MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Relazzjonijiet industrijali fl-UE
Pajjiżi
kbar ta’ l-Unjoni Ewropea – il-Ġermanja, Franza u l-Italja – il-ġimgħa
l-oħra spiċċaw ipparalizzati bi strajks ta’ miljuni ta’
ħaddiema.
Fil-ġimgħat
ta’ qabel, seħħew ħafna strajks oħrajn f’aktar pajjiżi
ta’ l-UE, fosthom il-Greċja, il-Portugall, l-Ungerija u l-Isvezja.
Dawn l-istrajks kollha jixhdu li l-Unjoni Ewropea ma tiżgurax
relazzjonijiet industrijali mingħajr inkwiet, u lanqas li l-ħaddiema
jiksbu d-drittijiet tagħhom mingħajr ma jkollhom jieqfu minn xogħolhom.
F’ħafna
każi l-ħaddiema jkollhom jieqfu mix-xogħol mhux biex jiksbu pagi
ogħla jew benefiċċji ġodda, iżda biex ma jitilfux
mill-benefiċċji li għandhom u biex ma jonqsilhomx id-dħul
tagħhom jew jiddgħajfulhom il-pensjonijiet li għandhom dritt għalihom.
Dan barra meta l-ħaddiema jipprotestaw kontra t-telfien ta’ l-impjieg tagħhom
għax l-impriżi jew jonqsilhom ix-xogħol jew ikollhom jagħlqu
għal kollox.
F’dan ix-xenarju ta’ inkwiet industrijali mifrux fl-Unjoni Ewropea, jinstemgħu
vojta u foloz dawk il-Maltin propagandisti ta’ l-Unjoni (sfortunatament
fosthom anke xi trejdunjonisti) li jiftaħru li l-ħaddiema Maltin jistgħu
jserrħu rashom bl-Unjoni Ewropea.
Il-verità li tnikket hija li fl-UE minoranza ta’ ħaddiema jgawdu u
jmorru tajjeb, fil-waqt li l-maġġoranza kbira hija mhedda minn telfien
ta’ l-impjieg, jew tnaqqis tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,
jew fil-pensjonijiet.
Dawn l-istrajks kollha fl-UE għandhom jgħallmuna wkoll ħwejjeġ oħrajn f’pajjiżna.
L-Unjoni, bil-maqlub ta’ dak li jiġri f’pajjiżna, ma tqisx l-istrajks la bħala theddida għad-demokrazija u lanqas bħala azzjonijiet ta’ partiġġjaniżmu politiku.
Tqishom
bħala azzjonijiet leġittimi normali f’pajjiżi demokratiċi
u t-trejdunjins għandhom ikollhom kull dritt li jorganizzawhom, anke jekk
jistgħu ma jsirux għar-raġunijiet ġustifikati.
Għalhekk ir-reazzjoni ostili f’pajjiżna għall-istrajks hija
ta’ theddida għad-demokrazija industrijali u mhux li huma ta’ theddid għad-demokrazija
politika.
Għandna nieħdu tagħlima oħra minn dak li jseħħ f’pajjiżi Ewropej oħrajn fir-rigward ta’ strajks.
Waqt strajks, għandhom jintensifikaw id-diskussjonijiet u n-negozjati bejn it-trejdunjins u s-sidien jew il-gvernijiet, u mhux jieqfu (kif jiġri f’pajjiżna) sakemm jieqfu l-azzjonijiet mill-ħaddiema.
Kieku
n-naħat f’tilwim ta’ xogħol jiddiskutu u jinnegozjaw waqt strajks,
kieku jintlaħqu ftehim f’iqsar żmien u l-istrajks ikunu ħafna
iqsar, għall-ġid tan-naħat kollha u għall-pubbliku li jġarrab
tbatija bl-istrajks.
Għajnuna
lill-impriżi Ewropej
L-Unjoni
Ewropea ma tħallix lill-Gvern Malti jagħti għajnuna finanzjarja
lill-impriżi biex ikunu jistgħu jżommu fl-impjieg lill-ħaddiema,
iżda ma żżommx lill-Gvern milli jagħti l-“unemployment
benefit” lill-ħaddiema meta jingħataw is-sensja.
Din
hija politika ħażina moralment u ta’ ħsara ekonomikament, speċjalment
fil-każ ta’ impriżi li jesportaw il-prodotti tagħhom jew ibiegħu
s-servizzi tagħhom lill-barranin.
Biex nifhmu kemm il-politika ta’ l-UE hija ta’ ħsara ekonomikament, nieħdu
eżempju ta’ ħaddiem f’impriża li taħdem għall-barranin,
u li għandu paga ta’ Lm100 fil-ġimgħa.
Jekk l-impriża ma tkunx tiflaħ tħallas aktar dik il-paga u għalhekk
tkeċċi lill-ħaddiem, il-Gvern jieqaf jirċievi
l-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali kemm ta’ l-‘employer’ kif ukoll
tal-ħaddiem, li jlaħħqu Lm20 fil-ġimgħa.
Minflok,
il-Gvern jibda jħallas lill-ħaddiem mat-Lm30 fil-ġimgħa
f’benefiċċju tal-qgħad.
Li kieku l-Gvern, flok iħallas Lm30 f’benefiċċju tal-qgħad
lill-ħaddiem, jagħti għajnuna ta’ Lm30 lill-impriża, u din
b’dik l-għajnuna tkun tista’ tkompli tħallas lill-ħaddiem
il-paga ta’ Lm100 fil-ġimgħa, hija ma tkeċċix lill-ħaddiem,
u bix-xogħol li jibqa’ jagħti hu, l-impriża ddaħħal
mingħand il-barranin li lilhom tbiegħ il-prodotti jew is-servizzi tagħha,
id-differenza fil-paga ta’ Lm70.
Iżda jekk dan iseħħ, il-Gvern, għat-Lm30 li huwa jkun ta
f’għajnuna lill-impriża, idaħħal lura Lm20
f’kontribuzzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali mingħand l-impriża u
mingħand il-ħaddiema li jkun baqa’ fl-impjieg tiegħu.
B’dan
il-mod il-Gvern ikun qiegħed ibati Lm10 fil-ġimgħa, minflok Lm30
fil-ġimgħa fir-rigward ta’ dak il-ħaddiem, u l-pajjiż
jibqa’ jdaħħal mingħand il-barranin Lm70 fil-ġimgħa,
u l-ħaddiem jibqa’ jonfoq fl-ekonomija tal-pajjiż Lm90 fil-ġimgħa
(il-paga nieqsa l-bolla).
Fil-każ ta’ impriża li tbiegħ il-prodotti jew is-servizzi tagħha
lill-barranin, li tkun tħaddem 1,700 ħaddiema li jkollhom medja ta’
Lm100 paga fil-ġimgħa, bl-istess kalkolu li għamilna fil-każ
ta’ ħaddiem wieħed, jekk il-ħaddiema jiġu qgħeda,
l-ispiża tal-Gvern titla’ għal Lm2,652,000 fis-sena f’benefiċċju
tal-qgħad, filwaqt li l-Gvern jispiċċa jbati biss Lm884,000
fis-sena jekk jagħti lill-impriża għajnuna ta’ Lm30 fil-ġimgħa
għal kull ħaddiem li jibqa’ fl-impjieg.
U jekk jiġri dan, il-pajjiż jibqa’ jdaħħal mingħand
il-barranin, għax-xogħol mogħti mill-1,700 ħaddiema
Lm7,072,000 fis-sena, u l-ħaddiema jonfqu Lm7,956,000 fis-sena (il-pagi
neqsin il-bolla) fis-suq Malti.
Dan il-gwadann ekonomiku kollu jintilef meta l-Gvern iħaddem il-politika
ta’ l-Unjoni li ma jagħtix għajnuna lill-impriżi.
L-UE
fi kriżi morali u politika
Il-kredu ta’ l-UE hu s-suq ħieles u għas-suq ħieles tissagrifika l-impjiegi u d-dinjità tal-ħaddiema.
I
żda l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament
Ewropew instema’ leħen li sfida dan il-kredu ekonomiku Ewropew.
Kien il-President Franċiż Nicolas Sarkozy li
indirizza laqgħa plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg.
Lill-Membri Parlamentari Ewropej, Sarkozy qalilhom li l-UE tinsab fi kriżi
morali u politika, bla ma taf x’inhuma l-għanijiet u r-raġunijiet
tad-deċiżjonijiet li hija trid tieħu.
Għalhekk hu kien ippropona li jitwaqqaf kumitat ta’ “għorrief”
(nies ta’ esperjenza) biex jiddiskutu ’l fejn għandha timxi l-Ewropa
fil-kriżi profonda maħluqa mill-globalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni
dinjin.
Sarkozy ilmenta li l-Unjoni qiegħda tagħmel l-iżball li tqis li
l-valuri ekonomiċi huma kollox fil-ħajja u mhux qiegħda tagħti
każ il-valuri kulturali.
Huwa jemmen li l-Ewropa tkun stmata fid-dinja jekk
jarawha tħares il-valuri spiritwali u l-valuri taċ-ċiviltà, u
jekk tiddefendi bil-qawwa kollha tagħha l-valuri taċ-ċiviltajiet
u kulturi diversi.
Iżda Sarkozy saħaq fit-tul fid-diskors tiegħu dwar il-protezzjoni
li għandha tingħata lill-kummerċ u l-industrija tal-pajjiżi
Ewropej.
Hu qal li mhux sewwa li ma titħaddimx politika
ta’ protezzjoni għas-swieq ta’ l-UE, għax kif pajjiżi oħrajn
jipproteġu l-interessi tagħhom, il-pajjiżi ta’ l-UE għandhom
ukoll jipproteġu s-swieq u l-industriji tagħhom.
Il-kelliem staqsa għaliex pajjiżi oħrajn għandhom dritt ma jħallux
importazzjoni ta’ prodotti li jifqgħu s-swieq tagħhom u jeqirdulhom
l-industrija u l-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhomx id-dritt
jagħmlu l-istess?
Staqsa jekk pajjiżi oħrajn iħarsu l-biedja tagħhom, għaliex
l-UE m’għandhiex tħares lill-bdiewa tagħha?
Il-President Franċiż sostna li għalkemm l-UE għandha tkun marbuta mal-prinċipji tal-kompetizzjoni tas-suq, m’għandhiex tagħmel kredu mill-kompetizzjoni tas-suq.
Huwa
ssokta jgħid li għalkemm l-Unjoni għażlet li tħaddan
politika ta’ ekonomija tas-suq u l-kapitaliżmu, dan m’għandux
ifisser kapitaliżmu mingħajr rażan.
Il-membri tal-Parlament Ewropew ċapċpu kemm felħu għall-kliem
ta’ Sarkozy.
Iżda għalina f’Malta, dan mhux biżżejjed jekk ma
nipprattikawhx fil-politika tagħna, kif konna nagħmlu fl-imgħoddi
meta l-Perit Mintoff ħaddem l-istess politika li llum Sarkozy qed
jippriedka, meta ta l-għajnuna sħiħa u l-protezzjoni kollha
lill-industrija u lis-suq tal-prodotti Maltin.
Aktar
tagħrif dwar l-UE…
Press
releases
L-UE m’hijiex nieqsa mill-istqarrijiet li tagħmel lill-pubbliku kuljum.

Eżempju
ta’ dan nieħdu kemm ħarġet ’press releases’ il-Kummissjoni
Ewropea s-sena l-oħra.
Is-sena l-oħra l-Kummissjoni ħarġet 1,907 ’press releases’,
mhux biex tagħti tagœrif, iżda wkoll biex tiġġustifika l-ħidma
tagħha u ta’ l-Unjoni, u biex turi għaliex il-ħidma saret
mill-Unjoni u mhux mill-istati membri.
Minbarra n-numru esaġerat ta’ ’press releases’ li l-Kummissjoni
Ewropea toħroġ, ta’ min iqis ukoll il-ħin twil ħafna li
jittieħed biex jinkitbu.
Għax
biex jitlesta t-text finali li jixxandar tal-’press release’, irid jieħu
ħafna żmien u jgħaddi minn ħafna jdejn ta’ esperti f’ħafna
dipartimenti tal-Kummissjoni u ta’ ħafna konsulenti politiċi.
Studju li sar tal-’press releases’ tal-Kummissjoni isemmi każ fejn
inkitbu 15-il verżjoni ta’ ’press release’ qabel ma ġiet maqbula
dik finali li xxandret.
B’danakollu,
aktarx li l-’press releases’ li l-Kummissjoni tispiċċa toħroġ,
ikunu miktubin b’mod li ma tantx iġiegħlek taqrahom, u kultant,
lanqas tant jinftehmu.
Immigranti
illegali
L-immigrazzjoni
lejn il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea saret issa qasam li l-Unjoni għandha
s-setgħat li tiddeċiedi l-politika tiegħu.
Dak
li qed iseħħ f’pajjiżna dwar l-immigranti illegali huwa għalhekk
konsegwenza tal-politika u tar-regolamenti ta’ l-Unjoni dwarhom.
Iżda mhix magħrufa l-qagħda eżatta ta’ l-immigranti
illegali f’pajjiżna, għax qatt ma jingħata tagħrif sħiħ
dwarha.
L-aħħar
tagħrif li xxandar fil-ġurnali jqanqal ħafna mistoqsijiet.
Skond il-Gvern bħalissa hemm 1,700 immigranti illegali miżmumin fiċ-ċentri
ta’ detenzjoni, fil-waqt li hemm 2,106 li joqogħdu fiċ-ċentri
miftuħin governattivi u ta’ għaqdiet volontarji.
Dawn
flimkien iġibu 3,806 immigranti illegali.
Iżda skond il-Gvern, mill-2002 ’l hawn, ġew 7,000 immigranti
illegali f’pajjiżna.
Dan ifisser li hemm ’il fuq minn 3,000 immigranti illegali li la huma fiċ-ċentri maqfulin u lanqas m’huma fiċ-ċentri miftuħin.
Ħadd ma jaf jagħti tifsira ta’ dan il-fatt inkwetanti għalina, iżda ma jidhirx li jinkwieta.
L-Unjoni Ewropea taf bih u ma tgħid xejn dwaru,
bit-tama li dawn l-eluf ta’ immigranti illegali b’xi mod jintegraw fis-soċjetà
Maltija.
Għalkemm l-immigranti illegali jridu jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn
ta’ l-Unjoni, din ma tħalliniex ngħinuhom jagħmlu dan.
L-Unjoni tagħraf li dawn l-immigranti illegali huma problema tagħha, iżda ma tridx tagħraf ir-responsabbiltà li għandha li ma tħalliniex inġorru l-piż tagħhom meta pajjiżna ma jiflaħx għalih.
Il-Ħamis, 22 ta' Novembru, 2007.
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ