MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Deċiżjoni żbaljata
Il-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) hi tal-fehma li l-Gvern irredikola ruħu fil-kwistjoni tal-karozzi tal-mejtin.
Għax mhux se jikber in-negozju tal-ġarr tal-mejtin billi jiżdied in-numru tal-karozzi tagħhom.
Is-CNI ssostni li l-Gvern, jekk irid li l-poplu jħallas inqas għall-ġarr tal-mejtin, kulma kellu jagħmel huwa li, bħala regolatur, ibaxxi n-nolijiet li jitħallsu llum.
Jew,
biex jagħti prova kemm irid li l-poplu jħallas mill-inqas li jista’
għas-servizz ta’ funeral, il-Gvern imissu neħħa t-taxxa tal-VAT
minn fuq l-ispejjeż tal-funerali.
Iżda minflok baxxa n-nol tal-karozzi tal-mejtin u neħħa t-taxxa
tal-VAT minn fuq l-ispejjeż tal-funerali, il-Gvern għażel li
jobdi l-ordni ta’ l-Unjoni Ewropea biex jilliberalizza t-trasport, u beda
mill-mejtin, minflok mit-trasport tal-ħajjin.

Fil-fehma tas-CNI l-Gvern dawwar il-kwistjoni tal-liberalizzazzjoni f’kummiedja, billi ftaħar li għall-ġid tal-pajjiż, biha se jeqred il-monopolju tas-sidien tal-karozzi tal-mejtin.
Lill-midja
u lill-pubbliku l-Prim Ministru u l-Ministru tat-Trasport bellgħulhom din
il-ħrafa tal-ġid li se joħroġ miż-żieda fin-numru
tal-karozzi tal-mejtin.
Pajjiż ma jgawdix
Mhux minnu li l-pajjiż se jgawdi minn numru akbar ta’ karozzi tal-mejtin.
Għal
ħafna raġunijiet ikun aħjar li ma jikbirx in-numru tal-karozzi
tal-mejtin, ladarba tista’ taġevola lill-poplu billi sempliċiment
tbaxxilu n-nolijiet.
Mhux fl-interess tal-pajjiż li joħorġu mill-pajjiż flejjes
kbar li jintefqu fix-xiri ta’ karozzi tal-mejtin, meta diġà hawn
fil-pajjiż numru ta’ karozzi tal-mejtin aktar minn biżżejjed għad-domanda
li hawn għall-ġarr tal-mejtin.
L-eluf minfuqin fix-xiri ta’ karozzi żejda, għandhom jintefqu fuq
proġetti ta’ siwi li jirrendu għal pajjiżna, mhux mogħtijin
lid-ditti barranin tal-karozzi tal-mejtin.
L-effiċjenza ekonomika tgħallem li jekk il-ġarr tal-mejtin jista’
jsir diċentement u effiċjentement b’investiment ta’ kapital li sar
ta’ għaxar karozzi li hawn, tiżbalja jekk tonfoq minflok investiment
ta’ kapital akbar għax-xiri ta’ għaxar karozzi oħrajn.
Deċizjoni irresponsabbli
Is-CNI
jidhrilha li gvern li jkun responsabbli u ta’ l-affari tiegħu ma jinkoraġġix
nefqa żejda ta’ kapital barra l-pajjiż, kif se jiġri fix-xiri
minn barra tal-karozzi tal-mejtin, ladarba l-pajjiż diġà għandu
aktar minn biżżejjed karozzi tal-mejtin.
Il-Gvern, minflok skoraġġixxa x-xiri ta’ aktar karozzi tal-mejtin,
inkoraġġiha billi mit-taxxi tal-poplu se jissussidjahom b’mijiet ta’
eluf: €230,000.
Deċiżjoni
bla sens u irresponsabbli, għax jekk il-poplu se jħallas inqas għan-nolijiet,
li se jiffranka se jħallsu fit-taxxi li sejrin għas-sussidju.
Il-Gvern qed isostni li n-nolijiet jonqsu biż-żieda fin-numru ta’
karozzi tal-mejtin.
Skond
is-CNI,
iżda, jekk hemm lok li n-nolijiet jonqsu, aktar jistgħu jonqsu għall-ġarr
mhux se tikber għax mhux se jiżdied in-numru tal-mejtin kuljum.
Nolijiet aktar baxxi
Jekk wieħed jieħu l-eżempju li llum hawn domanda kuljum għal
sitt karozzi tal-mejtin, u li l-ħlas hu ta’ €100 kull karozza, id-dħul
totali f’ġimgħa mill-karozzi tal-mejtin hu ta’ €4,200.
Jekk
illum hawn għaxar karozzi tal-mejtin, kull karozza ras għal ras iddaħħal
€420 fil-ġimgħa.
Issa jekk in-numru tal-karozzi jirdoppja, u n-nol jonqos għal €80 kull
karozza, id-dħul f’ġimgħa mill-20 karozza jkun ta’ €3,360,
li jġib li kull karozza ddaħħal ras għal ras €168 f’ġimgħa.
Dan ifisser li sid ta’ karozza li llum għandu dħul ta’ €420 fil-ġimgħa, jaqa’ għal dħul ta’ €158 fil-ġimgħa.
Tnaqqis
fid-dħul li ma tistax tistennieh.
Min-naħa l-oħra, jekk l-għadd ta’ karozzi jibqa’ għaxra
bħalma hu llum, u l-Gvern jiffissa n-nol għal €70 kull karozza
minflok il-€100 tal-lum, id-dħul totali fil-ġimgħa jkun ta’
€2,940, li jġib ras għal ras kull karozza ddaħħal €294
fil-ġimgħa.
Dan l-eżempju juri li jekk jinżamm in-numru ta’ karozzi tal-mejtin
tal-lum, u l-Gvern iraħħas in-nol għal €70 kull karozza, ikun
ħafna aħjar għall-pubbliku, u ħafna aktar ġust għas-sidien
tal-karozzi, milli jekk jirdoppja n-numru tal-lum tal-karozzi u jitbaxxa n-nol għal
€80 kull karozza.
X'inhu l-ahjar?
Is-CNI
tisħaq li ssir ħsara mhux ġid lill-pajjiż, kull meta tiġi
applikata l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-liberalizzazzjoni ta’
kollox, mingħajr ma jitqiesu jekk dik il-politika hiex adattata f’qasam
partikolari għaċ-ċirkostanzi u ċ-ċokon tas-suq ta’
pajjiżna.
Dwar
il-każ tal-karozzi tal-mejtin, il-politika tal-liberalizzazzjoni hija għal
kollox żbaljata ekonomikament u soċjalment.
Il-poplu Malti u Għawdxi jinqeda aħjar jekk il-Gvern – bħala
regolatur – ibaxxi n-nolijiet u jmur kontra dak li trid l-Unjoni Ewropea,
billi jneħħi t-taxxa tal-VAT minn fuq il-funerali.
L-Erbgħa, 23 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ