MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek

 

L-UE ħolqitilna l-kriżi tal-klandestini

 

Il-Politici Maltin ma jridux jitkellmu dwar il-problema ta’ l-immigranti illegali f’pajjiżna għax ma jridux jgħidu li l-Unjoni Ewropea taħti għaliha.

L-immigranti jitilqu minn pajjiżhom biex imorru jaħdmu u jgħixu fl-Unjoni Ewropea.

 

Kieku Malta ma kinitx fl-Unjoni, l-immigranti ma kinux jersqu lejn xtutna. 

 

Jekk noħorġu mill-Unjoni, l-immigranti ma jkomplux ifittxu lil Malta. 

 

Il-politiċi Maltin ma jridux li l-poplu jirrealizza dan biex ma jagħmilx pressjoni fuqhom ħalli ma nibqgħux fl-Unjoni.

Il-politiċi Maltin, biex jipprovaw jaħbu l-fatt li l-immigranti illegali qegħdin jiksru l-liġi Maltija, qegħdin isejħulhom immigranti irregolari. 

 

Għax il-politiċi jafu li l-immigranti li jkunu f’pajjiżna bi ksur tal-liġi Maltija, il-Qorti tagħna jibagħtuhom lura. 

 

Iżda l-politiċi ma jridux li tapplika l-liġi tagħna, għax ma jridux li ma joqogħdux għal dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.

Ftit taż-żmien ilu uffiċjal għoli governattiv, Louis Cilia, kixef li meta pajjiżna kien qed jinnegozja fil-1998 ma’ l-Unjoni Ewropea l-ftehim ta’ sħubija fl-Unjoni, din ġegħlet lill-Gvern iċedi r-riżervi kollha li l-Gvern Malti kien għamel fil-1971, għall-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar ir-refuġjati, inkella l-Unjoni ma kinitx se ssieħeb lil Malta.

 

Il-Gvern Malti kien neħħa dawk ir-riżervi nazzjonali biex jikkuntenta lill-Unjoni Ewropea. 

 

Dan it-tradiment inħeba mill-poplu Malti, u llum qegħdin inbatu l-konsegwenzi tiegħu, għax diġà għandna 1,400 refuġjat li qegħdin jaħdmu bi dritt f’pajjiżna, flok ħaddiema Maltin. 

 

Jekk ma nibqgħux imseħbin fl-Unjoni, ma nħallux li din il-ħsara għal pajjiżna tkompli ssir.

Il-politiċi Maltin ma jridux jifhmu li biex l-immigranti illegali ma jkomplux jersqu lejn pajjiżna l-immigranti jridu jkunu ċerti li pajjiżna se jibgħathom lura. 

 

Sakemm l-immigranti jibqgħu jittamaw li mhux se jintbagħtu lura, jibqgħu jipperikolaw ħajjithom u jħallsu l-flus biex ibaħħru mill-ixtut ta’ l-Afrika ta’ Fuq lejn Malta u l-Unjoni Ewropea.

Il-politiċi qegħdin jinjoraw il-fatt li din il-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali kibret daqshekk, għax warajha hemm il-kriminalità organizzata li qiegħda titraffika l-immigranti għall-flus, anke jekk taf li persentaġġ minnhom se jitilfu ħajjithom u persentaġġ ieħor mhux se jitħallew jibqgħu fl-Unjoni Ewropea. 

 

Min jibqa’ jittollera l-immigranti illegali, ikun qiegħed jgħin lit-traffikanti kriminali tagħhom. 

 

Biex trażżan it-traffikar ta’ l-immigranti illegali, trid tkun lest ma taċċettahomx taħt ebda skuża. 

 

Jekk isir hekk, jinqata’ n-negozju kriminali tat-traffikar ta’ l-immigranti illegali. 

 

Iżda l-politiċi Maltin ma jridux jieħdu dawn il-passi għax iridu jimxu pass pass ma’ dak li tgħid l-Unjoni Ewropea. 

 

Jekk ma nkunux aktar imseħbin fl-Unjoni, inkunu nistgħu nieħdu l-passi kollha xierqa biex inwaqqfu l-immigrazzjoni illegali lejn pajjjiżna.

Il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni illegali hija kompletament żbaljata. 

 

L-Unjoni qiegħda tonfoq il-miljuni biex twaqqaf l-aġenzija Frontex biex bċejjeċ navali tal-pajjiżi tagħha, fosthom Maltin, jagħmlu rondi fil-Mediterran. 

 

Dawn minflok inaffru l-immigranti illegali, aktar qegħdin jinkoraġġuhom. 

 

Għax bir-rondi, l-immigranti jkunu mħarsin aktar mill-periklu ta’ għarqa, ladarba kulma jagħmlu r-rondi hu, li jiġbru l-immigranti minn nofs il-baħar u jwassluhom fl-eqreb art, li f’xi każi tkun Malta. 

 

Minħabba dan, din is-sena il-wasla ta’ immigranti illegali f’pajjiżna kiber b’mod drastiku minflok naqas minħabba r-rondi tal-Frontex. 

 

Il-falliment tal-Frontex huwa totali, imma l-politiċi Maltin jibżgħu jammettu dan, għax ma jridux joffendu lill-Unjoni Ewropea. 

 

Sadanittant, bis-saħħa tal-Frontex, in-numru ta’ l-immigranti illegali jikber, b’dannu kbir għall-poplu tagħna. 

 

Dan huwa kollu frott qares tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern u l-propagandisti ta’ l-UE jridu jaħbu mill-poplu kemm mit-taxxi li l-poplu qed iħallas, qed jintefaq fuq l-immigranti illegali. 

 

Kull immigrant qed iqum lill-pajjiżna 30 Ewro kuljum. 

 

Dan ifisser li għal 3,000 immigrant, il-pajjiż qed jonfoq fis-sena ’l fuq minn 32 miljun Ewro. 

 

Dawn il-flus qegħdin jintefqu minħabba s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-politika tagħha dwar l-immigrazzjoni illegali.

 

L-id ta’ l-UE wara l-privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni

 

minn Eddy Privitera

 

Fil-problemi kbar li nqalgħu f’pajjiżna f'dawn l-aħħar snin bil-privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni hemm l-id ta’ l-UE.

Huwa fatt li l-Gvern huwa marbut ma’ l-UE li jipprivatizza l-akbar bank li kellna, il-Mid-Med. 

 

Żgur li ħadd ma seta’ jgħid li l-Mid-Med ma kienx immexxi b’mod mill-aktar professjonali. 

 

Kien jagħmel profitt tajjeb ħafna. 

 

Bl-iskuża li ried iġib “kumpanija strateġika internazzjonali” fil-qasam bankarju, il-Gvern ipprivatizza dan il-bank. 

 

Fir-realtà l-Gvern ried juri lill-UE li kien se jmexxi kif trid hi – li kien se jipprivatizza l-kumpaniji kummerċjali tiegħu kollha.

Kellna wara l-privatizzazzjoni ta’ kumpanija vitali għal pajjiżna, dik li tmexxi l-ajruport, li spiċċa f’idejn kumpanija Awstrijaka.

Rajna t-tkissir tas-Sea Malta, wara li l-Ministru Gatt beda jsibha diffiċli jipprivatizzaha. 

 

Nafu x’konsegwenzi ħżiena kellna għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar minn Malta. 

 

U x-xogħol tas-Sea Malta spiċċa ħaditu kumpanija Taljana. 

 

Kien hemm kumpaniji oħrajn li ġew ipprivatizzati, iżda forsi l-aktar waħda importanti s’issa, hi l-privatizzazzjoni tat-Tarzna.

Minkejja li l-Gvern ma semma xejn dwar il-privatizzazzjoni tat-Tarzna fil-programm elettorali, anzi l-Ministru Gatt u l-Prim Ministru kienu esprimew ottimiżmu li kien hemm futur sabiħ għat-Tarzna, eżatt wara l-elezzjoni, hekk ħabta u sabta, il-Gvern ħabbar li l-unika soluzzjoni biex it-Tarzna tibqa’ teżisti, kienet il-privatizzazzjoni.

Hawn xi ħadd tant beċċun li jemmen li l-Gvern mhux diġà kien miftiehem li jipprivatizza t-Tarzna? 

 

U għad naraw li anki l-Bank of Valletta u l-Air Malta jispiċċaw fl-istess triq tal-privatizzazzjoni, għax hekk tesiġi l-UE.

L-aqwa indikazzjoni ta’ dan tahielna l-istess Prim Ministru meta fil-Parlament fis-7 ta’ Lulju qal: 

 

“M’għadux iż-żmien li l-Gvern jattira x-xogħol lejn it-Tarzna”. 

 

U żied jgħid: 

 

“Ma hemm l-ebda raġuni għaliex il-Gvern għandu jibqa” hu l-employer fis-settur tat-tiswija tal-vapuri”.

Bħalma qal il-Gvern m’għandux jibqa’ l-employer fis-settur tat-tiswija tal-vapuri, għada pitgħada faċilment jgħid li m’għandux jibqa’ l-employer fis-settur bankarju (għall-Bank of Valletta) u fis-settur tat-trasport bl-ajru (għall-Air Malta), u kull fejn aktar għad hemm xi kontroll tal-Gvern. 

 

Dan hu eżatt li trid l-UE.

Rigward il-liberalizzazzjoni wkoll, il-kmandament numru 1 ta' l-UE hu s-suq ħieles. 

 

Għalhekk l-Unjoni Ewropea tesiġi fuq il-pajjiżi membri biex jilliberalizzaw is-setturi kummerċjali kollha. 

 

Fost dawn hemm il-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku. 

 

Din il-liberalizzazzjoni trid issir għax hekk hu marbut il-Gvern ma’ l-UE u mhux għax il-pubbliku mhux moqdi sewwa.

Naturalment il-Gvern beda bis-settur li hu l-iżgħar, u għalhekk forsi r-reżistenza tkun minima ħafna – dak tal-karozzi tal-funerali. 

 

Però l-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku indunat li wara dan l-ewwel pass, bilfors se tiġi l-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku kollu. 

 

U għalhekk ir-reazzjoni immedjata tal-Federazzjoni.

Jista’ wieħed ma jaqbilx mad-deċiżjoni li ħadet il-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku, iżda wieħed ma jistax ma jikkundannax lill-Gvern li, bħalma għamel mal-kaċċaturi u n-nassaba, anki lil tat-trasport pubbliku daħak bihom għax qabel l-elezzjoni kitbilhom li t-trasport pubbliku mhux se jintmiss, biex wara l-elezzjoni qiegħed jagħmel il-kuntrarju.

Min għadu jemmen li mhux veru l-Gvern se jilliberalizza t-trasport pubbliku kollu – inkluż is-servizz tal-karozzi tal-linja – qiegħed jgħix fis-sħab u għadu ma jafx xi tfisser li pajjiż ikun membru fl-UE.

U min jaħseb li għax is-servizz tal-karozzi tal-linja jiġi liberalizzat, l-affarijiet se jitjiebu bla ma jkollu jħallas ferm aktar għalih, qiegħed joħlom bil-ftajjar. 

 

Is-sussidju li qegħdin jieħdu l-assoċjazzjoni tal-karozzi tal-linja ħalli n-noll jibqa’ baxx kemm jista' jkun – 4 miljuni Ewro fis-sena – ikollu jispiċċa, għax hekk tesiġi l-Unjoni Ewropea.

Min jgħidilkom mod ieħor ikun qiegħed biss iservi ta’ paraventu għall-UE.

 

Kliem tad-Deheb (li m’għidnihx aħna tas-CNI)

 

JEKK MALTA TIDĦOL FL-UE NSIRU PAJJIŻ MAĦKUM

 

Il-Ħamis, 24 ta’ Lulju, 2008

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ