MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI
Qabel kien l-ambjent fuq ix-xoghol, fil-fabbriki u fl-uffiċini, li kien jiddegrada ż-żgħażagħ.
Illum
huwa l-ambjent tad-divertiment li qiegħed jiddegrada liż-żgħażagħ.
Qabel kien jeħtieġilna nisħqu fuq id-dinjità taż-żgħażagħ
fuq ix-xogħol.
Illum
jeħtieġilna nisħqu fuq id-dinjità taż-żgħażagħ
fid-divertiment.
Għal ħafna żgħażagħ il-ħin li jagħtu għad-divertiment
huwa ftit inqas mill-ħin li jagħtu għax-xogħol.
L-ispejjeż li ż-żgħażagħ jonfqu għad-divertiment
(diretti u indiretti fuq ix-xiri ta' l-ilbies, l-infiq fl-ikel u x-xorb u
t-trasport) jieklu l-akbar parti tal-paga jew salarju taż-żgħażagħ.
Id-divertiment sar l-akbar impatt fil-formazzjoni taż-żgħażagħ
u jħalli l-akbar effett fuq ħajjithom.
Ħafna mid-divertiment mhux san la għas-saħħa u lanqas għall-moħħ
taz-żgħażagħ.
Iżda
m'hemmx minfloku divertiment li huwa san għas-saħħa u l-moħħ
taż-żgħażagħ li għandu l-qawwa li jiġbed lejh
liż-żgħażagħ.
Jekk irridu nikkumbattu d-divertiment li mhux san għas-saħħa u
l-moħħ taż-żgħażagħ, irridu noħolqu għalihom
divertiment alternattiv li huwa san u attraenti għalihom fl-istess ħin.
Illum id-divertiment taż-żgħażagħ mhux biss saret
industrija kbira, iżda saret ukoll problema soċjali kbira.
Problema għalihom bħala individwi u problema għan-nazzjon li huma
jridu jkunu l-irġiel u nisa li jiffurmawh għada.
Nazzjon magħmul minn irgiel u nisa li jkunu rvinaw żogħżithom,
ma jistax ikollu futur sabiħ. Jiddekadi.
Fl-għeluq is-sittin sena mit-twaqqif taż-Żgħażagħ
Ħaddiema Nsara f'Malta, nipproponulhom jiflu l-problema tad-divertiment
f'Malta tal-ħaddiema żgħażagħ, skond il-metodu bnin ta'
Ara, Aqta' u Agħmel (See, Judge and Act).
Naħsbu
li l-benefattur kbir Cardijn ma kienx jibqa' lura minn kampanja bħal din.
Is-CNI trid tagħti l-għajnuna tagħha għall-ġid tal-ġejjieni tan-nazzjon Malti.
Għax
is-CNI
temmen li l-ġejjieni ta' pajjiżna jiddependi ħafna minn kemm
ikollna ħaddiema ta' karattru, bħal dawk ta' l-imgħoddi, li jkunu
lesti jissagrifikaw ruħhom ħalli rajna jerġa' jkun f'idejna u
lesti jaħdmu biex jerġa' jkollna soċjetà ġusta u ħanina,
mogħtija għat-tixrid tal-paċi u s-sliem u koperazzjoni ġenwina
bejn il-ġnus.
Iż-żgħażagħ
iridu Ewropa oħra
Il-maġġoranza kbira taż-żgħażagħ Ewropej iridu Ewropa oħra. Mhux dik mibnija mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar 50 sena.
Lanqas
dik imfassla mill-Unjoni fil-Kostituzzjoni għall-Ewropa li l-Franċiżi
u l-Olandiżi ċahdu ftit tal-ġimgħat ilu, iżda li
l-Parlament Malti approva fis-6 ta' Lulju, kontra r-rieda tal-maġġoranza
tal-Maltin u l-Għawdxin.
Iż-żgħażagħ Ewropej, barra l-parti żgħira ta'
l-egoisti li jgawdu minn fuq l-Unjoni, ma jaqblux mal-politika tagħha li
ċċaħħad ix-xogħol u l-impjiegi lill-miljuni kbar ta'
żgħażagħ fil-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni.
Huma kontra l-politika tagħha tas-suq ħieles u ta' l-ewwel kmandament tagħha tal-profitt fuq kollox u qabel kollox.
Huma
jiċħdu l-politika tagħha li ssostni l-globalizzazzjoni u
l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li bihom jistanaw in-negozji l-kbar, iżda
jitħarbtu l-impriżi u jonqsu l-impjiegi fil-pajjiżi ta' l-Unjoni.
Għalhekk f'kull laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi ta' l-Unjoni, iż-żgħażagħ
ta' l-Ewropa jagħmlu protesti popolari kbar kontra l-politika ta' l-Unjoni
li ssostni d-deċiżjonijiet anti-soċjali li tieħu l-WTO
(l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ).
Din l-organizzazzjoni, bl-iskuża li l-kummerċ ħieles joħloq il-ġid, fil-fatt tkabbar is-saħħa ekonomika tal-pajjiżi l-aktar avvanzati a spejjeż tal-kundizzjonijiet tax-xogħol lura ħafna tal-pajjiżi fqar jew li għadhom jiżviluppaw.
Riedet jew ma riditx il-WTO meta twaqqfet, fil-fatt seħħ li bis-saħħa tal-politika u r-regoli tagħha, kibret l-inugwaljanza bejn il-pajjiżi fqar u l-pajjiżi sinjuri tad-dinja.
Dan
għarfuh iż-żgħażagħ progressivi Ewropej li ma
jaqblux ma' l-Unjoni Ewropea li tkompli ssostni din il-politika inġusta
mal-popli tal-pajjiżi fqar jew li għadhom jiżviluppaw.
Il-maġġoranza taż-żgħażagħ Ewropej ma jaqblux
mal-politika ta' l-Unjoni li trid li l-gvernijiet tal-pajjiżi msieħbin
fl-Unjoni jnaqqsu l-ispiża tagħhom fuq l-edukazzjoni u fuq is-servizzi
soċjali u l-pensjonijiet, fil-waqt li theġġiġhom iżidu
l-ispiża fl-iżvilupp ta' armi u armamenti aktar moderni.
Ma
jaqblux mal-politika ta' l-Unjoni li trid li l-edukazzjoni, l-ghajnuna soċjali
u l-pensjonijiet jitqiesu li huma servizzi mogħtija liċ-ċittadini,
li għandhom jingħatawlhom bi ħlas, bħal kull negozju ieħor
u li l-kumpaniji kummerċjali li jagħtuhom, għandhom jaraw li jagħmlu
qligħ minn fuq dawn is-servizzi.
Iż-żgħażagħ progressivi Ewropej jafu li s-suq ħieles
huwa ġungla fejn isaltan min huwa l-aktar b'saħħtu u jbatu
l-aktar dawk li huma l-aktar dgħajfa.
Għalhekk jeħtieġ li jindaħal l-istat ħalli jara li s-suq ma jagħmel ħsara lil ħadd u jaqdi lil kulħadd.
Fejn
l-istat ma jaqdix dan id-dmir soċjali, id-differenzi soċjali kibru
mhux ċkienu u setturi kbar tal-poplu m'għandhomx il-mezzi la għall-kura
tas-saħħa li jeħtieġu u lanqas għal għixien diċenti
meta jixjieħu.
Iżda l-Unjoni Ewropea trid tikkopja din is-sistema soċjali kapitalista u trid tħott is-sistema tal-‘welfare state’ li ħafna mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni bnew matul is-snin.
Għalhekk
iż-żgħażagħ Ewropej iridu Ewropa oħra, mhux dik li
trid l-UE.
Jiżdied
il-faqar fl-UE
L-organizzazzjoni
li taħdem biex jinqered il-faqar fl-Ewropa, magħrufa bl-isem ta'
European Anti-Poverty Network, f'‘newsletter’ tagħha saħqet li
l-politika ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda żżid l-għadd
tal-foqra fl-Ewropa.
Din l-organizzazzjoni kemm-il darba wissiet fl-imgħoddi kontra x-xejra li
hawn ħalli l-kompetizzjoni tas-suq u t-tkabbir ekonomiku irażżnu
s-sistema soċjali li ħafna pajjiżi fl-Ewropa (bħall-Isvezja,
l-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza u oħrajn) irnexxielhom jibnu.
Fil-fatt it-tkabbir ekonomiku mhux dejjem jissarraf f'numru akbar ta' impjiegi.
Huwa
fatt ukoll li l-kompetizzjoni tas-suq issir a spejjeż ta' telf ta' impjiegi
fil-pajjiż għax il-prodotti li qabel kienu jinħadmu fil-pajjiż,
jibdew jinħadmu b'anqas spiża f'pajjiż ieħor.
Il-European Anti-Poverty Network tgħid li spiss gvernijiet iserrħu
rashom li t-tkabbir ta' l-ekonomija joħloq l-impjiegi u b'hekk jinqered
il-faqar.
Iżda dan huwa żbaljat għax ħafna min-nies li jeħtieġu l-għajnuniet soċjali biex ipattulhom għan-nuqqasijiet tagħhom, ma jkunux f'qagħda li jaħdmu.
U
jekk isibu fejn jaħdmu, aktarx li jkun xogħol imħallas ftit u xogħol
mill-agħar li aktar iżidilhom id-dwejjaq u jkabbrilhom
l-iskuntentizza.
Din l-organizzazzjoni Ewropea kontra l-faqar tilmenta li l-‘welfare state’
hija llum mhedda minn kullimkien.
Bl-iskuża
li jimmodernizzaw il-ħarsien soċjali (bl-għajta qarrieqa ta'
‘welfare society’ flok ‘welfare state’), qegħdin lil min ma jiflaħx,
imur jaħdem, inaqqsulu l-benefiċċju tal-mard mogħti
mis-Sigurtà Nazzjonali, fl-istess waqt li jħejju għall-privatizzazzjoni
tas-sistema tal-pensjonijiet.
Il-European Anti-Poverty Network issostni li l-globalizzazzjoni qiegħda toħloq
il-faqar, waqt li l-liberalizzazzjoni ta' l-ekonomiji tagħmel ġid biss
lil min diġà għandu ġid.
Għalhekk wieħed għandu raġun jaħseb li l-faqar u l-qgħad huma fatturi essenzjali tas-sistema moderna tas-soċjetà.
Għax
l-istat ta' kriżi ekonomika permanenti jinġieb bħala ġustifikazzjoni
biex il-pagi u s-salarji ma jiżdidux u biex jingħad li l-ispiża
tas-servizzi soċjali hija kbira wisq u biex jisħqu li kull ħidma
trid issir biss bil-għan li jsir profitt, inkella l-ħidma m'għandhiex
issir.
Fin-‘newsletter’ tagħha, din l-organizzazzjoni kontra l-faqar fl-Ewropa
tagħmel sejħa għal rivoluzzjoni fil-mod kif qegħdin naħsbu
u nirraġunaw.
Din ir-rivoluzzjoni għandha twassal biex ikollna ħarsien soċjali
aktar minn tal-lum, biex ikun hawn xogħol u impjiegi aħjar minn dawk
tal-lum u biex ikun hawn solidarjetà soċjali akbar milli teżisti
llum.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min KISER il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 24 ta’ Awissu, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ