MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici Kampanja ghall-Helsien Nazzjonali CNI

 

Nitbiegħdu mit-triq tal-falliment tal-UE

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Il-politka diżastruża li l-Unjoni Ewropea qiegħda timponi fuq il-pajjiżi membri se tagħmel aktar ħsara milli ġid.

 

Għax din il-politika ċċekken l-ekonomiji tal-pajjiżi u minflok tnaqqas id-djun, tkabbarhom.

 

Fuq kollox, tkabbar il-qgħad u l-faqar.


Sabiex pajjiż ikun jista’ jnaq­qas id-dejn, jeħtieġ li jżid ix-xogħol u n-numru ta’ nies jaħdmu.

 

B’aktar nies jaħdmu u b’aktar xogħol, tikber l-ekonomija u jiżdied id-dħul mit-taxxi u tonqos in-nefqa fuq l-għajnuniet soċjali.


F’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn iddaħħlu miżuri ħorox ta’ awsterità, naqas id-dħul tal-Gvern u d-dejn kompla jiżdied.

 

Fil-Greċja seħħ hekk, u l-ekonomija Griega qiegħda dejjem tiċkien u l-faqar qiegħed jiżdied.

 

Fl-Irlanda wkoll, bil-mużuri ħorox ta’ awsterità, l-ekonomija qiegħda tonqos.

 

L-istess ħaġa qiegħda tiġri fil-Portugall b’konsegwenza tal-miżuri ħorox ta’ awsterità li ddaħħlu.

 

Dawn il-pajjiżi ma rnexxielhomx jaqtgħu mid-dejn, anzi d-dejn pubbliku kiber.


Jidher ċar li l-politika tal-Unjoni Ewropea se ġġib riċessjoni ekonomika u l-qagħda finanzjarja se teħżien u mhux titjieb.

 

Fl-imgħoddi kienu jiftaħru li l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kienet se tkun l-aktar waħda dinamika u li tikber, fid-dinja. 

 

Issa, mhux ftehim hawn, iżda krib li l-Unjoni Ewropea tinsab fi kriżi ekonomika, u fl-istess ħin, fi kriżi finanzjarja wkoll.


L-Unjoni Ewropea qiegħda tittallab lill-pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Brażil, il-Ġappun, u pajjiżi oħrajn tal-Ażja, biex jagħtuha għajnuna biex tkun tista’ tegħleb il-kriżi.

 

Ma tantx jidher li dawn il-pajjiżi lesti jwiżnu lill-Unjoni Ewropea, għax jibżgħu li l-politika tal-Unjoni aktar qiegħda tmarradha milli tgħinha tirpilja.


Reċessjoni ekonomika fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea tfisser li Malta tesporta inqas lejhom u inqas turisti jiġu minnhom.


Sabiex nilqgħu għal dan il-kolp, irridu nżidu l-produzzjoni għas-suq lokali u nnaqqsu l-importazzjoni ta’ prodotti li nistgħu nipproduċu f’pajjiżna.


Jeħtieġ li nsibu swieq għall-prodotti tagħna f’pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, u niffokaw il-kampanja ta’ reklamar għat-turiżmu f’pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.


Fuq kollox, jeħtieġ li nabbandunaw il-politika diżastruża tal-Unjoni Ewropea billi nħaddmu n-nies, mhux innaqqsu l-impieg tagħhom.


Hemm bżonn li nitbiegħdu mit-triq tal-falliment tal-Unjoni Ewropea.

 

It-Trattat Fiskali tal-Unjoni Ewopea huwa suwiċidju politiku għall-Malta

 

Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu, fis-16 ta’ Diċembru, laqa’ l-istedina tal-President tal-Kunsill Ewropew, Van Rompuy, u ħatar tliet membri Parlamentari għall-Forum ta’ madwar 100 delegat li għandu jitwaqqaf aktarx sal-aħħar tas-sena, ħalli jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar it-Trattat Fiskali ġdid li qiegħed jiġi propost għas-17-il pajjiż taż-Żona Ewro u għal dawk mill-għaxar pajjiżi l-oħrajn tal-UE li ma daħħlux l-ewro u jridu jissieħbu fit-Trattat.

 

It-tliet Membri Parlamentari Ewropew li ntgħażlu huma l-Belġjan Guy Verhofstadt, il-Ġermaniż Elmar Brok u t-Taljan Roberto Gualtieri.


Il-Forum ta’ madwar 100 delegat li huwa mistenni jitwaqqaf mill-Kunsill Ewropew, għandu fih tliet delegati minn kull pajjiż tal-UE li jrid jissieħeb fit-Trattat Fiskali ġdid, tliet uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea, u tliet uffiċjali mill-Bank Ċentrali Ewropew, barra it-tliet Membri Parlamentari Ewropew li diġà ntgħażlu.

 

Jingħad li aktarx t-tliet delegati tal-pajjiżi membri tal-UE jkunu, wieħed mill-qasam politiku, ieħor rappreżentant legali u l-ieħor ekonomista.

 

Il-President tal-Kunsill Ewropew Van Rompuy għandu jkollu jassistuh fin-negozjati li jsiru fil-Forum, għadd ta’ uffiċjali teknokratiċi mqabbdin mill-Kunsill Ewropew.


Id-Delegati huma mistennija li jiltaqgħu f’Brussels kemm ikollhom bżonn ħalli jtemmu id-diskussjonijiet tagħhom dwar it-Trattat sal-aħħar ta’ Jannar li ġej.

 

Qiegħed jingħad li Thorius Wieser, uffiċjal fil-Ministeri tal-Finanzi tal-Awstrija, li bħalissa qiegħed imexxi l-working group tal-pajjiżi taż-Żona Ewro, se jipp­resiedi l-Forum.


Abbozz preliminari tat-Trattat jidher li diġà tħejja mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u għandu jitqassam lill-pajjiżi tal-UE (barra l-Ingilterra) din il-ġimgħa stess.

 

X'fih it-Trattat Fiskali

 

Għalkemm l-Abozz preliminari tat-Trattat Fiskali mhux magħruf, skont l-ittra li fis-7 ta’ Diċembru (lejliet il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE), il-Kanċillier Ġermaniż Merkel u l-President Franċiż Sarkozy bagħtu lill-President tal-Kunsill Ewropew Van Rompuy, it-Trattat Fiskali għandu joħloq qafas legali komuni ġdid li jippermetti progress mgħaġġel tar-regolamentazzjoni finanzjarja, tas-suq tax-xogħol, għall-konverġenza u l-armonizzazzjoni tal-bażi tal-intaxxar tal-kumpaniji, għall-politika ta’ appoġġ għat-tkabbir ekonomiku u l-aħjar użu tal-fondi Ewropej ta’ għajnuna għall-pajjiżi taż-Żona Ewro.

 

Merkel u Sarkozy ftaħru meta ntemmet il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni, li l-proposti tal-ittra tagħhom kienu ġew aċċettati.


Mill-komunikat uffiċjali li nħareġ fit-tmiem tal-laqgħa tat-8 u d-9 ta’ Diċembru, it-Trattat Fiskali ġdid għandu jorbot lil kull pajjiż li jaċċettah, li ma jkollux defiċit jew żbilanċ fil-baġit, ta’ aktar minn ċertu perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku, u li jdaħħal din ir-regola fil-kostituzzjoni tal-pajjiż.

 

Il-ġimgħa l-oħra fil-Parlament Portugiż, l-Oppożizzjoni ma tatx l-appoġġ tagħha biex issir emenda bħal din fil-Kostituzzjoni tal-Portugall.


It-Trattat għandu jgħid ukoll li jekk pajjiż jikser din ir-regola dwar id-defiċit, ikollu jħallas multa, u jkollu jiftiehem mal-Kummissjoni Ewropea kif fis-sena ta’ wara se jmexxi l-finanzi pubbliċi.

 

F’każ li pajjiż taż-Żona Ewro jaqbeż id-defeċit il-Kummissjoni Ewropea se jkollha aktar poteri biex tindaħal fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż.

 

Se tkun il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tiġġudika jekk pajjiż hux iħares r-regoli tal-Unjoni dwar id-defiċit.


Il-fond permanenti ta’ għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi f’diffikultajiet finanzjarji, il-Mekkaniżmu Ewropew għall-Istabbiltà, għandu jitwaqqaf f’Lulju, 2012, u l-pajjiżi jistgħu jintalbu li jżidu l-kontribuzzjonijiet kapitali tagħhom għall-Mekkaniżmu, u se jżidu l-kontribuzzjonijiet ta’ self lill-Fond Monetarju Internazzjonali, li għalih is-sehem tal-Bank Ċentrali ta’ Malta se jkun €250 miljun.

 

U sa Marzu 2012, il-President tal-Kunsill Ewropew Van Rompuy, irid iħejji rapport dwar kif għandha sseħħ malajr l-integrazzjoni finanzjarja tal-pajjiżi taż-Żona Ewro.

 

Kritika tal-ftehim fiskali

 

Għalkemm wara l-ftehim li ntlaħaq fil-laqgħa tat-8 u d-9 ta’ Diċembru, il-mexxejja tal-UE (barra l-Ingilterra) ftaħru li l-ftehim kien se jsolvi l-kriżi tal-ewro u se ssalvaha, ħafna analisti ekonomiċi u finanzjarji wrew li mhumiex konvinti li l-ftehim milħuq se jilħaq l-iskop li tinħatt il-muntanja ta’ dejn li l-pajjiżi ta’ l-UE għandhom.

 

Il-konsulent finanzjarju Alfred Mifsud, li għandu esperjenza kemm bankarja, kif ukoll tat-tmexxija ta’ ażjendi kummerċjali, fosthom il-Mid-Med Bank u l-Korporazzjoni TeleMalta, sejjaħ il-ftehim “another unworkable fudge” (ftehim bażwira li ma jaħdimx).


Alfred Mifsud isostni li l-ftehim ta’ unjoni fiskali ma jistax jaħdem għax il-qagħda finanzjara u ekonomika tal-pajjiżi taż-Żona Ewro mhumiex l-istess,
u l-unjoni fiskali tista’ sseħħ biss kieku d-djun tal-pajjiżi kollha kellhom jingħaddu flimkien u l-pajjiżi kollha jkunu responsabbli għalihom.

 

Iżda l-Ġermanja dan ma tridux u lanqas tista’ tagħmlu skont il-Kostituzzjoni tal-pajjiż.

 

Alfred Mifsud hu tal-opinjoni li l-pajjiżi li jkollhom idaħħlu miżuri ħorox ta’ awsterità, jispiċċaw biex ma jkunux jistgħu jkomplu jħaddnu dik il-politika dettata lilhom mill-UE.

 

Huwa jisħaq li ma tissolvix il-problema tad-dejn kbir jekk ma jkunx hemm tkabbir ekonomiku, u bl-awsterità ħarxa l-pajjiżi ma jistgħux ikabbru l-ekonomiji tagħhom biex ikunu jistgħu jnaqqsu d-dejn.

 

Hu jgħid ċar u tond li huwa favur ħafna d-dixxiplina fiskali, iżda jekk l-Unjoni Fiskali se tirrestrinġi xi taxxi l-Gvern ta’ Malta jkun jista’ jagħmel u mhux biss kemm jissellef u b’liema kundizzjonijiet ikun is-self, pajjiżna se jikkommetti “suwiċidju politiku”.

 

F’dak il-każ Alfred Mifsud jippreferi li l-Prim Ministru ta’ Malta jagħmel bħalma għamel il-Prim Ministru Ingliż Cameron u ma jorbotx lill-pajjiżna bit-Trattat ġdid tal-Unjoni Fiskali.

 

Il-ftehim fost il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea. Mhux fl-interess ta’ pajjiżna

 

Wara l-laqgħa tat-8 u d-9 ta’ Diċembru f’Brussels tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Gonzi ġie glorjuż u trijonfanti jiftaħar li l-ftehim li ntlaħaq kien tajjeb ħafna għal pajjiżna, għax bi tbatija kbira min-naħa tiegħu, irnexxielu jħares l-interessi ta’ Malta billi fil-komunikat finali li nħareġ wara l-laqgħa, ma ssemmewx li t-taxxi tal-pajjiżi kollha fuq il-kumpaniji se jkunu armonizzati, u lanqas is-servizzi finanzjarji mhu se jiġu ntaxxati.

 

Jekk Gonzi kien qed jemmen verament dak li qal, ma jafx sewwa x’sar fil-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni.


Aktarx iżda jaf sewwa x’sar, u allura huwa ried iqarraq bil-poplu.

 

Għax il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni qabdet lil Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew ħalli jħejji rapport dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi fuq il-kumpaniji fil-qafas tal-unjoni fiskali li ġiet miftehma.


U l-ftehim li ntlaħaq fil-laqgħa tant jimplika li se jintlaqtu s-servizzi finanzjarji, li ma ntlaqgħetx it-talba tal-Prim Ministru Ingliż biex l-Ingilterra tkun eskluża mill-ftehim fiskali fejn jolqot is-servizzi finanzjarji.

 

Minħabba dan, Cameron ma aċċettax li jsir trattat ġdid għall-Unjoni Ewropea kollha, u se jsir trattat bejn il-pajjiżi taż-Żona Ewro biss, li fih jistgħu jissieħbu min irid mill-għaxar pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni li ma daħħlux l-ewro.


Sabiex żgur ikun ikkonfermat li l-ftehim fiskali miftiehem għall-pajjiżi taż-Żona Ewro, nkluża Malta, se jolqot is-servizzi finanzjarji, Olli Rehn, il-Kummissarju Ewropew tal-Finanzi, iddikjara li allavolja l-Ingilterra mhux se tintrabat bit-Trattat Fiskali, xorta waħda s-servizzi finanzjarji tagħha se jintlaqtu bir-regolamentazzjoni li se ssir tas-servizzi finanzjarji.

 

Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, kellu wkoll l-istess opinjoni.

 

Mhux fl-interess ta' pajjizna

 

Mhux fl-interess ta’ pajjiżna li t-taxxa fuq il-kumpaniji f’Malta tkun l-istess bħal dawk tal-pajjiżi oħra taż-Żona Ewro, għax pajjiżna jitlef l-inċentiv li għandu li jattira l-investimenti ta’ kumpaniji barranin li jiġu jirreġistraw f’Malta.

 

Lanqas ma huwa fl-interess ta’ pajjiżna li s-servizzi finanzjarji f’Malta jkunu intaxxati jekk fl-istess waqt ma jkunux intaxxati l-istess s-servizzi finanzjarji fil-pajjiżi kollha tad-dinja.


Għax jekk ma jkunux intaxxati f’pajjiżi oħrajn, kif ikunu intaxxati f’Malta, pajjiżna jitlef is-suq tagħhom għax huma jibdew ifittxu li jsiru fil-pajjiżi li ma jintaxxahomx.

 

Pajjiżna jitlef miljuni kbar ta’ ewro li qiegħed idaħħal kull sena mill-preżenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji bar­ranin li hawn f’Malta.


Għaldaqstant il-Parlament Malti naqas li jħares l-interessi nazzjonali tal-poplu meta għaġġel biex japprova l-ftehim li l-Prim Ministru aċċetta fil-laqgħa tat-8 u d-9 ta’ Diċembru f’Brussels tal-mexxejja tal-pajjiżi taż-Żona Ewro.

 

Il-Parlament Malti jmissu stenna li jixxandar it-Trattat li l-Unjoni Ewropea qiegħda tfassal ħalli l-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jiflu sewwa t-tifsira korretta u l-implikazzjonijiet kollha tiegħu fuq il-qasam fiskali u finanzjarju ta’ Malta.

 

It-Trattat Fiskali

 

It-Trattat Fiskali ġdid għad irid jkun ratifikat mis-17-il pajjiż taż-Żona Ewro.

 

Xi pajjiżi, bħal l-Irlanda, diġà qegħdin jitkellmu dwar il-ħtieġa li jsir referendum biex it-Trattat ikun approvat mill-poplu.

 

F’Malta, il-Gvern għandu dritt li jgħaddi r-ratifika tat-Trattat mill-Parlament mingħajr ma jagħti l-opportunità lill-poplu Malti jgħid jaqbilx miegħu.


Id-Deputati Parlamentari Maltin għad baqgħalhom l-opporunità li jaqdu dmirhom lejn pajjiżhom u ma jivvotawx favur ir-ratifika tat-Trattat Fiskali ġdid, li barra li se jwassal biex Malta titlef il-vantaġġ tat-taxxa fuq il-kumpaniji barranin u se jhedded l-inċentivi li pajjiżna jagħti lis-servizzi finanzjarji li jikkontribwixxu ħafna għall-ekonomija Maltija, sejjer ukoll ixekkel it-tmexxija tal-pajjiż skont ir-rieda tal-maġġoranza demokratika tal-poplu Malti.

 

Sejjer ukoll jgħabbi lill-poplu b’piż finanzjarju ieħor ta’ €250 miljun li l-Bank Ċentrali ta’ Malta se jkollu jislef lill-Fond Monetarju Internazzjonali.

 

Il-Ħamis, 22 ta’ Diċembru, 2011

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ