntentaw lill-Unjoni, qegħdin iħejju t-triq biex il-poplu jaċċetta li titħassar in-newtralita` mill-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Dan
il-pass ifisser tradiment tal-aħjar interessi tal-poplu tagħna.
Issa li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona,
* l-UE għandha Kummissarju,
* Lady Ashton,
* li tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi barranin
* u tirrappreżenta lill-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet barranin.
Lady
Ashton titkellem għal Malta u għall-pajjiżi l-oħrajn kollha tal-Unjoni.
Hija tmexxi l-politika barranija komuni tal-Unjoni,
* mhux il-politika barranija ta’ Malta,
* għax il-politika barranija komuni tal-Unjoni
* mhix il-politika ta’ newtralita`,
* kif imfissar fil-Kostituzzjoni ta Malta.
Dawk li jridu li pajjiżna jċedi n-newtralita` jġibu l-iskużi li ċ-ċirkosanzi politiċi tal-lum mhumiex l-istess bħal dawk tal-1987, meta daħħalna fil-Kostituzzjoni tagħna l-kunċett li Malta hija stat newtrali li jaħdem attivament għall-paċi, is-sigurta` u l-progress soċjali għall-ġnus kollha, billi jħaddan politika ta’ non-alinjament u ma jisseħibx fl-ebda allejanza militari
Il-Kostituzzjoni Maltija u l-UE ma jaqblux
Il-Kostituzzjoni
Maltija hi waħda ta’ non-allinjament,
* u l-UE,
* jekk mhux diġa` hi,
* qiegħda tiżviluppa f’allejanza militari
* u qiegħda twaqqaf armata Ewropea.
Għalhekk il-politika tal-Unjoni ma taqbilx mal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
U
għalhekk il-politiċi li huma servili għall-UE jridu jemendaw il-Kostituzzjoni ta’
Malta biex ma tibqax ma taqbilx mal-politika tal-Unjoni.
Il-mexxejja
tal-Unjoni Ewropea u l-politiċi Maltin servili għaliha jġibu l-iskuża li ladarba
l-gwerra bierda m’għadhiex teżisti u m’hawnx il-pajjiżi tal-Punent fuq naħa u l-pajjiżi
tal-Lvant fuq in-naħa l-oħra, bħalma kien hemm fl-1987, m’hemmx aktar skop li
pajjiżna ma jxaqlibx lejn naħa jew oħra.
Iżda dan huwa raġunar falz għax illum għad hawn firda kbira bejn il-popli tal-pajjiżi tal-Punent u l-popli ta’ ħafna pajjiżi oħrajn tad-dinja, li jħossuhom mheddin mis-saħħa finanzjarja, ekonomika u militari tal-Punent.
Illum avolja m’hawnx theddida ta’ attakk militari minn barra fuq xi pajjiż tal-Ewropa jew fuq l-Istati Uniti, xorta waħda l-pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti jħossu li s-sigurta` tagħhom hija mhedda minn attakki jew attentati minn ġewwa l-pajjiż stess.
Tensjoni u nuqqas ta’ sigurta`
Min
ma jridx iqarraq bil-poplu tagħna
* għandu jammetti li fil-pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea –
* bħall-Ingliterra,
* il-Ġermanja,
* Franza,
* l-Italja u
* Spanja –
* teżisti tensjoni kontinwa
* u ħtieġa ta’ għassa kbira
* dwar attakki jew attentati
* organizzati minn għedewwa tas-sistema
* u tal-politika tal-gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi.
Nistgħu ngħidu, iżda, li sal-lum din it-tensjoni ma teżistix f’pajjiżna, u m’hawnx theddid ta’ attakki jew attentati kontra l-politika u s-sistema tal-Gvern tagħna.
Min huwa onest u oġġettiv għandu jirrifletti u jirealizza li n-nuqqas ta’ tensjoni u s-sigurta` li hawn f’pajjiżna huma frott tal-politika tan-newtralita` u non-allinjament tagħna.
Din tagħżilna mill-popli l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea f’għajnejn il-popli tal-pajjiżi barra l-blokk, li jħossu li l-gvernijiet tal-pajjiżi Ewropej huma għedewwa tagħhom, minkejja li huma ħbieb tal-mexxejja tal-gvernijiet tagħhom.
Għandna nifhmu li jekk ma rridux li nkunu fl-istess maltemp ta’ tensjoni u theddid ghas-sigurta` li l-popli l-oħrajn tal-UE jinsabu fih, għandna nkomplu nħaddnu politika barranija differenti minn tagħhom, jiġifieri mill-politika barranija u ta’ sigurta` komuni Ewropea.
In- newtralita` l-akbar ħarsien
Kontra
t-theddida ta’ attakki jew attentati minn ġewwa l-pajjiż, l-ebda ammont ta’
armamenti ma jiswew daqs kemm tiswa l-politika ta’
newtralita` u non-alinjament għax din mhux tilqa’
għall-attakki jew attentati, iżda tevita li jitwettqu għax il-Maltin ma jitqisux
għedewwa bħal ma jitqiesu popli oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
Għalhekk il-politika ta’ newtralita` u non-allinjament hija l-aqwa tarka li l-poplu Malti għandu għall-ħarsien u s-sigurta` tiegħu.
Il-politika
barranija u ta’ sigurta` komuni tal-Unjoni Ewropea
* mhux biss mhijiex aħjar għall-poplu tagħna
* mill-politika ta’ newtralita` u non-allinjament,
* iżda lanqas ma tagħti xi timbru modern lill-Kostituzzjoni tagħna,
* għax hija politika mibnija fuq is-sisien qodma ta’ żmien il-Gwerra l-Bierda,
* meta l-Ewropa tal-Punent ħasset li tista’ tiżgura s-sigurta` tagħha permezz tal-forzi militari.
Illum l-ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea ma jista’ jiżgura ħarsien għall-poplu tiegħu bil-qawwa tal-mezzi militari, għax il-periklu huwa intern, minn ġewwa, u l-ebda forza militari ma tista’ tilqa’ għalih.
Jekk l-Unjoni Ewropea trid li jkollha aktar sigurta` u paċi, trid tibdel il-politika tagħha u taddotta l-politika Maltija ta’ newtralita` u non-allinjament.
Billi f’dan is-sens tiswa lill-Unjoni anki ekonomikament, għax tkun tista’ tiddedika l-biljuni li qiegħda tonfoq ħalli ssaħħaħ il-forzi militari tagħha fi proġetti u ta’ fejda għall-miljuni ta’ Ewropej li jgħixu fil-faqar, jew li huma qegħda.
Fuq kollox, il-popli kollha li llum iqisu lill-UE bħala għadu tagħhom, ma jibqgħux antagonisti għaliha jekk hija twarrab il-politika barranija tagħha tal-lum u tħaddan il-politika Maltija ta’ newtralita` u non-allinjament, li hi politika ideali għaċ-ċirkostanzi moderni tal-lum.
Bis-sħubija tagħna fl-UE ġejna agħar
IL-POPLU
Malti huwa aħjar milli kien meta ma kienx għadu membru tal-Unjoni Ewropea?
It-tweġiba għal din il-mistoqsija li l-propagandisti tal-UE huma mistennija li jagħtu, hija iva.
Iżda t-tweġiba li l-kotra l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin jagħtu, hi le, għax jinsabu ferm agħar.
Min huma l-ħafna Maltin u Għawdxin li jinsabu agħar wara s-sħubija?

Huma
l-eluf kbar ta’ nisa tad-dar
* li ma jistgħux ilaħħqu bil-pagi ta’ żwieġhom
* mal-għoli sfrenat tal-ħajja
* li sploda wara s-sħubija fl-Unjoni.
Huma l-eluf ta’ ħaddiema
* li tilfu l-impjieg tagħhom
* meta l-fabbriki fejn kienu jaħdmu
* kellhom jagħlqu
* minħabba l-politika u r-regolamenti tal-UE.
Huma
l-aqwa ħaddiema tas-sengħa li pajjiżna kellu,
* li spiċċaw bla xogħol
* jew jagħmlu xogħol li ma jitlob l-ebda sengħa,
* meta t-Tarzna ta Malta tħarbtet għax l-UE hekk riedet.
Jinsabu agħar wara s-sħubija fl-UE
* l-imprendituri Maltin
* li l-impriżi tagħhom kienu jaħdmu għas-suq lokali
* u li kellhom iżarmaw
* għax l-UE ma ppermettitx
* li tkompli tingħata għajnuna
* biex jikkompetu ma prodotti konkorrenti barranin.
Marru
agħar bis-sħubija fl-UE
* is-sidien tax-xarabanks li,
* minħabba l-politika Ewropea,
* se jittieħdilhom xogħolhom
* u l-vetturi tagħhom
* se jkollhom jarmuhom.
M’humiex
aħjar wara s-sħubija fl-UE
* l-impjegati tal-impriżi
* li ġew ipprivatizzati,
* kif ordnat minn Brussels,
* u li l-pagi tagħhom tnaqqsu,
* filwaqt li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ħżienu flok tjiebu.
Marru agħar l-eluf ta’ għarajjes li,
* b’effett tal-politika tal-UE
* li trażżan l-għoti mill-Istat ta’ għajnuna għal ‘housing’ soċjali,
* ma jifilħux iħallsu l-prezzijiet tal-‘plots’ biex jibnu djarhom,
* jew li jixtru dar lesta,
* u lanqas li jistgħu jaslu li jħallsu l-kirjiet għoljin tal-lum fuq il-postijiet.

Jinsabu ferm ħażin wara s-sħubija
* l-eluf ta’ kaċċaturi
* u nassaba
* li jħossuhom iddisprati
* mċaħħdin mill-kaċċa fir-rebbiegħa
* u min-namra tal-insib.
Jifhmu
li huma f’qagħda agħar wara l-1 ta’ Mejju, 2004,
* il-Maltin u l-Għawdxin qegħda
* li xorta jaraw eluf ta’ barranin
* minn pajjiżi oħrajn tal-UE
* jaħdmu hawn minflokhom
* b’inqas pagi
* u huma jkollhom ikampaw
* bl-għajnuna soċjali tal-qagħad.

Marru
agħar il-bdiewa
* minħabba l-importazzjoni bla rażan
* tal-prodotti ta’ barra,
* kif ukoll is-sajjieda
* minħabba x-xkiel li l-Unjoni Ewropea
* tagħmel fuq l-ammont ta’ ħut li jistgħu jaqbdu
* u l-ħafna sikkaturi oħrajn li qiegħda tagħmel fuqhom.
Appart
dawn l-eluf ta’ Maltin u Għawdxin
* li jħossu li huma personalment marru ħażin bis-sħubija fl-UE,
* il-pajjiż kollu kemm hu jinsab f’qagħda agħar
* għax l-istat finanzjarju tiegħu ddgħajjef
* mhux issaħħaħ bil-kobor tad-dejn,
* l-esportazzjoni mill-pajjiż naqset mhux żdiedet,
* il-piż tat-taxxi kiber mhux tħaffef
* u l-faqar kiber ukoll.

Fil-pajjiż
żdied l-għawġ soċjali wara s-sħubija fl-UE
* bil-kanċer tal-korruzzjoni jinfirex
* u l-vizzju tad-droga u tal-logħob
* iħarbtu eluf ta’ żgħażagħ u familji.
Il-valuri morali b’saħħithom tal-poplu ddgħajfu f’ġieħ il-progress mingħajr valuri li l-UE xxandar u timponi fuq il-poplu mseħbin fiha.
Quddiem
din il-ħerba morali u materjali kollha
* li s-sħubija fl-UE ġabitilna,
* insibu b’għajb li għad hawn ċrieki ekklesjastiċi
* responsabbli mill-mezzi tal-komunikazzjoni,
* bħalma huma r-rivista tal-parroċċi
* Flimkien u Leħen is-Sewwa,
* li jaċċettaw li jkomplu jagħmlu regolarment
* propaganda qarrieqa favur l-Unjoni Ewropea.
Dawn qegħdin,
* bil-maqlub,
* il-lifgħa jgħożżuha f’komtna,
* flok jagħmlu bħalma għamel San Pawl,
* u jarmuha.
Meta daħqu bl-Għawdxin
Minn Eddy Privitera
L-AĦBAR
li Għawdex ma jistax jitqies bħala “regjun” minħabba li huwa “gżira fi stat
gżira” żgur li ġabet f’moħħ dawk l-Għawdxin li kienu emmnu lil Fenech Adami u l-PN
qabel ir-referendum, bil-wegħda solenni li, jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea,
Għawdex ikollu trattament speċjali għax jitqies bħala reġjun u b’hekk jibda
jgawdi minn fondi speċjali Ewropej.
Min jaf kemm Għawdxin kienu belgħu dik il-lixka u marru jivvutaw “Iva”.
Min jaf illum dawn l-istess Għawdxin x’qed jgħaddi minn moħħhom?
F’Għawdex
hemm ukoll mijiet kbar ta’ kaċċaturi u nassaba, li wkoll kienu wegħduhom li mhux
talli ma kinux se jinbidlu r-regolament tal-kaċċa u l-insib, iżda jekk isir xi
tibdil, dan kien se jkun għall-aħjar tagħhom.
Il-kaċċaturi u n-nassaba Għawdxin, bħal sħabhom il-Maltin, llum jafu li ġew ingannati.
Għalhekk
nemmnu li anki dawk kollha li kienu vvotaw “Iva” għas-sħubija fl-UE, għax emmnu
li Għawdex fl-UE se jsir “reġjun” għalih u jibda jirċievi fondi speċjali, illum
indunaw li l-Gvern Nazzjonalista u l-MIC, immexxija minn Simon Busuttil,
dakinhar kienu għaddewhom minn għajn il-labra.
Forsi jkun hemm min jgħid: “Issa m’hemmx x’tagħmel, li hemm hemm”.
Imma jgħidu hekk dawk li ma jridu jagħmlu xejn
F’din il-paġna stess fl-10 ta’ Diċembru li għadda tajna spjegazzjoni ta’ x’jgħid l-artiklu 49A tat-Trattat ta’ Lisbona, li issa daħal fis-seħħ.
Dan l-artiklu jagħmilha ċara li kull stat membru tal-UE għandu dritt joħroġ mill-għaqda.
Kien
spjegat kif meta stat membru javża li ma jridx jibqa’ marbut bit-trattat ta’
sħubija fi ħdanha, hemm sentejn żmien biex fihom jiġi nnegozjat ftehim ġdid ta’
koperazzjoni bejn il-pajjiż li jkun se jirtira u l-UE nfisha u li jidħol
fis-seħħ hekk kif jintlaħaq ftehim.
B’hekk dak il-pajjiż qisu jerġa’ jitwieled mill-ġdid bħala stat indipendenti u Sovran, bħalma kien qabel il-politiċi webbluh jarmi l-ħelsien tal-poplu tiegħu u jerġa’ jsir kolonja tal-barrani, kif ġara lil Malta fl-1 ta’ Mejju 2004.
Lil min tisimgħu jgħid li Allaħares ma konniex fl-UE għax kieku l-kriżi finanzjarja li laqtet lid-dinja fl-aħħar xhur, kieku konna nsibu ruħna ferm agħar, għidulhom:
“Mela kif ċerti pajjiżi li m’humiex fl-UE ma ntlaqtux ħażin daqs ċerti pajjiżi oħrajn li huma membru u anki fiż-Żona Ewro? Għaliex Spanja u l-Greċja, biex insemmu tnejn biss, intlaqtu ferm agħar, tista’ tgħid, il-pajjiżi l-oħrajn kollha tal-Ewropa, kemm dawk fl-UE kif ukoll dawk barra u li m’għandhomx l-ewro bħala l-munita tagħhom?”
L-UE hija ħolma li l-politiċi famużi li fassluha rnexxilhom b’makakkerija u anke b’gideb moħbi wara ħafna propaganda ta’ kliem sabiħ, iġiegħlu lill-poplu jiġri warajha, iżda maż-żmien qiegħda tinbidel fi ħmar il-lejl.
Mhux ta’ b’xejn li issa, bit-Trattatta’ Lisbona, id-dritt li poplu jfassal id-destin tiegħu ngħata d-daqqa tal-mewt, sakemm jibqa’ jaċċetta l-ħolm tal-Imperu Ewropew.
Il-Ħamis, 24 ta’ Diċembru, 2009

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ