MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

L-UE kontra t-twemmin soċjali tagħna

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Il-politika tal-Unjoni Ewropea hi bil-maqlub tat-tagħlim soċjali Nisrani u t-twemmin Laburista.

 

Filwaqt li dan it-tagħlim u t-twemmin jisħaq li jingħataw għajnuna,

* l-ewwel dawk in-nies li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna u min għandu l-inqas mezzi,

* il-politika tal-Unjoni Ewropea tiffavorixxi l-aktar lis-setturi għoljin tas-soċjetà.

 

Lil dawn,

* l-Unjoni Ewropea tkompli tgħinhom jikbru,

* waqt li lil min għandu ftit jew m’għandu xejn,

* tkompli tfaqqarhom.


Il-politika anti-soċjali tal-Unjoni Ewropea qiegħda tintwera mill-mod kif l-Unjoni Ewropea qiegħda tipprova ssolvi l-problema tad-djun kbar li l-pajjiżi membri għandhom.


Minflok daret fuq dawk li jistgħu l-aktar           

* biex tiġbor aktar taxxi minn għandhom          

* biex bid-dħul mit-taxxi jinqata’ d-dejn,           

* l-Unjoni Ewropea                                              

* daret fuq il-ħaddiema,                                      

* l-impjegati,                                                        

* il-pensjonanti                                                    

* u dawk li jgħixu bl-għajuna soċjali                   

* u qiegħda tnaqqas l-infiq billi tkeċċi l-impjieg,

* taqta’ l-pagi u s-salarji,                                    

* tbaxxi l-pensjonijiet,                                         

* u tnaqqas il-benefiċċji soċjali.                          

 

Il-miżuri ta’ awsterità li l-Unjoni Ewropea għandha maħsubin biex jiżdied fit-taxxa tal-VAT tgħakkes aktar lil dawk li l-inqas jistgħu, għax toħodilhom parti akbar minn dak li jonfqu għall-għajxien tagħhom, li huwa kulma jdaħħlu.

 

Filwaqt li dawk li jdaħħlu aktar milli jonfqu għall-ħajja, iż-żieda fit-taxxa tal-VAT li jħallsu, tnaqqsilhom minn dak li jkun fadal wara li jonfqu dak li jridu għall-ħajja.


It-tagħlim soċjali Nisrani u t-twemmin Laburista ma jistax jaqbel mal-politika anti-soċjali tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri tagħha ta’ awsterità li qegħdin jgħakksu lil dawk li t-tagħlim soċjali Nisrani u t-twemmin Laburista jrid li jgħin l-aktar.

 

Għandna nistaqsu lill-Unjoni Ewropea, x’miżuri ta’ awsterità adottat hi biex tnaqqas l-infiq tagħha?

 

M’għandniex għalxiex nistennew tweġiba, għax it-tweġiba hi magħrufa minn kulħadd.


L-Unjoni Ewropea mhix qiegħda tnaqqas l-infiq tagħha

* u mhi qiegħda tapplika ebda miżuri ta’ awsterità

* għall-istituzzjonijiet,

* għall-Kummissarji,

* għall-membri tal-Parlament

* u għall-eluf ta’ uffiċjali

* u impjegati tagħha.

 

Naghzlu politika ohra

 

M’għandniex inkomplu naċċettaw il-politika tal-Unjoni Ewropea li ma tat l-ebda kas ta’ kemm hemm qgħad fil-pajjiż u ssostni li l-impjiegi għandhom jieħdu ħsiebhom biss il-forzi tas-suq ħieles u l-ekonomija.

 

Aħna għandna nipprattikaw t-twemmin soċjali               

* li jgħid li huwa dmir tas-soċjetà ċivili                          

* li tiżgura li kulħadd jgħix skont id-dinjità tal-bniedem

* u li dan l-għan jista’ jintlaħaq biss                               

* jekk kulħadd ikollu xogħol li jirrendilu dħul                

* li jippermetti għajxien diċenti għall-familja.                


L-Unjoni Ewropea ma temminx b’xogħol għal kulħadd

* u għalhekk taċċetta li jintefqu l-biljuni għal ħafna skopijiet

* iżda mhux biex jitħaddmu l-miljuni li huma qegħdin bla xogħol fil-pajjiżi tagħha.

 

Huwa kontra t-twemmin soċjali tagħna                                       

* li l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ li jingħataw il-biljuni lill-banek

* u l-istituzzjonijiet finanzjarji                                                   

* u li l-pajjiżi membri jonfqu l-biljuni fuq armamenti militari, 

* iżda ma tridx li joħorġu l-miljuni biex iħaddmu n-nies.         

 

Aħna nsostnu li l-Unjoni Ewropea tista’,

* għandha,

* b’nofs kwart tal-ammont ta’ biljuni

* li ngħataw lill-banek

* u l-istituzzjonijiet finanzjarji,

* u li l-Unjoni Ewropea ġagħlet

* lill-pajjiżi membri biex joħorġu

* biex jitħallas id-dejn tal-Greċja

* u biex jagħmlu tajjeb għad-djun

* ta’ pajjiżi oħrajn li jkunu fil-qagħda tal-Greċja,

* u biex l-ewro ma tmurx lura,

* tipprovdi xogħol għall-miljuni kollha

* li jinsabu bla xogħol fil-pajjiżi membri.

 

Dan it-twemmin ta’ xogħol għal kulħadd għandna nħaddmuh qabel xejn f’pajjiżna.

 

Jekk nagħmlu dan, inkunu solvejna parti kbira mill-kwistjoni soċjali li tifni lis-soċjetà ċivili Maltija.

 

Twemmin socjali iehor

 

 

Minbarra l-fattur tan-nuqqas ta’ xogħol,

* fatturi oħrajn li qegħdin ikabbru l-kwistjoni soċjali f’pajjiżna

* u f’ħafna pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea,

* huma l-paga minima baxxa,

* il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali żgħar

* li ma jippermettux għajxien diċenti lil ħafna familji.

 

Kull meta togħla l-ħajja

* u l-‘minimum wage’,

* il-pensjonijiet

* u l-benefiċċji soċjali

* ma jiżdidux daqs kemm togħla l-ħajja,

* il-livell tal-għajxien tal-familji li jridu jgħaddu bihom, jitbaxxa.


Dan qed iseħħ kważi fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

 

F’pajjiżna,                                                                              

* il-miżuri ta’ awsterità maqbulin mal-Unjoni Ewropea

* ssarrfu fit-tneħħija tas-sussidji għas-servizzi essenzjali

* tad-dawl, tal-ilma,

* tal-gass u tal-pitrolju,

*  mingħajr mal-‘minimum wage’,

* il-pensjonijiet

* u l-benefiċċji soċjali

* żdiedu biex ipattu għaż-żieda fil-prezz

* ta’ dawn is-servizzi essenzjali.


B’konsegwenza ta’ dan, eluf ta’ familji ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja u qegħdin resqin lejn il-faqar.

 

Aktar u aktar resqin lejn il-faqar dawk il-familji li kellhom żieda kbira fil-kera, għax l-Unjoni Ewropea ġiegħlet lill-Gvern jillibera l-kirjiet billi jneħħi l-kontroll fuq il-kera.


Minkejja dak kollu li l-Unjoni Ewropea tgħid biex l-infiq soċjali jitrażżan,

* għandna d-dmir soċjali li nżidu l-‘minimum wage’,                                 

* il-pensjonijiet                                                                                            

* u l-benefiċċji soċjali żgħar                                                                        

* skont ma togħla l-ħajja.                                                                            


L-Unjoni Ewropea trid li dawn jitrażżnu,                                    

* iżda ma tridx li jitrażżnu l-prezzijiet u l-profitti,                   

* għax tgħid li dawn għandhom ikunu riżultat tas-suq ħieles.


Għalhekk it-twemmin soċjali tagħna ma jaqbilx mal-politika soċjali tal-Unjoni Ewropea li ma tipproteġġix lil min l-aktar jeħtieġ għajnuna, iżda tipproteġi l-interessi ta’ min huwa diġà b’saħħtu fis-soċjetà.
 

L-awsterità ma tgħoddx għall-Gvern u għall-Unjoni Ewropea

 

minn Kampanja Helsien Nazzjonali

 

Ghall-Unjoni Ewropea m’hemmx awsterità.

 

L-UE mhux qiegħda tnaqqas l-ispejjeż tagħha, iżda qegħda żżidhom.


Fis-sena d-dieħla, l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-UE se jiżdiedu b’4.4% u se jilħqu €8.3 biljun.


Waqt li l-pajjiżi membri tal-UE qegħdin inaqqsu l-pensjonijiet,

* l-infiq fuq il-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE                           

* se jiżdied is-sena d-dieħla b’6.9%                                         

* u se jitla’ għal total ta’ €1.275 biljun.                                    

L-ispiża tal-iskola primarja u sekondarja b’xejn għat-tfal tal-impjegati tal-UE se tiżdied bi 12.5%, għas-somma ta’ €174 miljun fis-sena.


Waqt li li l-pajjiżi membri jieħdu miżuri ta’ awsterità,

* il-Bank Ċentrali tal-UE wissa lill-Gvern Rumen

* biex ma jkunx hemm tnaqqis fis-salarji

* tal-impjegati tal-Bank Ċentrali Rumen.

Il-Bank Ċentrali tal-UE qiegħed jibni uffiċċji ġodda fi Frankfurt, li huma stmati li se jiswew mas-€620 miljun.


Is-sena l-oħra l-Parlament Ewropew                                     

* nefaq €2.3 miljun biex jirranġa ċ-ċentru tal-isport tiegħu,

* u nefaq €4.3 miljun biex ħejja ċentru ġdid għal viżitaturi, 

* meta diġà jeżisti ċentru ieħor għalihom.                            


L-ispiża totali tal-Parlament Ewropew se tlaħħaq €1.6 biljun din is-sena.

 

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tinsisti li s-salarji tal-uffiċjali tal-UE jogħlew bi 3.7% li tfisser nefqa oħra ta’ €14.7 miljun fit-total tas-salarji għal din is-sena.


L-uffiċċji ġodda tal-Presidenza tal-UE mwaqqaf bit-Trattat ta’ Lisbona se jfisser infiq ta’ madwar €17 miljun fis-sena.

 

F’Malta, il-Gvern jgħid li m’hawnx miżuri ta’ awsterità.

 

Iżda l-UE qiegħda tinsisti li jonqos l-infieq tal-Gvern fil-qasam soċjali u fl-edukazzjoni.

 

Min-naħa tiegħu l-Gvern diġà daħħal miżuri li laqtu ħażin lill-poplu,

* bħalma huma t-tneħħija tas-sussidji                                               

* fil-każ tas-servizzi tad-dawl,                                                            

* tal-ilma,                                                                                            

* tal-pitrolju u tal-gass,                                                                      

* u għalhekk dawn is-servizzi essenzjali kollha għolew                   

* u l-infiq tal-Gvern fuqhom naqas.                                                   


Fl-indistrija privata l-miżuri ta’ awsterità

* qegħdin jittieħdu mingħajr ħafna pubbliċità,

* bħal fil-każ ta’ ST Electronics,

* li barra li naqset in-nies bil-mijiet,

* issa trid li l-impjegati ġodda jitħallsu bil-‘minimum wage’,

* meta din il-kumpanija kienet magħrufa bħala l-aktar li tħallas pagi u salarji għoljin.


Mit-Tarzna spiċċaw 1,700 ħaddiem u għalqet wara pjan ta’ ristrutturar.

 

Issa jmiss lill-Air Malta biex tibda pjan ta’ ristrutturar, li jfisser miżuri ta’ awsterità għall-ħaddiema u l-impjegati tagħha.


Iżda l-Gvern ma jadottax miżuri ta’ awsterità għalih, u qiegħed jaġixxi l-istess bħall-UE.

 

Qiegħed iżid l-infiq tiegħu mingħajr bżonn.

 

Eżempju ta’ dan l-abbuż hu l-infiq li qiegħed isir fuq numru ta’ Assistenti Parlamentari li nħatru dan l-aħħar biex jitrażżan l-inkwiet li l-Gvern għandu internament.


Eżempji oħra ta’ nfiq ta’ flus li mhux ġustifikat                   

* fiċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-pajjiż illum                           

* huma l-miljuni li se jintefqu fuq il-proġetti f’Bieb il-Belt,

* l-aktar il-bini bla ħtieġa ta’ Parlament ġdid,                    

* kif ukoll in-nefqa skandaluża u bla bżonn                        

* tal-Corporate Village fl-Imrieħel.                                     


Għall-Gvern u għall-Unjoni Ewropea m’hemmx awsterità,

* iżda għall-ħaddiem,                                                           

* l-impjegati,                                                                        

* il-pensjonati                                                                      

* u dawk li jgħixu bl-għajnuna soċjali hemm,                     

* għax huma se jkollhom jagħmlu tajjeb                            

* għall-kapriċċi u l-ħela tal-Gvern                                      

* u l-Unjoni Ewropea.                                                          

 

Xi trid l-UE mill-pensjonijiet

 

L-unjoni Ewropea tgħid li l-qasam tal-pensjonijiet huma responsabbli għalih il-Gvernijiet tal-pajjiżi membri u mhux l-Unjoni.

 

Iżda xorta waħda l-UE qiegħda kontinwament tisħaq li l-pajjiżi membri għandhom jieħdu passi minnufih biex jilqgħu għal-problema li se jkollhom fis-snin li ġejjin ta’ numru inqas ta’ nies li jaħdmu li bil-ħlas mill-paga u s-salarji tagħhom iridu jagħmlu tajjeb għan-nefqa tal-pensjonijet lil numru dejjem jikber ta’ pensjonanti.

Fl-2006, il-Kunsill tal-UE ddiskuta r-riformi li l-pajjiżi membri jeħtieġ li jagħmlu fis-sistemi tal-pensjonijiet.

 

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Kummissjoni Ewropea xandret rapport (Green Paper) li kien juri x’miżuri kellhom jittieħdu biex il-pajjiżi tal-UE jkollhom sistemi ta’ pensjonijet li jkunu b’saħħithom billi jkun hemm fondi finanzjarji biex isostnu l-ispiża tal-ħlas tal-pensjonijet.

 

Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea ħares lejn is-sitwazzjoni tal-pensjonijiet fil-pajjiżi tal-UE, fosthom Malta.


Kien hemm żmien meta għal kull persuna li tieħu pensjoni kien hemm erba’ persuni li qegħdin jaħdmu u jħallsu l-kontribuzzjonijet, iżda llum dan naqas.

 

Dan għax bħala kosegwenza tat-tnaqqis li maż-żmien kellna fir-rata tat-twelid, u għall-fatt li llum ħafna qegħdin jgħixu ħajja itwal.

 

Barra minn dawn iż-żewġ fatturi, il-pagi u s-salarji qegħdin jiżdiedu aktar minħabba ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, u dan il-fatt iġib żieda fil-pensjonijet li jkunu marbutin mad-daqs tal-pagi u s-salarji.


Fl-2006 il-Gvern beda jwettaq ftit mir-rakkomandazzjoniet li kienu saru minn ‘working group’ dwar il-pensjonijet.

 

Fost dawn, kien hemm ir-rakkomandazzjoni li tiżdied l-età ta’ rtirar mix-xogħol għal 65 sena għal dawk li ma kellhomx aktar minn 45 sena.

 

Rakkomandazzjoni oħra fir-rapport kienet li titwaqqaf it-tieni pensjoni kollha tkun privata u mhux governattiva bħal­ma hi l-pensjoni tas-Sigurtà Nazzjonali.

 

L-Unjoni Ewropea hi favur is-sistema ta’ pensjoni privata li tkun mħaddma minn kumpaniji privati tal-pensjonijet u tal-assigurazzjoni.

 

F’din is-sistema, persuna li trid ikollha t-tieni pensjoni biex ikollha dħul ieħor ma’ dawk tal-pensjoni statali tas-Sigurtà Nazzjonali, tkun trid tħallas kontribuzzjonijet jew ‘premium’ lill-kumpanija privata.

 

Imbagħad, meta persuna tirtira mix-xogħol, il-kumpanija privata tħallas il-pensjoni hi.

 

Il-kumpanija privata tinvesti l-fondi li tiġbor mill-kontribuzzjonijiet tal-‘premium’, u tagħmel kalkoli li tispiċċa tagħmel profitt minn dan in-negozju.


L-Unjoni Ewropea trid li t-tieni pensjoni tkun f’idejn kumpaniji privati mhux f’idejn il-gvernijiet.

 

Din hi l-politika tal-UE li hi marbuta mal-forzi kummerċjali kapitalisti.

 

Dak li kumpanija privata tagħmel, li tinvesti l-fondi tagħha, jista’ jsir faċilment mill-Gvern.

 

Mhux waħda jew tnejn mill-kumpaniji privati tal-pensjoniet fallew u mbagħad il-gvernijiet jidħlu biex jgħinuhom, jew biex iħallsu direttament lill-pensjonati li jkunu ssieħbu mal-kumpanija li tfalli.


Jekk il-kontribuzzjonijiet jew ‘premium’ jiġborhom il-Gvern, hu jkun jista’ jżid magħhom il-profitti li jsiru mill-investimenti tal-fondi, minflok li l-profitti jmorru fil-bwiet tas-sidien tal-kumpaniji privati.

 

Barra minn hekk, kulħadd ikun moħħu mistrieħ li mhux se jitlef it-tieni pensjoni li jkun ħallas għaliha, ladarba ma jkunx hemm il-periklu li l-kumpanija li ħaditlu l-kontribuzzjonijet jew ‘premium’, tfalli.

 

Il-qofol tal-proposta tat-tieni pensjoni tkun imħaddma mill-Gvern u mhux mill-privat, qiegħda fil-fatt li l-Gvern jinvesti l-fondi li jiġbor u mhux, bħalma jsir mill-każ tal-kontribuzzjonijet għas-Sigurtà Nazzjonali, il-fondi jmorru għand il-Gvern u jagħmel użu minnhom għall-bżonnijiet tal-pajjiż.

 

Bħalma l-UE hi mbuttata minn gruppi ta’ forzi kummerċjali b’saħħithom biex tisħaq li t-tieni pensjoni tkun f’idejn il-privat, hekk ukoll f’Malta, il-Gvern huwa taħt pressjoni minn forzi kummerċjali privati biex jagħtihom taħt idejhom il-fondi tal-kontribuzzjonijiet u l-‘premium’ tat-tieni pensjoni.

 

Din il-pressjoni rridu nirreżistuha billi nfehmu lill-poplu li mhux fl-interess tiegħu li l-pensjoniet ikunu privatizzati, għall-interess tal-poplu huwa li l-ewwel, ikun żgur mill-pensjoni u t-tieni li kull profitt li jista’ jsir mill-investiment tal-fondi miġburin, jieħdu l-poplu kollu u mhux sidien privati.

 

Il-Ħamis, 22 ta’ Lulju, 2010

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ