MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
X’konna
ngħidulkom, li rajna ma jibqax f’idejna?
Tiftakruhom il-qaddejja ta‘ l-Unjoni Ewropea f’pajjiżna jgħidulna li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea “is-sovranità ta’ Malta se tissahħħah?”
Kienu jkomplu jgħidu li s-sovranità tagħna
tissaħħah “għax inkunu qegħdin naqsmuha ma’ dik ta’
pajjiżi ferm akbar minna“!
Aħna konna għednielkom kemm-il darba, kemm bil-fomm kif ukoll
bil-kitba, li mhux talli s-sovranità ta’ Malta ma tissaħħaħx
bis-sħubija, anzi kważi tispiċċa għal kollox.
Dan mhux aħna biss konna ngħiduh, iżda bħalna
kien jgħid il-Partit Laburista.
Nhar it-Tnejn, 12 ta’ Ġunju kellna żewġ eżempji klassiċi
ta’ kemm verament illum mhux Gvern Malti qiegħed jiggverna l-pajjiżna
iżda l-Unjoni Ewropea.
F’dan l-istess ġurnal (L-Orizzont) ta’ nhar
it-Tnejn, 12 ta’ Ġunju, fl-ewwel paġna kien hemm rapport bit-titlu:
“Il-fondi mwegħdin mill-Unjoni Ewropea għall-immigrazzjoni illegali
mhux Malta tagħżel kif tonfoqhom”.
Dan ir-rapport ma vvintaħx il-ġurnalista Owen Galea, li kiteb
ir-rapport, għax hu kkwota dak li ntqal mill-Aġenzija Ewropea
tal-Fruntieri (Frontex).
Fi ftit kliem, kif il-flus li ġew ivvotati mill-Unjoni Ewropea biex din l-aġenzija tonfoq (Lm900,000) fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali li għandhom Spanja u Malta, l-aħħar kelma se tkun ta’ din l-aġenzija.
Veru “wara konsultazzjonijiet mill-qrib mal-pajjiżi membri…”.
Iżda “konsultazzjonijiet”, kif nafu xi jfissru fir-realtà, tfisser biss li din l-aġenzija tisma’ x’għandhom xi jgħidu Malta u Spanja, iżda mbagħad tiddeċiedi hi kif għandhom jintefqu l-flus f’pajjiżna.
Issa tinsewx, dawn il-flus ġejjin mill-istess flus li aħna nħallsu kull xahar lill-Unjoni Ewropea.
U lill-Unjoni Ewropea ma noqogħdux ngħidula kif
tonfoq il-flus li nibgħatulha!
Dan ifisser li l-prijoritajiet li għandu l-Gvern Malti jistgħu ma
jkunux bħal dawk ta’ din l-agenzija, iżda xorta waħda jkollna
nagħmlu li trid hi inkella nibqgħu b’xejn!
Dik sovranità msaħħa, Onorevoli Simon Busuttil
u David Casa!!!
It-tieni storja, li forsi iktar importanti, hi dik li dehret fl-ewwel paġna
ta’ The Times nhar it-Tnejn ukoll, 12 ta’ Ġunju.
It-titlu kien: “New EU rules force radical change in
public transport” (“Regoli ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea se jimponu
bidla radikali fit-trasport pubbliku”).
F’dan ir-rapport ta’ Ivan Camilleri minn Brussels, intqal li minkejja l-oppożizzjoni
tal-Ministru Jesmond Mugliett għal din il-bidla li trid issir, “Malta
ġiet megħluba bil-vot fil-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport”.
Dan se jfisser li s-sistema tat-trasport pubbliku li kellna sal-lum trid tispiċċa.
It-trasport pubbliku jrid jiġi liberalizzat.
U s-sussidju li jagħti l-Gvern biex kemm jista’
jkun il-prezz tal-biljett ma jogħliex aktar milli hu, irid jispiċċa
wkoll!
Il-ħelwa hi li dawn l-allat ta’ l-UE jgħidulek li jrid isir dan
“fl-interess ta’ min juża t-trasport pubbliku”.
Aħna nistaqsu:
Jekk l-UE ma temminx u ma tridx kontrolli fuq prezzijiet, għax hi tgħid li biżżejjed ikollok kompetizzjoni ħielsa, kif se jkun jista’ l-Gvern jikkontrolla jekk jogħlewx jew le l-prezz tal-biljetti?
Kif se jkun jista’ jiggarantixxi, per eżempju, li l-anzjani ma jgħollilhomx
il-prezz tal-biljett minn kif inhu llum?
L-istess Ministru Mugliett ammetta li l-pjani li kellu l-Gvern għar-riformi
fis-sistema tat-trasport pubbliku sfaxxaw.
U issa se jkollu jsib toroq ġodda kif joranizza t-trasport pubbliku kif trid l-UE u mhux kif irid il-Gvern Malti!
Nisperaw ukoll li dawn “it-toroq
il-ġodda” ma jiġrilhomx bħal dawk li saru mill-Protokoll
Taljan!
Tgħid se nisimgħu xi politiku jiftaħ ħalqu u juri lill-poplu
kif anke f’dan is-settur li jolqot eluf kbar ta’ nies kuljum, rajna m’għadux
f’idejna?
Malta
super-habs tal-klandestini?
Għamel tajjeb il-ħabib tagħna J. Cachia minn Raħal Ġdid
(l-orizzont, 12 ta’ Ġunju), li fakkarna dwar x’ippropona
l-Ministru ta’ l-Intern Taljan Giuseppe Pisanu f’Awissu, 2004, jiġifieri
li Malta ssir “super-ħabs” fejn jinżammu l-immigranti illegali
kollha li jkunu se jidħlu fl-Unjoni Ewropea.”
L-istess ħsieb jidher li għandu l-Kummissarju għall-Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà, Franco Frattini, jigifieri li Malta għandha ssir ċentru ta’ l-immigrazzjoni illegali.
Mhux ta’ b’xejn li aħna tas-CNI, kif ukoll moviment bħall-ANR u
l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti, għandna għaliex nitħassbu
u ninkwetaw meta sirna nafu li l-Unjoni Ewropea se tibgħat vapuri
jippatroljaw il-Mediterran għall-immigranti illegali.
Nerġgħu nistaqsu:
X’se jagħmlu dawn il-vapuri meta jaraw dgħajjes mimlijin immigranti illegali?
Jaqaw fi ħsiebhom jabbuhom fuq
il-vapuri ta’ l-UE u jġibhuhomna f’pajjiżna?
Dwar dan konna nistennew li kellu jitkellem deputat parlamentari
fil-programm Xarabank.
U mhux jgħid li l-problema finanzjarja għal pajjiżna
lanqas missha tissemma!
Mela l-interess tal-poplu Malti u ta’ pajjiżna m’għadux jiġi
l-ewwel u qabel kollox għal xi whud?
F’liema
pajjiż serju...?
F’liema pajjiż serju, immigranti illegali jitfgħu tazza bil-kafè
jaghli f’wiċċ kuntistabbli fejn jikkaġunawlu ġrieħi
gravi f’wiċċu u qisu ma ġara xejn?
F’liema pajjiż serju, klandestini jissuttaw lill-pulizija bil-fliexken
ta’ l-ilma mimlijin bl-awrina u anke jitfgħulhom ħmieġ uman, u
qisu ma ġara xejn?
Jekk ittieħdu passi – għax
ma qrajna mkien li ttieħdu xi passi – tistgħu tgħidulna
x’kienu dawn il-passi?
Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju, 2006.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ