MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Għaliex ma nħallux lill-immigranti illegali jmorru fl-Ewropa?
minn Karmenu Mifsud Bonnici
Il-PJAGA
tar-razziżmu f’pajjiżna qiegħda tikber
* minħabba l-invażjoni ta’ eluf ta’ immigranti illegali
* u l-UE taħti għall-kriżi li ħakmitna tal-immigrazzjoni.
Hi
l-ewwel ġiegħlitna nneħħu l-ilqugħ li pajjiżna kellu kontra l-immigranti
illegali,
* billi sforzat lill-Gvern Malti jwarrab ir-riservi kollha li pajjiżna kien għamel għall-Konvenzjoni tar-refuġjati,
* imbagħad wara li ftaħna beraħ il-bibien ta’ pajjiżna għall-immigranti,
* ġiegħlitna nagħlqu l-bibien warajhom biex ma nħalluhomx jitilqu minn pajjiżna lejn l-Ewropa.
Jiġifieri l-UE tridna ndaħħluhom u nżommuhom hawn f’pajjiżna.
B’hekk trid li Malta sservi ta’ nassa li fiha jinqabdu l-immigranti illegali li jkunu fi triqthom lejn l-Unjoni, jew niġbruhom mill-baħar jew bi żball jinżlu f’artna.

Nagħmlu żball jekk naħsbu li l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni Ewropea se ssolvilna l-krizi tal-imigranti illegali.
Jista’ jsolviha biss il-Parlament Malti bili jaqta’ li ma jitħallewx aktar immigranti jiġu u jibqgħu f’Malta u ma jżommux aktar lill-immigranti milli jitilqu minn pajjiżna biex jippruvaw jidħlu fil-pajjiżi l-orħrajn tal-UE.
Il-Parlament Malti għandu jifhem li l-immigranti illegali li jridu li nħalluhom imorru l-Ewropa u mhux jispiċċaw ma jistgħux imorru lejn il-pajjiżi l-oħrajn għax inqisuhom bħala refuġjati jew inqisu li għandhom jingħataw protezzjoni umanitarja.
Interessi moħbijin
Fil-kwistjoni
tal-immigranti illegali hemm fin-nofs ħafna interessi moħbijin.
Numru ta’ sidien f’pajjiżna qegħdin iħaddmu l-immigranti illegali bi ħlas baxx u mhux skond il-kundizzjonijiet tax-xogħol li tgħid il-liġi.
L-awtoritajiet jafu lid an qed iseħħ u għalkemm bil-fomm jikkundannawh, mhuma qed jagħmlu xejn biex iwaqqfuh.
Is-sidien jaqilgħu aktar għax iħallsu inqas u fl-istess ħin dan jgħin biex il-pagi tal-ħaddiema Maltin ma jogħlewx.
Hu magħruf li hawn min qed igawdi bil-presenza ta’ eluf ta’ immigranti illegali.
Jagħmlu
negozju tajjeb minn fuqhom.
Jingħataw kuntratti ta’ eluf ta’ ewro għall-provvisti lill-immmigranti, spiss bla sejħa għall-offerti.
Qed isir kummerċ kbir mal-ħafna immigranti fiċ-ċentri miftuħin, dawk fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u ma ħafna oħrajn li qegħdin jgħixu l-hawn u l-hemm f’kirjiet għal rashom.
Min jaqla’ l-flus minn fuq l-immigranti ma jimpurtaha mill-ħsara li l-immimgrazzjoni illegali qiegħda tagħmel lil pajjiżna.
Lanqas l-awtoritajiet tal-pajjiż ma jidhru li jimpurtahom minn dan.
Il-kotra hi kontra
Iżda
m’hemmx dubju li l-kotra l-kbira tal-poplu ma taqbilx ma’ dak li qed jitħalla
jseħħ f’Malta.
Il-kotra trid li l-immigrazzjoni illegali titrażżan.
Dan ma jfissirx li l-kotra tal-poplu trid li l-immigranti jinħaqru.
Żgur li topponi li jissawtu.
Taqbel li jingħaatw l-ikel, il-bżonnijiet l-oħrajn, u l-kura medika, u li jinżammu f’ambjent diċenti mhux kif għandhom illum.
Iżda l-kotra tal-poplu temmen ukoll li l-immigranti illegali mhux f’lokhom f’pajjiżna.
Pajjiżna
hu żgħir wisq.
Il-popolazzjoni hi kbira wisq.
M’hawnx xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Għalhekk
mhux fl-interess tal-poplu li nħallu immigranti illegali jiġu joqogħdu u jaħdmu
hawn.
L-immigranti illegal ilanqas iridu joqogħdu f’Malta.
Kemm dawk li nsalvaw mill-baħar.
Kif ukoll dawk li jinżlu l-art waħedhom, kollha jkunu fi triqthom sejrin lejn l-Ewropa.
Mhux huma jridu joqogħdu hawn u meta nżommuhom hawn mhux qegħdin nagħmlulhom xi pjaċir.
Anzi qegħdin nagħmlulhom il-ħsara.
Ġid lill-immigranti
Jekk tassew irridu nagħmlu ġid lill-immigranti illegali, għandna ma nostakolawhomx milli jilħqu l-għan tagħhom li jmorru fl-Ewropa.
Fil-kwistjoni
tal-immigrazzjoni illegali l-UE daħqet bina u għadha tgħaddina biż-żmien.
Trid tissokta tagħmel dan billi tridna nagħtu l-vot lill-imigranti bl-iskuża li b’hekk, wara ftit tas-snin, ikunu jistgħu jmorru fejn iridu fl-UE.
Meta l-immigranti jingħataw il-vot ikunu għamlu pass ieħor biex jintegraw ruħhom mal-Maltin.
Dak
li trid l-UE bl-iskuża tad-dritt tal-moviment ħieles.
Lill-UE
għandna ngħidula li jekk lesta taċċetta immigranti minn Malta li kisbu l-vot,
għaliex mhix lesta taċċettahom anki jekk m’ghandhomx id-dritt tal-vot?
X’differenza jagħmle il-vot?
Wara kollox aktar minn nofs iċ-ċittadini tal-UE li għandhom il-vot lanqas jimportahom għax ma jivvotawx fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew!
Fl-interess tal-poplu tagħna u għall-ġid tal-immigranti illegali għandna mill-aktar fis ninfatmu mill-politika u r-regolamenti tal-UE dwar l-immigrazxzjoni illegali.
Fttex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
Korruzzjoni u ħela
minn Kampanja Helsien Nazzjonali CNI
L-UNJONI
EWROPEA
* hija moralment marida
* bil-ġdim tal-korruzzjoni,
* serq,
* frodi
u ħela ta’ miljuni kbar ta’ ewro kull sena.
Minħabba dan, l-awdituri ma jiffirmawx il-kontijiet tagħha, b’għajb kbir għaliha.
Il-fondi tal-UE ġejjin mit-taxxi
* li l-popli tal-pajjiżi membri jħallsu lilha
* u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar
* huma ċ-ċittadini Ewropej li qegħdin jinstelħu,
mhux l-Unjoni u l-mexxejja tagħha.
Il-każi ta’ korruzzjoni fl-UE u ħela ta’ fondi huma biżibilju u jwerrċuk.
Każ minnhom huwa ta’ erba’ intrapriżi kummerċjali f’Cosenza, l-Italja, li flimkien redgħu €80 miljun mill-UE biex iwaqqfu negozju għall-bini ta’ pannelli tax-xemx (‘solar panels’) u spiċċaw biex m’għamlu xejn wara li ħadu dik l-għajnuna.
Każ ieħor seħħ fil-belt ta’ Charleroi,
fil-Belġju,
* li ngħatat €12-il miljun
* li minflok intefqu għall-iskopijiet li ngħataw,
* intużaw fi ħlas tal-ispejjeż ta’ ikliet,
* riċevimenti,
* vjaġġi
* u safar
* ta’ uffiċjali
u nies prominenti tal-belt.
It-tielet każ seħħ ukoll fin-Nofsinhar tal-Italja.
L-UE ħallset madwar €50 miljun lil numru ta’ bdiewa għas-siġar taċ-ċitru, skond il-Poiltika Agrikola Komuni (CAP).
Iżda wara xi żmien instab li la l-bdiewa u lanqas is-siġar taċ-ċitru ma kienu jeżistu.
Ir-raba’ każ huma mdaħħlin fih żewġ negozjanti Bulgari
* li ħadu €9.6 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali,
* bil-għan li jinxtara mpjant ġdid għall-ipproċessar u l-ippakkjar tal-laħam.
Minflok huma akkwistaw impjant qadim billi ffalsifikaw id-dokumenti.
Korruzzjoni fl-Istituzzjonijiet
Il-każi ta’ korruzzjoni ma seħħewx biss fil-pajjiżi membri tal-UE, iżda saħansitra fl-ogħla istituzzjonijiet tagħha.
F’wieħed mir-rapporti tal-awdituri nterni tal-Parlament Ewropew jingħad li fondi li jammontaw għal €98.4 miljun tħallsu f’’allowances’ lill-membri tal-Parlament, minflok intefqu għall-iskopijiet li kienu ngħataw.
Ir-rapport baqa’ mistur mill-pubbliku.
Skond nota ta’ Diana Wallis,
* li kienet waħda mill-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew,
* madwar 60 membru tal-parlament
* iffirmaw li attendew sessjonijiet Parlamentari li saru fil-ġurnata tal-Ġimgħa.
* Meta nhar ta’ Ġimgħa l-Parlament Ewropew ma jżommx laqgħat.
B’dan il-qerq tħallsu f’sena waħda madwar €820,000 lill-membru.
Dwar il-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE,
* Paul van Buitenen,
* li kien l-awditur fid-Direttorat tal-Finanzi,
* jgħid lill-Uffiċċju kontra l-Frodi tal-UE
* li skond investigazzjonijiet li għamel hu stess
* kien hemm korruzzjoni mifruxa li kienet ilha tkarkar għal bosta snin.
Ħela skandaluża ta’ fondi
Minbarra li saru magħrufin ħafna każi oħrajn ta’ korruzzjoni fl-UE
* ixxandru wkoll ħafna każi ta’ ħela
* u sparpaljar bl-addoċċ ta’ fondi Ewropej.
L-UE tat €1,280,000
* għal programm ta’ taħriġ ta’ tfajliet
* f’kant,
* żfin
* u reċtar
fi spettakli tat-televiżjoni f’Napli, “Quiziotto”;
tat €105,996 lil-Estonja
* biex tiżviluppa t-teatru tal-pupazzi
* għal refuġjati u għal nies żvantaġġjati.
L-UE tat ukoll fondi għall-bini ta’ ‘shipping lift’ fil-Port ta’ Strepy-Thieu fil-Belġju.
* Il-‘lift’ qam €647 miljun biex inbena minflok €170 miljun kif ippjanat.
* Dam 20 sena biex tlesta u wara erba’ snin jaħdem, kellu l-ħsara u ma baqax jiffunzjoni.
L-UE
tat fondi ta’ €800 miljun lill-Italja biex timmodernizza l-ferrovija tagħha fin-Nofsinhar
tal-pajjiż.
* Wara li l-fondi ntużaw,
* instab li 50% tal-ferroviji qegħdin jitħaddmu bl-elettriku,
* meta qabel ingħataw il-fondi
* ftit inqas minn nofshom diġa’ kienu jaħdmu bl-elettriku
* u 75% tal-ferroviji għadhom jiffunzjonaw fuq linja waħda,
* minflok tnejn.
Parti kbira mill-fondi għosfru.
Xi linji tal-ajru u tal-‘cruise liners’ qegħdin jirċievu sussidji mill-Politika Agrikola Komuni tal-UE għall-ikel li jservu lill-passiġġieri.
![]()
Il-kumpanija tal-ajru Ġermaniża Lufthansa rċeviet €2.5 miljun bħala parti minn dawn is-sussidji.
Fondi li jlaħħqu miljuni kbar ta’ ewro
* ngħataw lill-Polonja
* għal proġett ta’ bini ta’ triq
* li kellha tgħaqqad il-belt ta’ Wroclaw fin-Nofsinhar
* ma’ Bialystok fit-Tramuntana.
* Iżda meta ntemm il-proġett,
* it-triq li bidet tinbena minn Wroclaw
* spiċċat ħames mili ‘l bogħod
* minn fejn spiċċat it-triq
* li bidet tinbena minn Bialystok.
Il-fabbrika tal-British Sugar f’York, l-Ingliterra,
ingħatat kumpens ta’ €93 million bi ħlas għat-tnaqqis fil-kwota taz-zokkor
prodott fir-Renju Unit.
Il-fabbrika kienet għalqet fil-bida tas-sena 2007, iżda fetħet u ħadmet għal ġimgħatejn biss fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, ħalli tikkwalifika għall-kumpens.
L-Unjoni tonfoq madwar €140 miljun fis-sena għall-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE.
Isiru ħafna laqgħat tar-rappreżentanti tar-reġjuni u jitħejjew ħafna studji, iżda m’għandhom l-ebda siwi.
L-UE għamlet skema magħrufa bħala Single Farm Payment Scheme.
Instab li minnha qegħdin igawdu ħafna li mhumiex bdiewa.
Qegħdin jitħallsu minnha
* klabbs tal-‘horse riding’,
* tal-golf
* u kunsilli lokali,
![]()
* minbarra kumpaniji
kbar multi-nazzjonali,
* bħal Nestle,
* Coca Cola
* u Heineken.
![]()
Il-kumpanija Tate & Lyle Europe rċeviet £37,956,391 mill-iskema.
Iżda forsi l-akbar ħela skandaluża tal-fondi tal-UE hija dik li għandha x’taqsam mal-għotjiet u pensjonijiet lill-Kumissarji Ewropej.
Hu stmat li l-“golden handshakes” mogħtija lill-Kummissarji li temmew il-karigi tagħhom jammontaw għal €11-il miljun.
Baroness Ashton,
* il-Kummissarju Ngliża,
* se tingħata €250,000 għal-“transition payments”
* waqt li l-Kummissarju Svediża Margot Walstrom
* se tingħata “golden handshake” ta’ €433,000.
Ashton,
* li tkun damet biss sena kummissarju,
* se tingħata pensjoni ta’ £8,000 fis-sena
* u Walstrom se tieħu pensjoni ta’ €110,000 fis-sena.
Dawn huma ftit mill-ħafna fatti li jixxokkjaw liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Mhux għalxejn ħafna jistħu li huma mseħbin f’din ix-xorta ta’ unjoni.
Il-Ħamis, 23 ta’ Lulju, 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ