MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
IL-KUNDIZZJONIJIET
li l-Unjoni Ewropea mponiet ghax-xogħol fit-Tarzna biex l-Unjoni taċċetta
li Malta tissieħeb fl-Unjoni jagħmlu diffiċli, jekk mhux
impossibbli, li t-Tarzna taħdem tajjeb bla ma tagħmel telf.
Fil-qosor,
il-kundizzjonijiet ta’ l-Unjoni huma dawn:
Bini
ta’ vapuri ma jistax jaqbeż l-10,000 tunellata kompensati fis-sena;
Il-baċir Nru. 1 ma jistax jintuża għall-bini, konverżjoni u tiswija ta’ vapuri għal mill-inqas għaxar snin;
Il-baċir
Nru. 1 ma jistax jintuża għal attivitajiet imsemmija la minn
sidien oħrajn u lanqas għal attivitajiet oħra mit-Tarzna;
It-Tarzna ma tista’ tingħata ebda għajnuna
wara s-sena 2008;
Il-forza produttiva tal-ħaddiema
tat-Tarzna ma tistax tkun aktar minn 1,410 persuna;
Limitu ta’ ħin tax-xogħol kollu għal
mhux aktar minn 2.4 miljun siegħa.
Tiswija u konverżjoni ta’ vapuri ma jistgħux jaqbżu 2,035,000 siegħa xogħol.
Dan ifisser li jekk ikun hemm dawn is-siegħat
ta’ xogħol ta’ tiswija u konverżjoni, xogħol ta’ bini jrid
jiġi limitat għal mhux aktar minn 365,000 siegħa.
Jekk ikun hemm xogħol aktar, il-ħaddiema
jkollhom joqogħdu jħarsu jew jintbagħtu d-dar ħalli ma
jinqabiżx il-limitu ta’ 2.4 miljun siegħa xogħol.
It-Tarzna hija marbuta b’dawn il-figuri għal
kull sena għal għaxar snin.
Konsum
ta’ l-azzar
Skond ma xxandar fl-aħbarijiet,
il-kuntratt għall-għaxar vapuri għall-Cala Corporation ifisser li
jridu jinħadmu madwar 2,300 tunellata azzar kull xahar.
Dan ifisser li jkunu jridu jintużaw madwar
27,600 tunellata ta’ azzar fis-sena.
Iżda l-Unjoni rabtitna li ma jistgħux
jintużaw aktar minn 10,000 tunellata ta’ azzar fis-sena.
Dan hu l-ostaklu għat-Tarzna biex tieħu
l-kuntratt tal-bini ta’ l-għaxar vapuri.
Għax il-kuntratt ta’ l-għaxar
vapuri jfisser 27,600 tunellata azzar fis-sena, li huma tliet darbiet l-10,000
tunellata li tippermettilna l-Unjoni Ewropea.
Jekk tgħaddi ta’ l-Unjoni Ewropea,
it-Tarzna ma tieħux ix-xogħol tal-bini ta’ l-għaxar vapuri.
Jekk inħarsu l-interessi nazzjonali u l-ħobż
tal-ħaddiema Maltin, m’għandniex noqogħdu għad-dittatura
ta’ l-Unjoni, u għandna ngħidu lill-Unjoni ma xxekkilniex li nkattru
x-xogħol f’pajjiżna, anki jekk dan ikun b’kompetizzjoni ma tarzni
fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni.
Malta
l-ewwel mhux
l-Unjo
Xi
tlifna bis-sħubija fl-UE
IS-SĦUBIJA ta’ pajjiżna fl-Unjoni
Ewropea aktar ħolqitilna problemi milli solvitilna problemi.
U meta jiskadu d-derogi li l-Unjoni tatna,
ikollna aktar problemi.
Problema ewlenija li l-Unjoni ħolqitilna
tirrigwardja l-qasam tax-xogħol f’pajjiżna.
Minħabba s-sħubija, għalqu għadd
ta’ fabbriki u tilfu l-impjieg numru kbir ta’ ħaddiema.
Din hija l-agħar daqqa li stajna nieħdu
għax in-nuqqas tax-xogħol f’pajjiżna huwa l-akbar problema minn
dejjem.
Ix-xogħol ġdid li nħoloq
f’pajjiżna fl-aħħar żmien mhux dovut għas-sħubija
fl-Unjoni, iżda għall-ħila tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin
li jaddattaw ruħhom għal xogħol ġdid u għat-taħriġ
edukattiv u tekniku li ħadu, mingħajr ma kellha x’taqsam xejn l-UE.
M’hemmx dubju li, kieku ma sseħibniex
fl-Unjoni, kellna mezz kif ma nħallux fabbriki jitilqu minn pajjiżna u
konna nistgħu wkoll inrażżnu l-ispejjeż tal-produzzjoni li għolew
minħabba l-Unjoni.
Konna nistgħu wkoll inkomplu nużaw
l-inċentivi li fl-imgħoddu użajna biex inħajru jitwaqqfu
fabbriki barranin f’pajjiżna, iżda li l-Unjoni ma tħalliniex nużaw.
Fil-qasam tax-xogħol, sagrileġġ
kbir mill-Unjoni sar fit-Tarzni Maltin, bl-għeluq ta’ waħda u billi
ċċekknet l-oħra.
Barra mit-telfien ta’ l-impjiegi, l-akbar ħsara
sseħħet għat-taħriġ tas-snajja, għax it-Tarzna
kienet l-Universita`
tas-snajja f’Malta.
L-aqwa nies tas-sengħa trawwmu fit-Tarzna,
u pajjizna għad jibki meta ma jsibx nies tas-sengħa biżżejjed
għall-ħtiġijiet tagħna, għax ma għadniex inħeġġu
żgħażagħ jidħlu jaħdmu fit-Tarzna, u minflok bżajna
għall-ħaddiema tas-sengħa li kellna fit-Tarzni, tfajnihom fuq xogħol
mhux tas-sengħa jew tajnihom il-pensjoni.
Dan ġiegħlitna nagħmlu l-Unjoni
Ewropea bħala kundizzjoni biex isseħibna fl-Unjoni.
Għajb kbir!
Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, is-sħubija
fl-Unjoni Ewropea hija ta’ xkiel kbir.
L-Unjoni ġiegħlitna nneħħu
dawk il-benefiċċji fiskali (ta’ taxxi) li bihom ġbidna impriżi
barranin lejn pajjiżna għax ma riditniex nikkompetu maċ-ċentri
finanzjarji fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni, bħal ma jagħmlu
b’suċċess gżejjet bħal ċ-Channel Islands u Jersey.
Il-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna
kiber meta ma konniex fl-Unjoni, u kien ikompli jikber aktar li kieku ma ġejniex
suġġetti għar-regolamenti ta’ l-Unjoni.
Fil-qasam ta’ l-enerġija, is-sħubija
fl-Unjoni swietilna qares.
Sfrattatilna l-ftehim għax-xiri taż-żejt
bi prezz anqas minn tas-suq, u ġiegħlitna nagħmlu taxxi u
‘levies’ fuq prodotti taż-żejt.
Issa se ġġielgħelna
nilliberalizzaw ix-xiri u l-importazzjoni taż-żejt u b’hekk
il-profitti fuqu ma tibqax tagħmlu l-Enemalta ħalli bih tissussidja
l-elettriku, iżda l-profitti igawduhom il-privat, minflok il-pubbliku.
Hemm bżonn li l-poplu jkun mgharraf
x’qegħdin nitilfu bis-sħubija fl-Unjoni u mhux jisma biss propaganda
x’qablilna bl-Unjoni Ewropea.
Il-proposta
ta' Unjoni Mediterranea

Il-President ġdid ta’ Franza, Nicholas Sarkozy, ippropona li titwaqqaf Unjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran, li jissieħbu fiha l-pajjiżi Ewropej kollha li jmissu mal-Mediterran, kif ukoll il-pajjiżi kollha ta’ l-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani li jagħtu ghall-Mediterran.
Din il-proposta hija ta’ interess kbir ħafna għal Malta li tkun fiċ-ċentru ta’ l-Unjoni Mediterranea proposta minn Sarkozy.
Daqskemm aħna f’Malta għandna x’nitilfu bis-sħubija fl-Unjoni
Ewropea, għandna x’nirbħu bi sħubija fl-Unjoni Mediterranea.
Għandna naħtfu l-opportunità biex minnufih nitkellmu mal-President
Franċiż u nuruh l-interess tagħna għall-proposta tiegħu,
u niddiskutu miegħu x’passi għandhom jittieħdu ħalli
l-proposta tibda tieħu ħajja.
Malta għandha tagħmilha tagħha din il-proposta u tieħu l-inizjattiva ħalli tinteressa lill-pajjiżi kollha tal-Mediterran jaqblu mal-proposta ta’Sarkozy.
Huwa mportanti għal pajjiżna li jieħu sehem attiv mill-bidu fit-twaqqif ta’ din l-Unjoni ħalli niżguraw li tkun unjoni differenti minn kif inbniet l-Unjoni Ewropea u nevitaw id-difetti u n-nuqqasijiet kbar ta’ l-Unjoni Ewropea u mhux nirrepetuhom.
L-Unjoni proposta minn Sarkozy għandha tkun il-mezz ħalli jinkisbu
fost oħrajn, l-għanijiet li l-Unjoni Ewropea kienet xandret snin ilu
f’Barċellona għall-koperazzjoni fil-Mediterran u l-għanijiet li
għalihom twaqqaf il-EuroMed Forum, iżda li qatt ma taw ir-riżultati
konkreti mistennijin minnhom.
Il-qofol ta’ l-Unjoni Mediterranea għandu jkun li tkabbar il-koperazzjoni
f’kull qasam bejn il-pajjiżi tal-Mediterran, mhux li timponi regolamenti
dwar it-tmexxija tal-pajjiżi u l-politika li jwettqu.
Koperazzjoni volontarja, mhux impożizzjoni ħalli l-pajjiżi jgħinu lil xulxin jimxu ’l quddiem politikament, soċjalment u ekonomikament, iżda qabel kollox biex issaltan fosthom il-paċi u jitħares l-ambjent.
Madwar sentejn ilu, rappreżentanti Libjani, rappreżentanti Maltin u
rappreżentanti Franċiżi, taw bidu għal dak li sejħu bħala
“Mediterranean Exchanges” bl-iskop li jippromwovu koperazzjoni bejn il-pajjiżi
Ewropej u l-pajjiżi Afrikani tal-Mediterran.
Il-proposta tal-President Sarkozy hija żvilupp fuq il-kunċett tal-“Mediterranean Exchanges” li kellu sehem fih l-ex Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Franciz, Dumas, u li kien interessa wkoll awtoritajiet għoljin tal-Ġemaħerija Libjana.
Għalhekk m’għandux ikun diffiċli biex jintlaħaq ftehim Franċiż, Malti u Libjan, li jkun il-fus li madwaru tinbena l-Unjoni Mediterranea proposta minn Sarkozy.
Aħna fiduċjużi li Unjoni Mediterranea tappella għall-kotra
kbira tal-Maltin u l-Għawdxin.
Propaganda falza dwar l-Ewro
IL-FARSA
ta’ l-eżami dwra id-dħul ta’ l-Ewro f’pajjiżna spiċċat
kif konna bassarna bl-Unjoni Ewropea tiddikjara li pajjiżna għadda
bl-unuri u li jista’ jaqleb għall-Ewro f’Jannar li ġej.
Ir-rata tal-kambju tal-Lira Maltija mal-Ewro attaparsi għad trid tiġi deċiża, iżda aħna nsostnu li fil-fatt ir-rata se tkun dik li hija llum.
Kif stennejna, ma naqasx li l-propagandisti ta’ l-Unjoni joħorġu jiftaħru li bid-dħul ta’ l-Ewro, pajjiżna se jidħol membru ta’ klabb ta’ pajjjiżi ekonomikament b’saħħithom.
Min qed jgħid dan, nesa għax hekk jaqbillu, il-pajjiżi kbar ta’ l-Ewro m’humiex ilaħħqu mal-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex il-pajjiżi jikkwalifikaw għall-Ewro.
Tlieta mill-pajjiżi kbar ta’ l-Ewro, il-Ġermanja, Franza u l-Portugall għandhom ‘deficits’ aktar milli jistgħu jkollhom (3%) tal-GDP (Prodott Gross Domestiku).
Pajjiż kbir ieħor ta’ l-Ewro, l-Italja, għandu dejn aktar milli jista’ jkollu (60% tal-GDP).
Il-Greċja, iffalsifikat il-kontijiet biex daħħlet l-Ewro.
Dawn il-pajjiżi kollha huma membri tal-klabb ta’ l-ekonomikament b’saħħithom, li magħhom pajjiżna se jissieħeb, skond il-ftaħir tal-propagandisti ta’ l-Unjoni.
Dawn il-propagandsiti jinsew ukoll li tliet pajjiżi ta’ l-UE, l-Ingliterra, l-Isvezja u d-Danimarka, ma daħħlux l-Ewro u għandhom l-ekonomiji tagħhom sejrin aħjar mill-pajjiżi ta’ l-Ewro.
Żewġ pajjiżi oħrajn Ewropej, in-Norveġja u l-Isvizzera m’għandhomx l-Ewro, huma barra l-Unjoni, u għandhom ekonomiji b’saħħithom aktar minn dawk tal-pajjiżi fl-UE u bl-Ewro.
Dan kollu juri li mhux l-Ewro tagħmel l-ekonomija ta’ pajjiż b’saħħitha u li pajjiż li ma jdaħħalx l-Ewro jista’ jkollu l-ekonomija tiegħu miexja ‘l quddiem.
Għalhekk inssotnu li mhux se tkun l-Ewro li ssaħħaħ l-ekonomija ta’ Malta, u li mingħajr l-Ewro, pajjiżna mexa ‘l quddiem fl-imgħoddi, u jista’ jkompli jimxi ‘l quddiem anki kieku jżomm il-Lira Maltija.
L-istess diskors jgħodd għall-investiment barrani.
Dan mhux se jikber għax indaħħlu l-Ewro.
Ħafna pajjiżi li m’għandhomx l-Ewro, jiġbdu investiment barrani ħafna aktar milli jagħmlu l-pajjiżi ta’ l-Ewro.
Anzi, aktar ma l-munita ta’ pajjiż tkun baxxa meta mqabbla ma l-Ewro, aktar ikun jaqbel għal min jinvesti f’dak il-pajjiż, għax il-prodott maħdum f’dak il-pajjiż u s-servizz mogġħti f’dak il-pajjiż, jiswew inqas meta jitħallsu bl-Ewro.
Bl-Ewro, il-prodott u s-servizzi Maltin se jkunu jiswew aktar għall-barranin.
Il-Ħamis, 24 ta' Mejju, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ