MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Is-CNI
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Waqt
konferenza Stampa miżmuma llum it-Tnejn, 23 ta’ April, 2007, l-Avukat
Karmenu Mifsud Bonniċi, chairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali
Matul
il-konferenza stampa miżmuma llum fl-uffiċċji tas-CNI,
l-ex Prim Ministru u mexxej tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
kontra s-sħubija fl-UE Karmenu Mifsud Bonniċi qal li l-Maltin għandhom
jingħataw ċans li jgħidu jekk iridux li pajjiżna jitlaq
mill-Unjoni Ewropea.
47% biss ivvutaw favur is-sħubija
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li huma biss 47% li kienu vvutaw favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Mill-inqas
53% kienu ċaħdu s-sħubija, dawk li vvutaw kontra u dawk li kienu
astjenew milli jivvutaw fir-referendum.
Huwa
qal li l-mexxejja tat-tliet partiti politiċi li huma favur is-sħubija
qed jinjoraw ix-xewqat tal-maġġoranza li kienu kontra s-sħubija.
L-istmerrija lejn l-UE dejjem qed tikber
L-Avukat
Mifsud Bonniċi qal li kien hemm stmerrija li kienet qed tikber lejn
l-UE.
Iċ-Chairman
tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
– li opponiet id-dħul ta’ Malta fl-UE – qal li qrib it-tielet
anniversarju minn meta Malta ssieħbet fl-UE, l-oppożizzjoni lejn is-sħubija
qed tikber għaliex sezzjonijiet different tal-popolazzjoni jħossuhom
“diżillużi u mqarrqa”.
L-Avukat
Mifsud Bonniċi qal li l-Gvern dalwaqt ma jkollux għażla ħlief
li jsejjaħ referendum li fih il-poplu jivvota biex Malta toħroġ
mill-UE.
Fil-konferenza
stampa ta’ qabel l-Avukat Mifsud Bonniċi bħala mexxej tas-CNI
kien ikkundanna “il-bejgħ ta’ l-investiment pubbliku” matul
il-likwidazzjoni tas-Sea Malta f’Diċembru 2005, u argumenta li dan sar
minħabba pressjoni mill-UE fuq il-gvernijiet biex jilliberalizzaw
is-servizzi.
L-Avukat
Mifsud Bonniċi kompla jgħid li l-oppożizzjoni espressa mill-kaċċaturi
u n-nassaba kif ukoll il-bdiewa tirrifletti l-istmerrija preżenti minn
ħafna sezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni.
Sa
mis-sħubija, il-linja ta’ l-ajru nazzjonali u t-tarznari kienu f’xifer
li jagħlqu waqt li l-poplu kienu qed iħoss l-għafsa ta’
l-inflazzjoni u l-piż tad-direttivi ta’ l-UE.
Is-sħubija fl-UE lanqas finanzjarjament ma taqbel għal Malta

L-Avukat Mifsud Bonniċi qal li s-sħubija lanqas taqbel għal Malta finanzjarjament.
Għalkemm
huwa kien staqsa lill-Gvern biex jagħti rendikont sħiħ ta’
l-ispejjez kollha involuti minn meta Malta saret membru ta’ l-UE, it-talba
tiegħu ġiet miċħuda.
Madankollu, skond l-estimi finanzjarji ppubblikati mill-Gvern, Malta kienet qed toħroġ aktar minn Lm22 miljun fis-sena.
Is-sitwazzjoni se teħżien meta ċerti
derogi jintemmu u Malta jkollha taddotta liġijiet oħra ta’ l-UE.
Huwa
indika aktar spejjeż li s-sħubija qed timponi fuq iċ-ċittadini
Maltin, bħat-taħriġ ta’ 40 uffiċjal tal-pulizija biex
jaqdu l-obbligi li joħorġu mit-Trattat ta’ Schengen.
L-Avukat
Mifsud Bonnici insista li d-dħul ta’ Malta fl-ewro ma jkunx ta’ ostaklu
biex noħorġu mill-UE minħabba li l-Maltin ikunu jistgħu
jikkumerċjaw bl-ewro.
Aktar qerq bil-Kostituzzjoni ta’ l-UE
L-Avukat
Mifsud Bonnici qal ukoll li fuq il-Kostituzzjoni Ewropea, is-CNI
temmen li wara li t-test ġie miċħud “madwar l-Ewropa”,
il-mexxejja ta’ l-UE kienu qed jippruvaw jinnegozjaw test ġdid u aktarx
li ma jfittxux vot popolari fuqu.
L–intenzjoni
tagħhom li ma jfittxux vot popolari kienet biex jiskansaw ripetizzjoni taċ-ċaħda
popolari tat-trattat mill-elattorat Franċiż u Olandiż.
Fil-każ
tar-ratifika ta’ Malta tal-Kostituzzjoni ta’ l-2005, Dr Mifsud Bonniċi
qal li l-Parlament qatt ma kellu jirratifika test li kien diġa’ ġie
miċħud u maqtul bil-vot popolari taċ-ċittadini Franċiżi
u Olandiżi.
L-Avukat
Mifsud Bonniċi qal li jekk test ġdid kellu jiġi maqbul mill-UE,
kien jagħmel sens biss li jiġi maqbul b’vot popolari la darba l-UE
kienet qed tfittex l-opinjoni taċ-ċittadini fuq il-kwistjoni.
Huwa
qal li l-popli m’għandhomx ikollhom il-ħtieġa li jkunu nfurmati
biss dwar x’qed jiġri, imma l-ħtiġijiet tagħhom għandha
tittieħed konsiderazzjoni tagħhom.
Huwa
qal ukoll li l-pubbliku għandu jingħata d-dritt li jfisser ruħu u
jaraw jekk huma jaqblux ma l-emendi proposti għall-Kostituzzjoni ta’
l-UE.
Aktar Għaqdiet kontra s-sħubija
L-Avukat
Mifsud Bonnici qal ukoll li s-CNI, l-Allejanza
Nazzjonali, u l-Front Maltin Inqumu u għaqdiet oħra kienu kontra s-sħubija
fl-UE.
L-Avukat
Mifsud Bonniċi li huwa ex-mexxej tal-Partit Laburista, flimkien ma’ l-ex
Prim Ministru Dom Mintoff kienu ffurmaw il-moviment Front Maltin Inqumu kontra
s-sħubija fl-UE, u kienu wrew l-istess pożizzjoni qabel ma l-Parlament
irratifika t-trattat Kostituzzjonali.
It-Tnejn, 23 ta’ April, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ