MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Il-poplu Malti qed ikun ittradut

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

Il-ħaddiema, l-impjegati, il-pesjonanti, u l-benefiċċjarji ta’ għajnuniet soċjali f’Malta u f’Għawdex imisshom jiftakru li d-drittijiet li qegħdin igawdu, u nkisbu qabel Malta ssieħbet fl-2004 fl-UE.

 

Imisshom ukoll jintebħu li l-politika ta’ awsterità li l-UE trid li l-pajjiżi membri jħaddnu llum hija theddida għal dawk id-drittijiet u benefiċċji.


Kien Gvern tal-ħaddiema li fl-1974,

* daħħal fil-pajjiż il-paga minima nazzjonali

* għall-ħaddiema u l-impjegati f’kull qasam.

 

Illum l-UE hija kontra li l-Istat jirregola l-pagi u s-salarji, u trid li tħallihom f’idejn il-forzi tas-suq.


Kien Gvern tal-Ħaddiema li fis-Sebgħinijiet għamel

* li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata b’liġi lil kull ħaddiem u impjegat

* u li tingħata żieda għall-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti wkoll

* u lil dawk li jieħdu benefiċċji soċjali.

 

Il-politika tal-UE llum hija li tiskoraġġixxi li l-pagi u s-salarji jiżdiedu bil-liġi skont iż-żieda fl-għoli tal-ħajja.


Kienu gvernijiet tal-ħaddiema li fl-1948 u fl-1956

* għamlu liġijiet li bis-saħħa tagħhom

* l-Istat iħallas pensjoni lix-xjuħ

* u lill-ħaddiema u l-impjegati kollha li jirtiraw mix-xogħol bl-età

* jew minħabba mard jew korriment fuq ix-xogħol.

 

Illum l-UE qiegħda ssostni

* li l-Istat ma jiflaħx iġorr il-piż tal-ħlas ta’ dawn il-pensjonijiet,

* u trid li l-ħaddiema u l-impjegati jħallsu lil kumpaniji privati

* ħalli dawn il-kumpaniji jassigurawlhom il-ħlas tal-pensjoni.
 

Kienu gvernijiet tal-ħaddiema tal-1955 u l-1971

* li daħħlu l-benefiċċji kollha tal-Ħarsien Soċjali

* li l-poplu kollu qiegħed illum igawdi,

* iżda li l-UE trid li jitnaqqsu,

* għax issostni li huma piż kbir fuq l-istat.


Kien gvern tal-ħaddiema li daħħal f’pajjiżna l-prinċipji

* li t-tagħlim għandu jkun b’xejn għal kulħadd

* u li l-kura fl-isptar għandha wkoll tingħata b’xejn lil kulħadd.

 

Iżda l-UE qiegħda ssostni politika li kemm is-servizzi edukattivi, kif ukoll dawk tas-saħħa għandhom jkunu privatizzati u għalhekk bil-ħlas.


Dan kollu juri li l-politika tal-UE hija theddida

* għad-drittijiet u l-benefiċċji li l-ħaddiema,

* l-impjegati,

* il-pensjonanti

* u l-benefiċċjarji tas-servizzi soċjali

* kisbu qabel is-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE.

 

U lanqas ma tpatti għal dan it-telf kollu l-politika tal-UE fil-qasam tax-xogħol

* għax din tnaqqas l-opportunitajiet tax-xogħol,

* mhux iżżidhom,

* kif jixhed il-qgħad li kiber

* wara s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE.

 

Dan mhux qed iseħħ biss f’pajjiżna,

* iżda fil-pajjiżi kollha tal-UE

* fejn il-qgħad illum huwa ta’ 26 miljun persuna,

* u fis-16-il pajjiż taż-Żona Ewro,

* inkuża Malta,

* il-qgħad skorra s-16-il miljun.

 

Unjoni Ewropea anti-soċjali

 

Fis-27 ta’ April li għadda, l-istess Kummissarju Ewropew dwar is-Servizzi Soċjali u l-impjiegi, Lazlo Andor, stqarr li għad m’hawnx Ewropa Soċjali (“We don’t have a social Europe yet”).


John Monks, is-Segretarju Ġenerali tat-trejdunjin tal-Ewropa l-ETUC, it-tnejn li għadda, wissa li l-qgħada soċjali hija kerha ħafna wara l-miżuri ta’ awsterità li ttieħdu f’ħafna pajjiżi tal-UE.

 

Huwa ssokta jgħid: “This is extremely dangerous. This is 1931. We are heading back to the 1930s, with the Great Depression and we ended up up with militarist dictatorship. I am not saying we are there yet, but it is potentially very serious, not just economically, but politically as well.”


Is-Segretarju Ġenerali tal-ETUC ħabbar li l-jum tad-29 ta’ Settembru li ġej, għandu jkun ‘day of action’ li fih it-trejdunjins tal-pajjiżi tal-UE għandhom jorganizzaw strajks u demostrazzjonijiet, ta’ protesta kontra l-miżuri ta’ awsterità li l-UE qiegħda tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri jieħdu.


F’pajjiżna,

* il-Gvern diġà daħħal miżuri ta’ awsterità

* meta neħħa s-sussidju

* u għolla mas-smewwiet

* it-tariffi tad-dawl u tal-ilma

* mingħajr ma żied l-istess il-pagi

* u s-salarji

* u l-pensjonijiet,

* u meta waqqaf is-sussidju lit-Tarzna

* u b’konsegwenza ta’ dik il-miżura,

* 1,700 ħaddiem tas-sengħa spiċċaw mill-impjieg.

 

Spiss l-UE tagħfas lill-Gvern Malti

* biex inaqqas l-infiq fuq is-servizzi tas-saħħa

* u tal-edukazzjoni

* u biex inaqqas l-ispiża tas-settur pubbliku,

* u biex jagħmel tibdil fis-sistema tal-pensjonijiet

* u jnaqqas il-piż tal-ħlas tagħhom.

Jidher li miżura ta’ awsterità oħra se tkun dik

* li l-Gvern Malti jneħħu n-nofstanhari tas-sajf

* lill-ħaddiema u l-impjegati governattivi

* u b’hekk iżidilhom is-sigħat tax-xogħol tagħhom,

* mingħajr ma jiżdiedu l-pagi.

 

Kull min hu onest, u ma biegħx ruħu lill-UE għandu jammetti li mhux Ewropa soċjali għandna, iżda l-UE soċjalment inġusta u politikament imħarbta.


Hi politika oxxena tal-UE

* li qiegħda ġġegħelna nissellfu

* biex insellfuha għall-banek,

* €74 miljun fil-każ tad-djun tal-Greċja

* u bejn €350 u €400 miljun

* fil-każ tal-pajjiżi oħrajn tal-UE

* li ma jkunux jistgħu jħallsu d-djun tagħhom lill-banek,

* waqt li nagħtu lilha €66 miljun oħrajn din is-sena

* u wara li fl-aħħar ħames snin li ilna mseħbin fl-UE,

* diġà ħaditilna ’l fuq minn €300 miljun.

 

Il-poplu Malti qed ikun ittradut.

 

Viżjoni li ma twettqitx

 

Minn Charles Micallef Kampanja Helsien Nazzjonali

 

Fil-kampanja tar-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Fenech Adami, kiteb artiklu bit-titlu “A better Future for Us All” fis-suppliment ta’ gazzetta tal-Ħadd, 23 ta’ Frar, 2003.

 

Hu kiteb hekk

“I am absolutely convinced that EU membership will have an extremely positive impact on our country. Our quality of life and standard of living will improve. Consumers will have more choice. Workers rights will be safeguarded and strengthened. Our environmental sector, infrastructure and roads will be upgraded. Economic growth, trade and investment will increase as a result of being part of a 500 million strong market. Politically, we will be anchored in the most progressive and modern block in the world and our democracy will be reinforced and protected. We will have more security and peace of mind. Internationally we will have more clout than we have today and as an EU member Malta can really make a positive contribution to peace and stability in both Europe and the Mediterranean.”

 

Jekk niflu waħda waħda x’inkiteb f’dak l-artiklu, insibu li xejn ma twettaq minn dak li kien imbassar li se jiġri.

 

Ma jistax jingħad li fis-sitt snin li ilna membri tal-Unjoni Ewropea, l-impatt kien bil-wisq pożittiv, għax f’ħafna aktar oqsma morna lura aktar milli mxejna ‘ quddiem f’oqsma oħrajn.

 

Żgur li għal ħafna setturi tal-poplu tagħna l-kwalita’ tal-ħajja ma tjibitx, jekk ma ħżinitx ukoll, u l-livell ta’ għajxien mhux għola, iżda tbaxxa.

 

Ma jistax lanqas jingħad li l-konsumaturi għandhom aktar għażla ta’ prodotti wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għax is-suq u l-kummerċ f’Malta kien ġie lliberalizzat għal kollox snin qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

 

Dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u l-impjegati, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet negattiva għax ħafna ħaddiema u impjegati ġarrbu tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u eluf saħansitra tilfu l-impjieg tagħhom b’konsegwenza tal-politika u r-regoli tal-Unjoni Ewropea.

 

Illum, ħafna ħaddiema u impjegati jibżgħu jilmentaw fuq ix-xogħol għax malajt jitkeċċew u s-sidien tagħhom iwissuhom li minflokhom għandhom mijiet li lesti jieħdu posthom.

 

Fil-qasam tal-ambjent minkejja li sseħibnna fl-Unjoni Ewropea,

* l-arja għadha mniġġsa daqs qabel jew aktar,

* il-ħsejjes kibru mhux naqsu

* u x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni li jeqirdu l-ambjent

* għadhom jitwettqu mingħajr ma l-UE toġġezzjona,

* bħal fil-każ tat-tkabbir tal-power station f’Dellimara,

* u l-permessi li jingħataw għal bini f’żoni fejn m’għandux isir żvilupp.

 

Proġetti ġodda u titjib ta’ toroq sar qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea mill-fondi tal-protokoll Taljan, kif jixhdu t-toroq li saru għaż-żjara tar-Reġina u l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth.

 

Fil-każ tal-infrastruttura, il-pajjiż ma marx ‘il quddiem bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, tant li l-elettriku għadu jinqata’ spiss.

 

Anki fit-tkabbir tal-ekonomija u tal-kummerċ f’pajjiżna

* mhux frott tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

* għax kellna rata ta’ tkabbir ħafna aktar fis-snin qabel is-sħubija fl-2004,

* u għax minħabba l-politika tal-Unjoni Ewropea,

* l-esportazzjoni minn pajjiżna naqset

* billi naqset il-produzzjoni tal-industrija tal-manifattura

* minkejja li dħalna f’suq ta’ 500 miljun persuna.

 

L

-istess jista’ jingħad dwar l-investiment barrani f’pajjiżna.

 

Ir-rata tal-investiment barrani naqset mhux żdiedet

* minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea

* u dan it-tnaqqis jidher l-aktar fl-investiment Libjan.

 

Politikament pajjiżna ma kiseb xejn meta ankra ruħu mal-Unjoni Ewropea

* għax l-Unjoni Ewropea mhix l-aktar blokk progressiv u modern,

* u għax intgħelbet u nqabżet minn ħafna reġjuni oħrajn fl-Asja u fl-Amerika.

 

U fil-qasam demokratiku, pajjiżna ma jistax jingħad li għamel xi progress bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

 

Bil-maqlub,

* il-fatt li l-Unjoni Ewropea tbati minn defiċit demokratiku

* u l-fatt li ħafna deċiżjonijiet jittieħdu għalina mill-barranin tal-Unjoni Ewropea

* li ma jirrappreżentawx ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu tagħna,

* huma ċaħda tas-ssitema demokratika.

 

Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea ma kabbritilniex is-sigurta’ iżda naqqsithilna

* għax il-politika barranija tal-Unjoni Ewropea

* qiegħda xxejjen in-newtralita’ ta’ pajjiżna

* u tesponina għall-istess theddid

* li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma esposti għalih,

* u minflok mistrieħ tal-moħħ,

* il-poplu tagħna spiċċa b’uġieh ta’ ras

* minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomiċi

* li l-Unjoni Ewropea għaddejja minnhom

* u l-qgħad kbir.

 

Fir-relazzjoni ma pajjiżi barranin, il-piż ta’ Malta ma baqax dak li kien meta pajjiżna kellu vuċi indipendenti.

 

Illum leħen Malta jintilef fil-kor komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

 

Għalhekk is-sehem ta’ Malta fil-ħidma għall-paċi u l-istabbilita’ fil-Mediterran u fid-dinja huma suġġett għall-politika komuni tal-Unjoni Ewropea li li mhux politika ta’ newtralita’ msejjsa fuq in-non-allinjament.

 

Kulma Fenech Adami kiteb dwar l-impatt ma sarx realta’.

 

Il-poplu qiegħed isofri minħabba f’hekk u minn fuq qiegħed ikollu jħallas il-miljuni kull sena lill-Unjoni Ewropea, €66 miljun din is-sena, barra €74 miljun u bejn €350 u €400 miljun ewro minħabba d-djun ta’ pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

 

Franza trid gvern għaż-Żona Ewro

 

Minn Eddy Privitera Kampanja Helsien Nazzjonali

 

Fl-aħbarijiet ta’ Sky News intqal li l-Gvern Franċiż qed jissuġġerixxi li biex ma jinqalgħux aktar kriżijiet enormi fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom l-ewro bħala munita tagħhom, hemm bżonn li jitwaqqaf “gvern” ekonomiku wieħed għall-istati kollha li qegħdin fiż-Żona Ewro.

 

Intqal li diġa’ hemm diversi gvernijiet li qegħdin jaqblu ma’ din il-proposta.

 

Kieku dan jiġi li jseħħ, dan il-“gvern” tal-Unjoni Ewropea jibda jindaħal anki fuq is-sistema tat-taxxi li sal-lum għadha kompetenza tal-gvernijiet nazzjonali.

 

Ikun “gvern” li jindaħal direttamentx.miżuri jridu jittieħdu f’kull pajjiż taż-Żona Ewro ħalli jitnaqqas id-defiċit u d-dejn nazzjonali.

 

U b’hekk ikollu kull skuża biex aktar u aktar jindaħal fil-pensjonijiet u l-eta’ tal-irtirar mix-xogħol.

 

Hawn min qed jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea

diga’ qiegħda tissuġġerixxi li l-eta’ tal-pensjoni

għandha titla’ sa 70 sena.

 

Li jiskantani hu li f’pajjiżna la l-politiċi u lanqas dawk li suppost huma ekonomisti u opinjoniisti gwappi, qatt ma jbassru jew jiktbu xejn dwar dawn l-aħbarijiet.

 

U nsiru nafu bihom biss mill-ġurnali u l-istazzjonijiet barranin.

 

Għal min se joħroġ il-biljuni tal-ewro ?

 

Rapport interessanti li deher fil-ġurnal The Democrat (Mejju – Ġunju 2010)

* jitfa’ dawl fuq il-vera raġuni għaliex l-istati membri taż-Żona Ewro inkluża Malta

* qed ikollhom joħorġu u jiggarantixxu l-miljuni u l-biljuni kbar tal-ewro,

* kemm biex il-Greċja tkun tista’ tħallas id-dejn kbir li għandha,

* kif ukoll biex jekk jinqalgħu każi oħrajn bħal tal-Greċja,

* diġa’ jkun hemm il-fondi ggarantiti biex isir ma’ dawk il-pajjiżi

* l-istess bħal ma qed isir fil-Greċja.

 

Malta, kif tafu,                                                                        

* se jkollha tħallas €74 miljun f ‘dawn it-tliet snin li ġejjin,

* u tiggrantixxi bejn €350 u €400 miljun oħrajn.                 

 

Fir-rapport ta’ The Democrat jingħad

* li l-vera raġuni mhix dik li jingħad uffiċjalment,

* iżda biex jiġi protetti l-banek kbar Ġermaniżi

* u Franċiżi li kienu silfu biljuni kbar ta’ ewro lill-Greċja.

 

Ir-rapport jgħid li l-Gvern Grieg

* għandu jagħti lill-banek Franċiżi madwar €70 biljun,

* u lill-banek Ġermaniżi madwar €40 biljun oħrajn.

 

U għalhekk dan il-‘bailout’ se tintuża biex jitħallsu dawn id-djun u mhux biex jiddefendu s-servizzi pubbliċi.

 

L-UE qiegħda sempliċiment tipproteġi l-akbar banek Ewropej

* waqt li tesiġi aktar u aktar awsterita’

*  biex taqdi l-bżonnijiet tal-istati l-kbar

* u n-negozjanti l-kbar li jappoġġjawhom.

 

Il-Ħamis 24 ta’ Ġunju 2010

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ