MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI
L-ewro ma ssalvax pajjiż mill-kriżi
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu


Pajjiżi
li daħħlu l-ewro, bħall-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall, waqgħu fi kriżi
finanzjarja tant kerha li kellhom jingħataw ‘bail-outs’ ta’ biljuni ta’ ewro
biex ma jfallux.
Dawn il-fatti juri li d-dħul tal-ewro ma jħarisx li pajjiż milli ma jmurx ħażin finanzjarjament, u lanqas jgħin biex pajjiż jegħleb waħdu d-diffikultajiet finanzjarji li jsib ruħu fihom.
Bid-dħul tal-ewro pajjiż xorta kapaċi jfalli daqs pajjiż ieħor.
Anzi ħafna jsostnu li d-dħul tal-ewro hu fattur li jikkontribwixxi biex
il-qagħda finanzjarja ta’ pajjiż teħżien.
Dan għax jekk il-qagħda ekonomika ta’ pajjiż titlob li r-rata tal-imgħaxxijiet togħla jew titbaxxa, jew li l-valur tal-munita jiżdied jew jonqos biex tiġi stimulata l-attività ekonomika u tikber l-esportazzjoni, pajjiż li jkun daħħal l-ewro ma jistax jadotta ebda waħda minn dawn iż-żewġ miżuri monetarji.
Pajjiż li jdaħħal l-ewro, jorbot kullar ma’ għonqu u bħal kelb marbut minn
għonqu, ma jibqax ħieles li jista’ jmur fejn irid.
Pajjiż li daħħal l-ewro u li jsib ruħu f’diffikulatjiet finanzjarji hu mġiegħel
mill-Unjoni Ewropea li jisqi liċ-ċittadini tiegħu mistura b’togħma ħażina ħafna,
jekk irid li jingħata għajnuna.
L-Unjoni
Ewropea tisħaq li biex pajjiż jingħata ‘bail-out’ ta’ biljuni ta’ ewro,
* irid idaħħal miżuri ta’ awsterità,
* bħalma huma tnaqqis fil-pagi u fil-pensjonijiet
* qtugħ fis-servizzi soċjali,
* żieda fit-taxxi,
* tnaqqis fil-impiegi fis-settur pubbliku u
* fl-infiq fuq xogħlijiet pubbliċi.
Dawn
il-miżuri ta’ awsterità
* jnaqqsu l-infiq tal-Gvern ta’ pajjiż,
* iżda jnaqqsu wkoll id-dħul tal-Gvern,
* inaqqsu l-attività ekonomika tal-pajjiż,
* ikabbru l-qgħad u l-faqar soċjali fil-pajjiż.
Filwaqt li hu dubjuż hekk dawn il-miżuri ta’ awsterità jtejbu l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, hi ħaġa ċerta li jitfgħu lura l-qagħda ekonomika u soċjali tal-pajjiż li jdaħħalhom.
Pajjiż
li jkun mgħobbi bid-dejn ma jkun jista’ qatt jaqta’ mid-dejn jekk jadotta miżuri
ta’ awsterità li fil-waqt li jnaqqsu l-infiq, inaqqsu wkoll id-dħul tal-Gvern.
Biex jaqta’ mid-dejn, il-Gvern irid idaħħal aktar, mhux inqas.
Biex Gvern idaħħal aktar, irid ikollu aktar nies li qegħdin jaħdmu biex iħallsu aktar taxxi u aktar kontribuzzjonijiet soċjali.
Politika ta’ Gvern li tħaddem aktar nies hi kontra l-politika tal-miżuri ta’ awsterità li l-Unjoni Ewropea qiegħda timponi fuq ħafna mill-pajjiżi li daħħlu l-ewro.
Iż-Żona tal-pajjiżi tal-Ewro saret waħda ta’ kriżi li ma taqta’ qatt, minflok
żona ta’ prosperità li kienu jħabbrulna qabel daħħalna l-ewro.
Il-barranin f’Malta u l-Unjoni Ewropea
Il-Gvern
inqabad kif tilef kull kontroll fuq il-barranin f’Malta minħabba l-Unjoni
Ewropea.
Dan għax hemm il-moviment ħieles tal-persuni fejn kull persuna mill-Unjoni għandha dritt li tmur tgħix fejn trid f’kull pajjiż membru.
Imma aktar minn hekk, irridu niftakru kif l-Unjoni ordnat lill-Gvern biex ineħħi
kull riserva li kien għamel għall-Konvenzjoni tar-Refuġjati u biex idaħħal
il-Konvenzjoni ta’ Dublin II biex spiċċajna mimlijin bl-immigranti illegali.
Fil-fatt,
il-Gvern u anke dawk l-organizzazzjonijiet li jiddefendu l-immigranti illegali u
li jgħidu li hawn biss ftit mijiet inqabdu anke fil-gideb dwar kemm hawn
immigranti illegali f’Malta wara mistoqsija Parlamentari li ġiet imwieġba
mill-Prim Ministru.
Irriżulta li skont il-Mistoqsija Parlamentari 26450 tas-6 ta’ Ġunju, 2011 hawn
aktar minn 18,648 barrani li għandhom Karta tal-Identità Maltija u li mhux
ġejjin minn pajjiżi tal-UE.
Irriżulta
wkoll li dawn huma minn 120 pajjiż madwar id-dinja u l-aktar huma minn dawn
il-pajjiżi:
* 3,570 mis-Somalja,
* 1,426 mill-Eritrea,
*
1,008 miċ-Ċina,
* 882 mil-Libja,
* 874 mir-Russja,
* 762 min-Niġerja,
* 748 mill-Jugoslavja,
* 588 mis-Sudan.
Dan ifisser li l-Gvern minħabba l-ordnijiet
tal-UE tilef kull kontroll fuq min jitħalla jidħol u jibqa’ f’pajjiżna għax li
jkollok dawk l-eluf ta’ barranin bil-Karta tal-Identità Maltija jfisser li inti
m’għandekx tikkmanda f’pajjiżna imma qed tiġi kkmandat mill-UE.
Issa
kulħadd jaf xi jfisser li tobdi lill-UE u tibqa’ żżomm lill-immigranti illegali
f’Malta fejn hawn mill-inqas 6,346 Afrikan barra l-mijiet jekk mhux eluf oħrajn
li daħlu baxx baxx u ħadd ma jaf bihom.
Dan jekk ma ngħoddux il-Libjani li huma wkoll mill-Afrika.
U nistgħux inkunu nafu x’qed jagħmlu hawn dawk il-mijiet ta’ Ċiniżi, Russi u
Jugoslavi u minn kull pajjiż ieħor minn madwar id-dinja li biex inħarġitilhom il-Karta
tal-Identità Maltija jfisser li jkunu ilhom hawn jew se jkunu hawn aktar minn
sitt xhur?
Għandna wkoll eluf oħrajn li baqgħu hawn meta skaditilhom il-viża u l-Gvern ma
qiegħed jagħmel xejn biex dawn jinqabdu u jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.
Kulmin għadu għajnejh f’wiċċu jista’ jara lil dawn l-eluf ta’ barranin jaħdmu
minflok il-ħaddiema Maltin.
Dawn mhux kollha qed jisirqu ħobż, xogħol u l-għajxien tal-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom?
Kif
jista’ l-poplu Malti jkollu moħħu mistrieħ u jkun bla biża’ f’dahru meta hawn
daqstant eluf ta’ barranin li ħafna minnhom ġew hawn illegalemnt jew baqgħu hawn
illegalment u ma nafux x’ħobż jieklu?
Kif jista’ l-poplu jkun moħħu mistrieħ meta hawn tant eluf ta’ immigranti
illegali li ħadd ma jaf min huma ġew għax qerdu l-karti kollha li juru min
tassew huma?
Min ma jkollux x’jaħbi, jaħbi u jeqred l-identità tiegħu?
X’għamlu dawn f’pajjiżhom biex ma jridux juru min huma?
Mata l-Gvern se jwaqqaf l-immigrazzjoni illegali u jibgħat lil kulħadd ’il barra?
Il-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
kienet ġabret eluf kbar ta’ firem għall-petizzjoni biex il-Gvern iwaqqaf l-immigrazzjoni
illegali.
Meta l-Whips tal-gruppi parlamentari se jsibu l-ħin biex tingħatalhom din il-petizzjoni?
L-Aġenzija dwar ir-Refuġjati tista’ tkun ta’ ħsara għal Malta
Il-Gvern
Malti hu ferħan li l-Unjoni Ewropea aċċettat li l-uffiċċju tal-Aġenzija dwar l-Ażil
għar-refuġjati jkun f’pajjiżna, u l-Kummissarju Ewropew responsabbli
mir-refuġjati, Cecilia Malstrom, ġiet Malta għall-ftuħ uffiċjali tal-uffiċċju,
li qiegħed fil-bini ta’ Transport Malta fil-Marsa.
Kieku
kien għadu ħaj il-Prim Ministru Borg Olivier, kien jopponi bil-qawwa li l-Aġenzija
tal-Unjoni Ewropea dwar ir-refuġjati jkollha l-uffiċċju tagħha f’Malta.
Għaliex hu kien saħaq fl-1971,
*
meta
Malta ffirmat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Refuġjati,
* li pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tiegħu,
* id-densità tal-popolazzjoni u l-limitazzjonijiet li għandu,
* ma jistax jaċċetta refuġjati u
* għalhekk hu eskluda numru ta’ provvedimenti tal-konvenzjoni milli japplikaw għal Malta.
Bi
tradiment tal-interessi nazzjonali, il-Gvern Malti, fin-negozjati għas-sħubija
ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, ċeda għar-rikatt tal-Unjoni Ewropea li qaltlu li
jekk ma jwarrabx ir-riservi kollha li l-Gvern ta’ Borg Olivier kien għamel
għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati, Malta ma kinitx titħalla tissieħeb
fil-Unjoni Ewropea.
Dak
it-tradiment fetaħ il-bibien ta’ pajjiżna għall-invażjoni ta’ eluf ta’
immigranti illegali u għall-mewġa ta’ applikazzjonijiet għall-għoti tal-istatus
ta’ refuġjati u d-dritt tal-ażil.
Issa l-preżenza f’pajjiżna tal-Aġenzija dwar ir-Refuġjati
ma tippermettix li pajjiżna joġġezzjona li jagħti ażilju lil dawk kollha li
jikkwalifikaw li jingħataw l-istatus ta’ refuġjati u għalhekk il-ftuħ
tal-uffiċċju tal-Aġenzija dwar ir-Refuġjati mhux okkażjoni ta’ ferħ, iżda ta’
tħassib serju għal kulmin għandu verament l-interessi tal-poplu tagħna għal
qalbu.
Tista’ tgħid li l-maġġoranza kbira tal-immigranti illegali u l-klandestini li
jsibu ruħhom f’Malta, riedu u għadhom iridu jmorru f’xi pajjiż kbir fl-Ewropa.
Iżda
l-Unjoni Ewropea ma tippermettix lil Malta li tħallihom imorru fejn xtaqu u
għadhom jixtiequ li jmorru fl-Ewropa.
L-Unjoni Ewropea tobbligana li nżommu lill-immigranti illegali u l-klandestini bilfors f’pajjiżna u jekk jittantaw jitilqu minn pajjiżna, jispiċċaw il-ħabs.
L-Unjoni
Ewropea ma tagħmilx dan għal wiċċna u lanqas bi pjaċir lill-immigranti u l-klandestini,
iżda ma tħallihomx imorru fl-Ewropa għax ma tridx li pajjiżi oħrajn membri
jitgħabbew bil-piż tagħhom.
Jiġifieri, bir-regoli tagħha dwar l-immigranti illegali u l-klandestini l-Unjoni
Ewropea qiegħda tħares l-interessi tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni billi tmur
kontra l-interessi ta’ pajjiżna.
L-akbar
għajnuna li pajjiżna jista’ jagħti lill-immigranti illegali u lill-klandestini
hi li nħalluhom liberament imorru fejn dejjem xtaqu jmorru fl-Ewropa, mingħajr
m’għandna nagħtu kas tal-oppożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, li ma tistax takkużana
aktar li qegħdin nittrattaw ħażin lil dawn in-nies.
Il-Gvern ta’ Malta biex jobdi lill-Unjoni Ewropea wasal f’sitwazzjoni assurda li
ma jagħtix permess biex Libjani li jiġu għal żjara f’Malta, iżda jaċċetta li
jżomm f’pajjiżna Libjani li jiġi bħala immigranti illegali u billi hemm il-ġlied
fil-Libja, il-Gvern ma jibgħathomx lura.
L-Aġenzija dwar ir-Refuġjati mhix se tgħin biex jonqsu l-immigranti illegali u
l-klandestini f’pajjiżna.
Anzi probabbli se tkun kaġun li dawn jiżdiedu, u f’dak il-każ, se tkun ta’ ħsara u mhux ta’ ġid għalina.
Il-Parlament u l-ġlied fil-Libja
Quddiem il-massakru tal-popolazzjoni ċivili li n-NATO qiegħda twettaq fil-Libja, jista’ l-poplu Malti jibqa’ sieket?
Pajjiżna
għandu d-dmir jaħdem attivament għall-paċi,
* iżda l-Prim Ministru ta’ pajjiżna,
* biex jimxi kif l-Unjoni Ewropea tridu,
* mhux biss mhux qiegħed iwettaq dan id-dmir,
* iżda saħansitra qiegħed jaġixxi kontra
* billi qiegħed jappoġġja l-gwerra li n-NATO qiegħda tagħmel kontra l-Libja.

Il-Prim
Ministru jistaħba wara l-iskuża li l-intervent militari fil-Libja hu awtorizzat
mill-Ġnus Magħquda.
Iżda jekk mhux baħnan, jaf li l-attakki tan-NATO mhux qegħdin isiru biex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili Libjana, imma biex jgħinu lir-ribelli ta’ Benghazi fl-offensiva tagħhom kontra l-forzi governattivi u biex jitwarrab il-Gvern Libjan immexxi mill-Kulunell Gaddafi.
Il-Prim Ministru, jekk mhux falz meta jgħid li jrid jagħti kull għajnuna umanitarja lil-Libjani, jaf li l-aktar azzjoni umanitarja tkun dik li jitwaqqaf il-ġlied li qiegħed jikkaġuna tant tbatijiet umani, ferimenti u mwiet.
Iżda, biex jimxi kif l-Unjoni Ewropea tridu, qiegħed
iwarrab din ir-responsabbiltà umanitarja u qiegħed isostni li biex ikun hemm
waqfien mill-ġlied issa jridu jitilqu mill-Gvern Libjan kemm Gaddafi u anke l-familja
tiegħu.


Gonzi
hu għalhekk responsabbli flimkien ma’ Obama, Sarkozy u Cameron u r-ribelli ta’
Benghazi għal kull mewt u kull feriment li jiġru kuljum fil-Libja sakemm jibqgħu
ma jaċċettawx waqfien mill-ġied.
Waqfien mill-ġlied, ‘ceasefire’ ma jfissirx it-tmiem tal-kriżi fil-Libja u lanqas ifisser ftehim bejn iż-żewġ naħat.
Wara l-waqfien mill-ġlied iridu jsiru negozjati bejn il-Gvern Libjan u l-Kunsill tar-Ribelli ta’ Benghazi dwar it-tibdil kollu li jixraq li jsir fit-tmexxija tal-Libja u dwar id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li l-poplu Libjan għandu jkollu.
Jekk il-Kulunell Gaddafi jibqax ikollu x’jaqsam fit-tmexxija tal-pajjiż, għandha tiġi deċiża mill-poplu kollu permezz ta’ votazzjoni ħielsa li l-Gvern Libjan diġà qal li lest jaċċetta li ssir taħt il-kontroll tal-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Afrikana, bin-NATO jistgħu jibagħtu osservaturi.



Għalhekk
m’hemmx ġustifikazzjoni biex il-Gvern Malti, u l-gvernijiet tal-pajjiżi li
qegħdin jattakkaw lil-Libja kif ukoll ir-ribelli ta’ Benghazi, ikomplu
joġġezzjonaw li jieqaf il-ġlied u jibdew in-negozjati.
Ir-Russja qiegħda tinsisti li jsir dan.
L-Unjoni Afrikana ilha ssostni dan.
Il-Qdusija Tiegħu l-Papa kemm-il darba appella biex isir dan.
Iżda Gonzi, Obama, Sarkozy u Cameron ma jridux jisimgħu u kuntenti jaraw aktar
Libjani jinqatlu.
Jekk Gonzi biegħ ruħu lill-Unjoni Ewropea, il-poplu Malti jistenna li l-Parlament Malti jesprimi x-xewqa tal-Maltin li l-ġlied jieqaf fil-Libja u n-NATO jieqfu mill-attakki tagħhom.

Il-Parlament
għandu jistieden lir-ribelli ta’ Benghazi u lill-Gvern Libjan biex jibagħtu r-rappreżentanti
tagħhom u jiltaqgħu f’Malta biex jitkellmu u jiftehmu dwar waqfien mill-ġlied
mingħjar aktar dewmien.
Il-Parlament Malti m’għandux jiddejjaq jekk il-Gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin
jieħdu sehem fil-gwerra fil-Libja u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ma jieħdux
gost bl-inizjattiva Maltija.
L-aqwa li l-inzjattiva tkun ittieħdet biex iġġib il-paċi fil-pajjiżi ġirien tagħna u twaqqaf l-imwiet u l-ferimenti ta’ aktar Libjani.
Il-gvernijiet jistgħu jkunu kontra, iżda l-maġġornaza tal-popli tagħhom żgur bħall-Maltin jixtiequ li tieqaf il-gwerra fil-Libja.
Il-Ħamis, 23 ta’ Ġunju, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ