MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Il-politika tal-UE qiegħda tkabbar il-faqar
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

L-istrajks
ġenerali u l-protesti popolari u d-demostrazzjonijiet fit-toroq tal-Ewropa juru
l-falliment totali tal-politika ekonomika u soċjali neo-Liberali tal-UE.
F’dawn il-manifestazzjinijiet jispikkaw żewġ fatti:
* ir-rabja kontra l-politika ta’ awsterità ordnata mill-UE,
* u l-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ żgħażagħ imdejqin bl-politika tal-UE.
Mhux settur wieħed jew tnejn biss tas-soċjetà qegħdin iqumu kontra l-politika
tal-UE.
Qegħdin jipprotestaw
* il-ħaddiema li jitilfu l-impieg,
* l-impjegati li qed jaraw tnaqqis fis-salarju,
* il-pensjonanti qed jaraw tnaqqis fil-pensjoni,
* l-istudenti bi spejjeż akbar
* u setturi oħrajn tal-poplu raw żieda fit-taxxi.
L-UE
kisbet tliet ċertifikati tal-falliment li tinsab fih,
* it-23 miljun ħaddiem li jinsabu bla xogħol,
* it-tmien miljun ċittadin fil-periklu ta’ faqar,
* u t-twaqqif tal-fondi ta’ €110 biljun u €740 biljun
* imwaqqfin mill-pajjiżi tal-UE,
* il-Bank Ċentrali Ewropew,
* u l-Fond Monetarju Internazzjonali
* biex minnhom jiġu mgħejjunin
* il-Greċja,
* l-Irlanda,
* u l-pajjiżi l-oħrajn taż-Żona Ewro li jkunu se jfallu.
Meta dawn il-fondi, l-UE kienet taħseb li se ssolvi l-kriżijiet tal-pajjiżi tal-ewro sas-sena 2013.
Issa l-UE ħasset li jista’ jkollha kriżijiet oħrajn fil-ġejjieni wara s-sena 2013, tant li qiegħda twaqqaf mekkaniżmu permanenti billi temenda r-regolamenti tagħha biex jippermettulha tagħti għajnuna lill-pajjiżi li jsibu ruħhom f’diffikultà finanzjarja.
Għal
dan il-għan l-UE se tagħmel emendi għat-Trattat ta’ Lisbona li jidħlu fis-seħħ
fl-2014.
It-twaqqif tal-mekkaniżmu permanenti li jkun jista’ jipprovdi ‘bail-outs’ lill-pajjiżi taż-Żona Ewro jfisser li kemm is-self ta’ €110 biljun lill-Greċja, kif ukoll il-garanziji ta’ €740 biljun għall-pajjiżi l-oħrajn, li jkunu se jfallu, mhux se jintemmu wara l-2013 kif kien ippjanat.
Il-pajjiżi li għamlu s-self u l-garanziji msemmijin se jibqgħu bis-self u l-garanziji li għamlu anke wara s-sena 2013.
Din l-istorja tal-‘bail-outs’ u tal-mekkaniżmu permanenti tgħallimna ħafna.
L-aqwa tagħlima hi li l-pajjiżi taż-Żona Ewro se jkollna ngħixu b’theddida permanenti li minn mument għall-ieħor tista’ tfaqqa’ f’xi wieħed mill-pajjiżi tal-ewro, kriżi finanzjarja li thedded is-saħħa u l-instabbiltà tal-ewro, u għalhekk tkun ta’ ħsara għall-pajjiżi l-oħrajn kollha, inkuża Malta.
Dan il-fatt ifisser li mhux biżżejjed li aħna f’pajjiżna mmexxu sewwa l-affarijiet tagħha biex ma jkunx hawn gwaj finanzjarju, għax jekk xi pajjiż jew pajjiżi oħrajn imexxu l-affarijiet tagħhom ħażin ipoġġu lilna wkoll fil-periku.
Fi
kliem ieħor,
* billi daħħluna fiż-Żona Ewro,
* rabtuna li nġorru mhux biss salibna,
* iżda anke s-salib ta’ kull wieħed mill-15-il pajjiż ieħor
* li sal-lum adottaw l-ewro.
Tagħlima oħra li ħadna mill-istorja tal-‘bail-outs’
* u tal-mekkaniżmu permanenti
* hi li mad-dejn li pajjiżna diġà għandu,
*
jiġifieri mal-ħames biljun ewro,
* ikollna nissellfu aktar miljuni
* biex nisilfu lill-Greċja
* u niggarantixxu s-self tal-Fond tal-Instabbiltà ta’ €740 biljun,
* u biex noħorġu sehemna għall-fond tal-mekkaniżmu permanenti
* li se jitwaqqaf bis-saħħa tal-emendi fit-Trattat ta’ Lisbona.
Dan kollu jfisser piżijiet finanzjarji oħrajn ġodda fuq il-poplu tagħna, li minnhom il-poplu tagħna mhu se jgawdi xejn u mhu se jagħmel ebda gwadan.

L-emendi
li l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE, inkluż il-Prim Ministru Malti, qablu li jsiru
fit-Trattat ta’ Lisbona, għandhom l-għan li jobbligaw il-pajjiżi tal-ewro li
jagħtu s-sehem tagħhom biex jiġu mgħejjunin il-pajjiżi tal-ewro li jkunu se
jfallu.
Għalhekk bl-emendi li se jsiru, Malta tkun obbligata bil-fors, għax hi marbuta bit-Trattat, li toħroġ jew tagħti s-sehem tagħha, trid jew ma tridx, tista’ jew ma tistax.
Illum pajjiżna mhux obbligat jagħmel dan, u qed jagħmel dan għax il-Prim Ministru tagħna kkommetta lil pajjiżna u mbagħad il-Parlament Malti approva dak li fattar il-Prim Ministru fil-laqgħat tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE fi Brussels.
Minflok
tirranġa l-qagħda ħażina tal-pajjiżi milqutin mid-dejn, bil-politika tagħha l-UE
qiegħda tagħmel is-sitwazzjon aktar agħar.
Għal kull sena qiegħed jikber id-dejn tal-pajjiżi tal-ewro, bħalma qed jiġri f’pajjiżna.
Bil-miżuri ta’ awsterità tal-UE l-pajjiżi tal-ewro qatt ma jistgħu jnaqqsu d-dejn tagħhom, qatt ma jistgħu jnaqqsu n-nuqqas ta’ xogħol li għandhom, u minflok ikabbru l-ġid.

Il-politka
li l-UE qiegħda ssegwi hi ddettata mill-Ġermanja u Franza.
Il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ġermaniżi u Franċiżi għandhom mislufin lill-pajjiżi l-oħra tal-ewro madwar elf u nofs biljun ewro kull wieħed, u l-gvernijiet ta’ Franza u l-Ġermanja jridu jaraw li l-politka tal-UE tiżgura li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom ma jfallux u li jiġbru lura l-fondi li taw b’self.
Min-naħa l-oħra ċ-ċittadini tal-pajjiżi l-oħrajn tal-ewro qegħdin jagħmlu tajjeb għal dan bil-miżuri ta’ awsterità li l-UE qiegħda timponi.
Qegħdin jiddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jneħħu l-ewro
Fil-waqt
li Gonzi u politiċi oħrajn ikomplu jiftaħru kemm qablilna li daħħalna l-ewro
minflok il-Lira Maltija, f’ħafna pajjiżi tal-UE ekonomisti qegħdin jiddiskutu
jekk ikunx aħjar għal xi pajjiżi li joħorġu mill-ewro u jerġgħu jdaħħlu l-munita
tagħhom.
Anke fir-rivista importanti The Economist, fil-ħarġa tat-2 ta’ Diċembu, kienu
diskussi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-ħruġ tal-ewro u l-qlib għall-muniti
nazzjonali li kien hemm qabel.
Siltiet minn dak li nkitieb f’The Economist jikkonfermaw li qiegħed jingħata
ħsieb għall-ħruġ ta’ pajjiżi mill-ewro li kien iddaħħal.
Jingħad, per eżempju dan:
“The idea that the euro itself might also be reversible and that one or more countries might revert to national currencies is no longer unthinkable”. (M’għadhiex xi ħaġa impossibbli li l-ewro tista’ terġa’ tiġi rtirata u li xi pajjiż jew pajjiżi jistgħu jerġgħu jmorru lura għall-muniti nazzjonali tagħhom).
The Economist isemmi r-raġunijiet li għalihom pajjiżi jistgħu jneħħu l-ewro, u
jgħid hekk:
“the main reason why a country might choose to leave the euro is to regain the monetary independence it sacrificed on joining and to set monetary policy to suit its own economic conditions”, (ir-raġuni ewlenija għaliex pajjiż jagħżel li jwarrab l-ewro hi biex jikseb lura l-indipendenza fil-qasam tal-flus li jkun ssagrifika meta daħħal l-ewro, u biex ifassal il-politika monetarja li taqbel maċ-ċirkostanzi ekonomiċi tiegħu).
Ir-rivista Ingliża tgħid ukoll li
“… the idea of abandoning the euro looks enticing to some Germans. That appeal might extend to countries, such as Austria and Netherlands, with strong economic ties to Germany”. (Il-ħsieb li l-ewro titwarrab jogħġob lil xi Ġermaniżi. U jekk jseħħ dan, xi pajjiżi, bħall-Awstrija u l-Olanda li għandhom rabtiet ekonomiċi kbar mal-Ġermanja, jistgħu jagħmlu l-istess).
The
Economist jistqarr ukoll li
“weak economies might also hanker for a monetary policy tailored to their own needs. The euro may have abolished market-based national exchange rats, but it has led to marked divergences in real exchange rates. Consumer prices in peripheral countries have risen at a faster rate then in Germany since the start of the euro in 1999. So have wages, making it hard for firms in those countries to compete with Germany in foreign markets and with low-cost imports from Asia in their home markets”, (pajjiżi b’ekonomiji inqas b’saħħithom minn dik tal-Ġermanja jistgħu jkunu jixtiequ li jfasslu politika monetarja skont il-ħtiġijiet tagħhom. L-ewro setgħet qerdet it-tibdil tar-rati tal-kambju li s-suq kien jagħmel, iżda ħolqot fil-ħajja reali diverġenzi kbar bejn il-pajjiżi. Dan għax fil-pajjiżi tat-truf tal-UE l-prezzijiet għall-konsumaturi għolew b’rati akbar milli għolew fil-Ġermaja minn meta twaqqfet l-ewro fl-1999. L-istess ġara fil-każ tal-pagi, u minħabba dan, l-azjendi fil-pajjiżi tat-truf tal-UE sabuha itqal biex jikkompetu ma’ azjendi Ġermaniżi fis-swieq barranin, u biex jikkompeti fis-swieq lokali ma’ prodotti importati minn pajjiżi fejn l-ispejjeż tal-produzzjoni huma baxxi).
Ir-rivista Ingliża tgħid ukoll li:
“Countries at the eurozone periphery that face years of austerity and high unemployment inside the euro may find it harder to believe that things could be much worse if they left. A devaluation would spare them the grinding wage deflation need to price the unemployed back into work, though it would not address the economic weakness that lie behind poor competitiveness”, (pajjiżi li jinsabu fit-truf taż-Żona Ewro u li għal ħafna snin se jbatu mill-miżuri ta’ awsterità u minn rata għolja ta’ qgħad li qed jaħkem iż-Żona Ewro, ma jemmnux li l-qagħda tagħhom tista’ tkun agħar jekk joħorgu mill-ewro. Kieku kellhom jagħmlu żvalutazzjoni, jiffrankaw li jkollhom tnaqqis fil-valur tal-pagi, bla ma jagħmlu tajjeb għad-dgħjufija tal-ekonomija li tnaqqsilhom il-kompetittività tagħhom.

Fil-waqt
li jenfasizza fuq l-iżvantaġġi għall-pajjiżi jekk l-ewro titneħħa, The Economist
jgħid li:
“A determined country could leave the euro and establish its own currency again: nothing is truly irreversible for a sovereign nation”, (pajjiż li jkun deċiż fil-fehmiet tiegħu jista’ jwarrab l-ewro u jerġa’ jdaħħal il-munita nazzjonali tiegħu: għax ma hemm xejn li nazzjon sovran ma jistax ibiddel).
Dan kollu juri li hu fatt li l-aħjar imħuħ tal-Ewropa qegħdin jiddiskutu dwar
il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-ewro, waqt li Gonzi u Fenech qegħdin ikomplu
jaħbu l-verità dwar l-ewro mill-poplu Malti u Għawdxi.
L-UE qed teqred l-Ewropa soċjali

Fl-istess
ħin li l-UE qiegħda tinsisti li jitrażżnu l-pagi fil-pajjiżi membri, hi qiegħda
tkompli żżid il-pagi tal-impjegati tagħha.
Issa anke l-Membri tal-Parlament Ewropew qablu li jżidu l-ħlas li jieħdu.
Qablu li jieħdu żieda ta’ €1,820 fis-sena mill-ewwel ta’ Jannar li ġej.
Iż-żieda hi ‘back dated’ għal Lulju, 2009 u għalhekk kull
membru se jirċievi s-somma ta’ €6,300 b’arretrati.
Barra
ż-żieda fis-salarju, il-Membri Parlamentari Ewropej ingħataw żieda wkoll
fl-‘allowances’ li fuqhom ma jħallsux taxxa, għal €107,524 fis-sena.
Iddaħħlu wkoll “allowances” għall-ikel, l-ivvjaġġar u biex iħallsu l-assistenti
u l-ispejjeż tal-uffiċċju tagħhom.
Mhux
il-membri kollha tal-Parlament Ewropew qablu ma’ dawn iż-żidiet.
Marta Andreason, membri tal-United Kingdom Independence
Party li trid li l-Ingilterra toħroġ mill-UE, stqarret li ż-żieda f’dawn
iż-żminijiet ta’ awsterità f’ħafna pajjiżi, hi tal-mistħija.
Hu stmat li kull Membru tal-Parlament Ewropew jiswa madwar €400,000 fis-sena li
jiġu mit-taxxi li ċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-UE.
Fil-każ tagħna, waqt li din is-sena kellna nħallsu lill-UE €66.5 miljun, is-sena d-dieħla għandna nħallsu €68 miljun mit-taxxi li l-Gvern jiġbor minn fuq il-poplu tagħna.
Kellhom raġun ir-rappreżentanti tat-trejdunjins Ewropej li fil-15 ta’ Diċembru
nġabru fi Brussels biex jipprotestaw quddiem il-bini tal-UE u jwassallu l-messaġġ
“Le għall-miżuri ta’ awsterità għal kulħadd u bonuses għall-ftit”.

Il-kotra
tal-poplu hi “kulħadd”, u l-“ftit” huma l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari
ta’ Malta, li lkoll taw lilhom infushom żidiet kbar waqt li għabbew b’piżijiet
kbar lill-poplu bit-tneħħija tas-sussidji u biż-żieda fit-tariffi.
Din hi waħda mir-raġunijiet għaliex ħafna nies qegħdin iduru kontra l-UE u
kontra l-gvernijiet li qegħdin iwettqu l-politika tagħha.
Aktar ma jmur il-poplu qed jiġi ntaxxat waqt li l-UE u l-mexxejja jkomplu jaħtfu,
jaħlu u jgħixu fil-lussu.
L-Ewropa soċjali li l-pajjiżi Ewropej bnew qabel ma daħlu fl-UE, qiegħda
titfarrak bil-politika tal-UE u l-infiq esaġerat tagħha.
Il-Ħamis 23 ta’ Diċembru 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ