MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Nagħmlu Trattat ieħor ħafna aħjar
minn
Karmenu Mifsud Bonnici, Dele
Rih ta’ bidla qed jonfoh fl-Unjoni Ewropea.
Wara
li l-Franċiżi u l-Olandiżi ċahdu l-Kostituzzjoni Ewropea u
l-mexxejja tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni ma qablux dwar l-istruttura tal-budget
ta’ l-Unjoni, hija fehma mifruxa fl-Ewropa li hemm bżonn ta’ bidla
radikali fl-Unjoni biex il-popli jkunu jistgħu jkollhom fiduċja fil-ġejjieni
tagħna.
Il-Kostituzzjoni Ewropea issa qiegħda titqies irrelevanti fil-kriżi
profonda li l-Unjoni tinsab fiha.
Jekk
xi pajjiżi ta’ l-Unjoni se jissoktaw bil-proċess tar-ratifika
tal-Kostituzzjoni Ewropea, se jagħmlu dan biss bħala ezerċizju
simboliku biex juru li għadhom jemmnu fl-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess
ħin jafu li l-Kostituzzjoni mhux se tidħol fis-seħħ.
Fl-Unjoni Ewropea jafu li hemm bżonn ta’ riforma tar-regoli u reviżjoni
tal-politika ta’ l-Unjoni u li l-Kostituzzjoni li l-Unjoni għadha kif
fasslet, trid tinbidel biex tagħmel wisgħa għar-riformi u r-reviżjoni
li l-popli ta’ l-Ewropa jinsistu li għandhom isiru.
Għalhekk, qegħdin fi żmien interessanti u ta‘ opportunitajiet għall-mexxejja
politiċi li jkollhom viżjoni kif jagħrfu jittrasformaw l-Unjoni
Ewropea tal-lum minn organizzazzjoni mifnija b’burokrazija enormi u
korruzzjoni kbira u mtaqqla b’politika u regoli li jxekklu t-tkattir tax-xogħol
u l-impjiegi, għall-għaqda differenti ta’ pajjiżi ħielsa
li jiżviluppaw bil-mod li huwa l-aktar adattat għaċ-ċirkostanzi
tagħhom, fil-waqt li jgħinu lil xulxin b’kull mod u f’kull qasam
li jaqblu bejniethom.
Il-Partit Laburista Malti għandu japprofitta ruħu biex jirkeb ir-riħ tal-bidla li qed jonfoħ fl-Ewropa.
Il-Partit
m’għandux jibqa’ lura milli jagħmel proposti konkreti kif
jitkattar ix-xogħol u l-impjiegi fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa u
tal-Mediterran.
Għandu jisħaq li t-tisħiħ tas-servizzi soċjali,
flimkien mat-tnaqqis fl-infieq militari u fuq l-armamenti, ikun ħsieb
ewlieni fit-tfassil tal-politika ekonomika tal-pajjiżi Ewropej u
Mediterranji.
Għandu jsostni li l-pajjiżi Ewropej u Mediterranji jiċħdu għal
dejjem l-gwerra u jintrabtu li jaħdmu għall-paċi u s-sliem u l-ħarsien
ta’ ambjent sostenibbli.
Niftakru li 30 sena ilu l-Partit Laburista fil-Gvern kellu d-dehen u l-ħila
jikkonvinċi lill-istati kollha ta’ l-Ewropa u lill-Istati Uniti ta’ l-Amerka
u l-Unjoni Sovjetika biex jorbtu s-sigurtà fl-Ewropa mas-sigurtà
fil-Mediterran.
Illum, il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, u għada aktar fil-Gvern, għandu
l-isfida sabiħa li jaħdem ħalli jwassal lill-pajjiżi ta’
l-Unjoni Ewropea jaċċettaw li bħall-każ tas-sigurtà fiż-żmien
il-Konferenza ta’ Helsinki 30 sena ilu, hekk ukoll il-koperazzjoni ekonomika,
kummerċjali, teknoloġika u soċjali għandha tkun ħaża
waħda fl-Ewropa u fil-Mediterran.
Minflok
nagħmlu Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, ejjew nagħmlu
Trattat ta’ Koperazzjoni f’kull qasam bejn il-pajjiżi ta’ l-Ewropa u
l-Mediterran. Il-falliment tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew u l-kriżi
profonda ta’ l-Unjoni Ewropea joffru opportunità politika kbira għall-Partit
Laburista Malti biex nieħdu l-inizjattiva għall-bini ta’ struttura
ġdida ta’ koperazzjoni dejjiema Ewropea u Mediterranja.
Ma nsibux żgħażagħ ta’ ħila, ħeġġa u
kuraġġ li jidħlu ħalli din il-viżjoni jagħmluha
realtà, b’ġieħ kbir għal Malta u għall-Partit Laburista
Malti?
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ġimgħa, 24 ta’ Ġunju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ