MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Pajjiżna m’għadux l-ewwel u qabel kollox
Il-maġġoranza fl-2003 ivvotat li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kif kienet magħmula dak iż-żmien.
Issa
t-Trattat ta’ Lisbona biddel lill-Unjoni.
Għalhekk
kien xieraq li lill-poplu jistaqsuh jaqbilx li jibqa’ msieħeb fl-Unjoni
kif mibdula.
Mhux biss lill-poplu ma staqsewħx iridx jibqa’ msieħeb fl-Unjoni kif
mibdula, iżda lanqas biss għarrfuh kif l-Unjoni ġiet mibdula.
Għax
ħallewh fl-għama dwar x’fih it-Trattat.
Għamlu ħażin li ma għarrfux lill-poplu b’dak li fih it-Trattat.
Iżda għamlu agħar meta ma talbux mandat mill-poplu biex għan-nom tal-poplu qabdu u approvaw fil-Parlament it-Trattat.
Biex
issa l-poplu se jsib ruħu marbut f’unjoni li ma jafx kif tbiddlet u mingħajr
ma ngħata l-opportunità jgħid iridx ikun imsieħeb fiha kif
mibdula.
Din l-istorja li wara li l-poplu jiftiehem li jissieħeb fl-Unjoni, isib ruħu
marbut f’Unjoni oħra mibdula mill-ewwel waħda, sejra tirrepeti ruħha
kull darba li l-Unjoni tiddeċiedi li tibdel l-istatut tagħha, mingħajr
ma tistaqsi lill-poplu jridx it-tibdil, jekk mhux ukoll, mingħajr ma jkun
mgħarraf x’tibdil hu.
Għax
it-Trattat il-ġdid ta’ Lisbona jagħti s-setgħa lill-Unjoni
tbiddel li trid, mingħajr il-ħtieġa ta’ l-approvazzjoni
popolari u bil-kunsens biss tal-mexxejja tal-popli imseħbin fl-Unjoni.
F’ebda pajjiż demokratiku ma ssib mexxejja politiċi li għandhom
is-setgħa li jibdlu l-Kostituzzjoni tal-pajjiż mingħajr ma jiksbu
l-approvazzjoni tal-poplu jew qabel jagħmlu dan, jew wara li jagħmlu
dan.
Iżda
fil-każ ta’ l-Unjoni Ewropea, it-tibdil fl-istatut tagħha ma
jissodisfax it-test demokratiku għax ir-rieda tal-poplu msieħba mhix
stmata, lanqas imfittxija.
Mexxejja ta’ l-affari tagħhom, u li jistmaw lill-poplu tagħhom u jħarsu
l-ġieħ ta’ pajjiżhom, m’għandhomx jaċċettaw li
l-Unjoni Ewropea tittratta b’dan il-mod anti-demokratiku u abbużiv
lill-poplu u lil pajjiżhom.
Jekk jaċċettawh, juru li jpoġġu lill-Unjoni qabel pajjiżhom u lill-poplu tagħhom.
Poplu
ta’ pajjiż imsieħeb fl-Unjoni Ewropea jeħtieġlu mexxejja
ta’ kwalità li jħarsu l-interessi tiegħu qabel dawk ta’ l-Unjoni
Ewropea, u li jistmawh, jekk mhux aktar aħjar, mhux anqas milli jistmaw
lill-Unjoni Ewropea.
B’sogħba kbira jkollna nistqarru li pajjiżna messitu din ix-xorti
ħażina.
M’għadux jiġi l-ewwel u qabel kollox.
L-ewwel
tiġi l-Unjoni Ewropea.
Is-sħubija
fl-Unjoni tgħollilna l-ħajja
L-gholi
tal-ħajja qiegħed issa jinħass sew speċjalment mill-familji
li għandhom dħul baxx.
Il-pagi baxxi, il-pensjonijiet minimi u l-għajnuniet soċjali mhux qegħdin iżommu l-pass maż-żidiet fil-prezzijiet.
Minħabba
f’hekk, il-livell ta’ l-għajxien ta’ ħafna qiegħed jonqos u
diffiċli li dawn ilaħħqu mal-ħajja.
Il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea ma tgħinx biex titrażżan l-għoli
tal-ħajja.
L-Unjoni tisħaq li s-suq jirregola l-prezzijiet u l-Gvern m’għandux jindaħal biex iżommhom baxxi.
L-Unjoni
tisħaq ukoll li l-prezz ta’ kull oġġett li jinbiegħ u ta’
kull servizz li jingħata jrid jiżdied bir-rata tat-taxxa tal-VAT u li
l-prezz tal-prodotti li jidħlu minn pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni,
din timponi tariffi komuni għall-pajjiżi kollha tagħha (il-Common
External Tariff) li jkomplu jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti.
L-Unjoni Ewropea ma tħallix lill-Istat jissusidja l-ikel, jew ineħħi
t-taxxa tal-VAT minn fuq l-oġġetti u s-servizzi, jew ineħħi
t-tariffi minn fuq oġġetti importati minn barra l-Unjoni.
B’hekk l-Unjoni ma tħalli lill-Gvern jagħmel xejn biex irażżan
l-għoli tal-ħajja jew ibaxxiha.
Din il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea li ma tħallix lill-Gvern jadotta miżuri
li bihom jikkontrolla l-prezzijiet, hija politika anti-soċjali li tgħaffeġ
l-aktar lil dawk is-setturi tas-soċjetà li għandhom dħul żgħir.
Il-Gvern u l-Unjoni Ewropea jaqblilhom li l-prezzijiet jogħlew, għax
l-ammont li jdaħħlu mit-taxxi jkun akbar.
Meta
oġġett ikun jiswa Ewro, il-Gvern idaħħal 18 il-ċenteżmu
ta’ Ewro mit-taxxa tal-VAT, li parti minnha teħodha l-Unjoni.
Jekk
l-oġġett jogħla għal żewġ Ewro, il-Gvern idaħħal
36 ċenteżmu ta’ Ewro mit-taxxa tal-VAT u s-sehem minnhom ta’ l-Unjoni
jirdoppja.
Skond l-estimi uffiċjali, il-Gvern Malti se jdaħħal 447 miljun Ewro mit-taxxa tal-VAT matul din is-sena.
Dan
ifisser li l-poplu se jħallas għall-oġġetti li jixtri u għas-servizzi
li jingħata 447 miljun Ewro aktar mill-prezz reali tagħhom jew li l-poplu
kien iħallas 447 miljun Ewro inqas għall-istess oġġetti u
servizzi li kieku l-Unjoni Ewroea ma ordnatx li jkun hawn it-taxxa tal-VAT
f’pajjiżna.
Persuna li tonfoq €100 fil-ġimgħa għall-ħajja, kienet
tonfoq biss €85 li kieku l-Unjoni ma ġiegħlitniex indaħħlu
t-taxxa tal-VAT.
Din hija waħda mill-ħsarat li s-sħubija fl-Unjoni għamlitilna.
L-aktar
li ntlaqtu huma dawk li d-dħul u li jonfquh kollu għall-ħajja.
Bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, qegħdin iħallsu, dawk li jdaħħlu €50 fil-ġimgħa, aktar minn €360 taxxa
VAT fis-sena, meta ma kinux ikollhom iħallsu lanqas Ewro waħda
f’income tax.
Aktar
abbużi fl-Unjoni Ewropea
L-abbuzi
u l-irregolari-tajiet fl-Unjoni Ewropea qatt ma jonqsu.
Dan l-aħħar, rapport dwar l-‘allowances’ li jingħataw
lill-Membri tal-Parlament Ewropew għall-ħlasijiet li jagħmlu
lill-assistenti li jimpjegaw, kixef għadd ta’ abbużi u anki każi
ta’ frodi.
Kull membru
tal-Parlament Ewropew għandu ‘allowance’ ta’ €15,496 fix-xahar għall-pagi ta’ l-assistenti tiegħu.
L-ammont
totali ta’ dawn l-“allowances” għal 785 membru tal-Parlament, ilaħħqu
mal-140 miljun Ewro fis-sena, madwar għaxra fil-mija tal-baġit kollu
ta’ l-Unjoni.
Minn ‘audit’ li sar fuq kampjun ta’ ‘allowances’ imħallsin lil
167 membri tal-Parlament, irriżultaw ħafna abbużi u
irregolaritajiet fil-ħlasijiet li l-membri jiddikjaraw li għamlu
lill-assistenti tagħhom.
F’każ minnhom instab li ‘allowances’ mogħtijin lil membru, tħallsu
lil min jeħodlu ħsieb it-tfal tiegħu, u f’każ ieħor,
l-‘allowances’ intużaw għan-negozju li l-membru kellu.
Fil-każ ta’ 18-il membru tal-Parlament, ma kellhomx riċevuti għall-ħlasijiet
li ddikjaraw li għamlu lill-assistenti.
Instab li ġew iddikjarati li tħallsu somom fit-terminazzjoni ta’ l-impjieg
ta’ 42 assistenti.
Fir-rigward
ta’ għaxra minnhom, filwaqt li ntqal li l-impjieg ġie tterminat għax
il-membri tal-Parlament li kienu jimpjegawhom lill-assistenti, ma reġgħux
ġew eletti, dan ma kienx minnu għax il-membri msemmijin kienu għadhom
fil-Parlament.
F’żewġ każi l-membri ddikjaraw li għollew is-salarji ta’
l-assistenti b’71 fil-mija u b’117 fil-mija, fil-perjodu ta’ tliet xhur
‘notice’ qabel it-terminazzjoni ta’ l-impjieg ta’ l-assistenti.
Irriżulta li f’ħames każi l-membri tal-Parlament iddikjaraw li
ħallsu lill-assistenti tagħhom salarji esaġerati, 19-il darba
aktar mis-salarju normali f’xahar li jitħallas lill-assistent.
Instab
li membru tal-Parlament għamel ħlas ta’ salarju f’bank f’pajjiż
li mhux fejn joqgħod jew fejn jaħdem l-assistent tiegħu, u la
naqqas it-taxxa u lanqas il-kontribuzzjoni soċjali skond ir-regolamenti ta’
l-impjieg.
Fir-rigward ta’ wieħed mill-assistenti partajm instab li fl-aħħar
tliet xhur ta’ l-impjieg tiegħu abbużivament irċieva ħlasijiet
minn 12-il membru tal-Parlament, għas-somma ta’ €8,890 kull xahar.
Irriżulta li kumpanija li kienet tipprovdi s-servizzi ta’ assistenti
lill-membri tal-Parlament, kienet ta’ wieħed mill-membri stess, bla ma
dan kien iddikjara l-interessi tiegħu fiha.
Il-Parlament Ewropew iddeċieda li dan ir-rapport ma jkunx ippubblikat.
M’hemmx membru Malti mdaħħal fl-abbużi.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 24 ta’ April, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ