MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea tnaqqsilna l-kompetittivita`
IL-KOMPETITTIVITA` ta' pajjiżna ssemmiet ħafna dan l-aħħar u ntqal li tlifna l-kompetittivita` tagħna kemm
* fl-industrija tat-turiżmu,
* fl-industrija tal-manifattura kif ukoll
* fl-industrija tas-servizzi.
Il-Gvern għafas fuq il-ħtieġa li tiżdied il-produttivita` biex intejbu l-kompetittivita` tagħna u qal li se jnaqqas minn din is-sena erba' ġranet mill-btajjel ta' l-impjegati u l-ħaddiema.
Is-sidien qablu mal-Gvern għax min-naħa tagħhom ma tnaqqsilhom xejn.
Anzi se jieħdu erbat ijiem xogħol mingħand il-ħaddiema u l-impjegati, mingħajr ma jħallsu għalihom.
Iżda s-sidien m'għandhomx id-diċenza li jgħidu lill-Gvern li biex tikber il-kompetittivita` ta' pajjjiżna, minbarra li tiżdied il-produttivita`, hemm bżonn li jitrażżnu l-ispejjeż u l-prezzijiet.
La s-sidien u lanqas il-Gvern ma jagħfsu fuq il-ħtieġa li jitrażżnu l-ispejjeż u l-prezzijiet, għax kemm il-Gvern kif ukoll is-sidien jafu li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, żdiedu l-ispejjeż u se jkomplu jiżdiedu u jogħlew il-prezzijiet u se jkomplu jogħlew.
Fl-istess ħin, il-ħaddiema u l-impjegati jafu li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea huma mistennija li min-naħa jnaqqsu mill-btajjel tagħhom u min-naħa l-oħra jġorru l-piżijiet ta' spejjeż aktar u ta' prezzijiet ogħla.
Il-ħaddiema u l-impjegati jafu wkoll li minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea,
* il-kundizzjonijiet tal-pensjonijiet se jeħżienu,
* is-servizzi soċjali li sal-lum jingħataw b'xejn, se jsiru bil-ħlas, u
* fil-qasam tat-tagħlim, se jidħol mill-ġdid il-prinċipju tal-ħlas u
* se jonqsu l-għajnuniet li jingħataw lill-istudenti.
Iż-żieda fl-ispejjeż u l-għoli tal-prezzijiet qegħdin inaqqsu l-kompetittivita` ta' pajjiżna għax qegħdin ikabbru l-ispejjeż fil-qasam turistiku u fl-oqsma tal-manifattura u tas-servizzi.
Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, la darba hija kaġun ta' żieda fil-prezzijiet u żieda fl-ispejjeż, hija kaġun tat-tnaqqis fil-kompetittivita` ta' pajjiżna.
Għalhekk mhux sewwa li l-Gvern u s-sidien jagħfsu fuq il-produttivita` u jinsew għal kollox it-trażżin ta' l-ispejjeż u tal-prezzijiet.
L-ispejjeż jonqsu jekk ma jkollniex inġorru l-ispejjeż li s-sħubija fl-Unjoni daħħlitna fihom.
Il-prezzijiet jonqsu kemm-il darba ma jkollniex inhallsu l-prezzijiet oghla kkagunati mis-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea.
It-taxxi li l-Unjoni Ewropea ggieghel lill-Gvern li jaghmel jgholli l-ispejjez.
It-tariffi li l-Unjoni Ewropea timponi fuq
* prodotti li nixtru minn barra l-Unjoni,
* iċ-ċereali,
* iz-zokkor,
* il-laħam aħmar u
* ħafna prodotti oħrajn,
* jgħollu l-prezzijiet tagħhom.
Dawn qegħdin inaqqsu l-kompetittivita` tagħna ħafna aktar mill-produttivita` baxxa tagħna.
Reviżjoni tal-politika Ewropea
FTIT tingħata pubbliċita' d-deċijoni li l-mexxejja tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ħadu fil-laqgħa tagħhom il-ġimgħa l-oħra li jirrevedu r-regoli finanzjarji ta' l-UE li jwaħħlu multa kbira lill-pajjiżi li fl-istimi tagħhom tas-sena, ikollhom żbilanċ ta' aktar minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku tagħhom.
L-UE kienet għamlet din ir-regola finanzjarja fl-1992 fil-laqgħa għolja ta' Maastricht u mponietha fuq kull pajjiż membru li jitlob li jissieħeb fl-Unjoni.
Minbarra l-fatt li ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni sabu li din ir-regola finanzjarja mhix aktar sostenibbli fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi tal-lum, huwa daqstant ieħor fatt li l-Unjoni għandha bżonn tirrevedi l-politika tagħha f'oqsma oħrajn jekk trid li ma jibqax aktar qgħad fil-pajjiżi membri tagħha, inkluża Malta.
Il-politika ta' l-UE li tneħħi l-kontroll minn fuq il-ħruġ barra l-Unjoni tal-kapital u l-politika tagħha li tneħħi r-restrizzjonijiet fuq id-dħul ta' prodotti tal-manifattura u tas-servizzi minn barra l-Unjoni, huma l-kaġun ewlieni tal-qgħad fl-Unjoni ta' miljuni ta' ħaddiema.
B'din il-politika tagħha, l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel l-investiment ġdid ta' kapital fil-pajjiżi barra l-Unjoni.
Aktar minn hekk, l-Unjoni qiegħda tħott impriżi li għandha u twaqqafhom f'pajjiżi oħrajn barra mill-Unjoni.
Għalhekk bil-politika tagħha, l-UE qiegħda tnaqqas ix-xogħol fil-pajjiżi membri u qiegħda toħnoq il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol għall-ħaddiema tagħha.
Anki l-politika ta' l-Unjoni dwar il-moviment ħieles bejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni tal-kapital u tal-prodotti u s-servizzi, qiegħda tkun kaġun ta' qgħad u tnaqqis ta' xogħol għal x'uħud mill-pajjiżi membri, speċjalment ghal Malta.
Kif l-Unjoni Ewropea issa fehmet li għandha tirrevedi l-politika finanzjarja tagħha, għandha tifhem ukoll li jeħtieġilha tirrevedi l-politika tagħha dwar il-moviment ħieles tal-kapital, tal-prodotti u tas-servizzi, jew għall-inqas għandha tħalli lill-pajjiżi membri, li bħal Malta qegħdin jitħarbtu minħabba din il-politika tagħha, li jirreveduha għalihom, skond il-ħtiħijiet u ċ-ċirkostanzi tagħhom.
Politika alternattiva għal dik ta' l-UE
WIEĦED mill-ifqar pajjiżi
fil-Karibew bejn l-Amerika ta' Fuq u l-Amerika t'Isfel, huwa Ħaiti, li għandu
popolazzjoni ta' madwar seba' miljun.
Ftit taż-żmien ilu kien
fl-aħbarijiet minħabba l-inkwiet intern fil-pajjiż u intervjenew
l-istati Uniti ta' l-Amerika.
Kuba mhix 'l bogħod ħafna minn Ħaiti.
Hija magħrufa għas-solidarjeta`
li toffri lill-pajjiżi fil-bzonn.
Eżempju ta' dan hija l-għajnuna
li tagħti lil Ħaiti.
Hemm 450 tabib Kuban li jagħtu s-servizz mediku lill-poplu fqir ta' Ħaiti.
Mentri hemm biss 50 tabib mill-pajjiżi kapitalisti industrijalizzati biex jgħinu lill-poplu ta' Ħaiti.
Il-pajjiżi kapitalisti industrijalizzati għandhom riżorsi finanzjarji kbar, iżda m'għandhomx il-minjiera ta' riżorsi umani li għandha Kuba.
Illum Kuba għandha numru fenominali - aktar minn 23,000 - f'tobba u f'tekniċi fil-qasam tal-kura tas-saħħa li qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom ta' solidarjeta` umanitarja f'mhux inqas minn 66 pajjiz barrani.
Il-kobor ta' din is-solidarjeta` internazzjonali tal-poplu Kuban jgħaġġeb lill-pajjiżi l-kbar u sinjuri ta' l-Unjoni Ewropea.
Mhux ta' b'xejn li dawn iħarsu lejn il-poplu Kuban li, minkejja l-għexieren ta' snin ta' sanzjonijiet ħarxa ekonomiċi u kummerċjali, qatt ma waqaf li jagħti l-għajnuna tiegħu lill-popli fil-bżonn.
L-UE tikkritika lil Kuba għax
ma tħaddimx il-politika ekonomika u kummerċjali neo-liberali.
Iżda fil-waqt li f'Kuba r-rata tal-qgħad hija ta' 2%, ir-rata ta' l-Unjoni Ewropea hija ta' 9%.
L-Unjoni Ewropea trid li l-pajjiżi membri tagħha jagħmlu kemm l-edukazzjoni, kif ukoll il-kura tas-saħħa bi ħlas, u mmexxija mill-privat.
F'Kuba, it-tagħlim, mill-iċken livell sa dak Universitarju, huwa b'xejn għal kulħadd u l-istess hija l-kura tas-saħħa li jipprovdilhom il-Gvern.
Il-politika edukattiva u l-politika soċjali ta' Kuba huma bil-maqlub ta' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, iżda kemm fit-tagħlim, kif ukoll fil-mediċina, Kuba mhix inferjuri għall-Unjoni Ewropea.
Biex l-UE tidher sabiħa
IL-MEMBRU Nazjonalista tal-Parlament Ewropew, Dr Simon Busuttil, qed ikompli fix-xogħol ta' propaganda favur l-Unjoni Ewropea li kien jagħmel meta kien imexxi ċ-Ċentru ta' l-Informazzjoni dwar l-Unjoni f'Malta (MIC).
Issa qed jagħmel ħiltu kollha biex jipprova juri lill-Unjoni f'dawl sabiħ, billi jagħtina x'nifhmu li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea tista' ġġibilna inqas taxxi, mhux aktar taxxi.
Xi żmien ilu huwa ħa sehem f'kampanja kontra t-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satellita, kien qal li kienet kontra l-prinċipju ta' l-Unjoni tal-moviment ħieles tas-servizz tal-komunikazzjoni.
Dwar it-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru, qed jgħid li hija kontra l-prinċipju ta' l-Unjoni tal-moviment ħieles tal-persuni.
B'dawn il-kruċjati, Dr
Busuttil qed jipprova jimpressjona lil x'uħud li l-Unjoni tista' tgħin
biex neħilsu minn ċerti taxxi.
Iżda l-verita` mhix hekk.
* Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea żidna u għad inżidu t-taxxi.
* Jekk twikkejna bl-Eco-Tax, din għamluha minħabba l-Unjoni.
* Jekk tgħabbejna bit-taxxa tal-VAT, anki fuq ħwejjeġ ta' l-ikel u l-mediċini, dan seħħ minħabba s-sħubija fl-UE.
* Jekk issa għamlulna t-taxxa fuq l-elettriku u d-dawl (is-'surcharge'), din kilniha minħabba l-liġi ta' l-Unjoni Ewropea.
Kontra dawn it-taxxi, Dr Busuttil ma tniffisx għax ġejjin fuqna minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.
Fuq kollox issa nafu li dak li l-Gvern irid joħdilna mit-taxxa tal-biljetti ta' l-ajru u li kien joħdilna mit-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satellita, il-Gvern xorta waħda jeħodhomna minn xi taxxi oħrajn li jagħmel minflokhom.
Dan qalu ċar u tond is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech lill-ġurnalist Karl Schembri.
Is-Segretarju Parlamentari qal li wieħed għandu dritt jiskrutinizza l-legalita` tat-taxxi li saru.
Iżda ħadd m'għandu jalludi ruħħu li jekk ikollhom ineħħu xi taxxi li għamlu, mhux xorta waħda jsiru taxxi oħrajn biex jinġabru l-istess flus li hemm bżonn jinġabru.
Fil-fatt kemm it-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru, kif ukoll it-taxxa fuq l-użu tal-'mobile phones', probabbilment saru biex il-Gvern jiġbor dak li tilef mit-tneħħijia tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satellita.
Iżda t-taxxi li l-Gvern jagħmel fuq l-ordnijiet ta' l-Unjoni Ewropea ma jinbidlux u Dr Busuttil jibqa' mutu dwarhom.
Iridu li l-Oppożizzjoni Laburista tagħmel 'u-turn'
IL-GVERN u dawk li bħalu jħarsu l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea aktar mill-interessi tal-poplu Malti, mhux kuntenti li l-maġġoranza sempliċi tal-Gvern fil-Parlament tapprova l-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni Ewropea.
Huma qegħdin jagħmlu pressjoni kbira fuq l-Oppozizzjoni Laburista biex din tkun kompliċi mal-Gvern fit-tradiment tal-Kostituzzjoni ta' Malta u r-ratifika tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ssir b'maġġoranza ta' aktar minn żewg terzi tad-deputati Parlamentari kollha.
Għax il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea jafu li la darba r-ratifika tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ma tkunx saret b'maġġoranza ta' żewġ terzi tad-deputati kollha, il-prinċipju li l-Kostituzzjoni Maltija hija suprema hawn Malta fuq kull liġi, anki jekk tkun saret mill-Unjoni, jibqa' sħiħ u jgħodd quddiem il-Qrati Maltin.
Il-Gvern u dawk bħalu li għalihom l-interessi ta' l-Unjoni huma aktar għeżież min dawk tal-poplu Malti, iridu li l-Oppożizzjoni Laburista tagħmel 'u-turn' dwar il-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel fis-16 ta' April 2003 ma' l-Unjoni.
L-Oppożizzjoni Laburista s-sena l-oħra ma vvotatx favur il-ftehim meta tressaq għar-ratifika fil-Parlament.
Issa dak il-ftehim kollu (minbarra d-Dikjarazzjoni dwar in-newtralita`) se jerġa' jitressaq fil-Parlament għax jifforma parti mill-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni Ewropea.
Għalhekk jekk l-Oppożizzjoni Laburista tivvota favur, tkun qiegħda tivvota favur il-ftehim li s-sena l-oħra vvotat kontrih.
Il-Gvern irid li l-Oppozizzjoni Laburista tivvota miegħu dwar il-Kostituzzjoni ta' l-UE, kemm għax irid ikisser is-supremazija tal-Kostituzzjoni Maltija magħmula bis-saħħa tal-Gvern Laburista, kif ukoll biex ikun jista' jgħajjar lill-Partit Laburista b'u-turn' politiku.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 22 ta' Diċembru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ..................................................
ID Numru...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ