MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
L-immigrazzjoni illegali:Ebda soluzzjoni konkreta
L-aħħar sessjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni illegali f'Malta – li biex żgur tkun imbierka – ġiet indirizzata wkoll mill-President ta' Malta, Dr Edward Fenech Adami – ma kienet xejn għajr sessjoni teatrali ta' ħela ta' ħin li minnha ma ħareġ xejn konkret għall-haddiema Maltin li jaqilgħuha u jiekluha.
U lanqas mhu se ssolvi verament il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali (li l-politiċi jsejħulha "irregolari" biex ma tinstemax wisq kerha!) lejn pajjiżna.
Anzi
jista' jiġri l-kontra għax Malta ssir aktar katalist għal ferm
aktar immigrazzjoni illegali, jekk Malta ssir "pajjiż
transitorju" u l-immigranti illegali ma jkunux jistgħu jinżammu
f'postijiet ta' detenzjoni!
Kienu biss l-immigranti
illegali li spiċċaw minn fuq.
Il-ħaddiema Maltin u Għawdxin – il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti – baqgħu minn taħt.
Qegħdin ngħidu "l-ħaddiema Maltin u Għawdxin" u mhux il-poplu kollu apposta, għax nafu li hawn nies li m'humiex ħaddiema ta' l-id jew tal-pinna, li jaqblilhom ħafna bl-immigrazzjoni illegali.
Bħall-kuntratturi
tal-bini u tal-barrieri. U sidien ta' ċerti fabbriki eċċ...
Il-pulizija, l-Armata u l-klassi tal-ħaddiema żgur ma jaqblilhomx, għax
jekk se nibqgħu sejrin hekk se nispiċċaw fi żmien mhux wisq
fil-bogħod, li l-ħaddiema tagħna ma jibdewx isibu jaħdmu f'ċerti
setturi ta' l-ekonomija tagħna, anki jekk ikunu jridu!
Fil-fatt diġà
smajna b'każi fejn sidien ta' fabbriki, b'paga ta' ħaddiem wieħed
Malti ta' Lm60 fil-ġimgħa, qegħdin iħaddmu żewġ
ħaddiema Afrikani.
Kull fil-għodu, għal ħabta tas-6.00 a.m., tara kemm trid Afrikani
sejrin għax-xogħol. Ma kien ikollna xejn kontra dan – anki kieku
kienu bojod mill-Islanda – kieku m'humiex jieħdu xogħol il-ħaddiema
Maltin.
Imma ejja niġu għall-Parlament Ewropew li ħela ħafna ħin
fit-tlablib bla ma qabad il-barri minn qrunu.
Bil-mod kif mexa l-Parlament Ewropew wera li hu kuntent bl-immigrazzjoni illegali.
Billi n-NATO waqqfu flotta ta' ħames bastimenti tal-gwerra biex tissorvelja l-Mediterran, l-immigrazzjoni illegali mhux se tieqaf.
Ejja nagħmlu mod li xi bastiment minn dawn jiltaqa' ma' xi skuna b'xi 150 klandestin fuqha, dawn x'se jagħmlu bihom?
Iħalluhom għaddejjin jew itellgħuhom fuq il-bastiment u jieħduhom lejn il-Libja jew minn fejn ikunu telqu!
Jew iġibuhom lejn
Malta, l-Italja jew Spanja? U jitilquhom f'dawn il-pajjiżi, fosthom Malta?
Kieku veru jridu jeħilsuna darba għal dejjem minn din il-problema li
pajjiżna ma jiflaħx għaliha, kienu jibagħtu xi bastiment
minn dawn f'pajjiżna.
U meta jidħlu immigranti illegali f'Malta, jew jieħduhom lura lejn il-Libja, jew minn fejn ikunu telqu.
Jew jieħduhom lejn xi pajjiż ieħor ta' l-UE fejn xtaqu jmorru, biex imbagħad hemm jigu pproċessati dawk li għandhom dritt għal status ta' refuġjati u dawk li huma immigranti "ekonomiċi".
Wara kollox l-UE stqarret li għandha bżonn ma' l-20 miljun immigrant sas-sena 2025.
Aħna m'għandna bżonn ebda immigrant, jiġi minn fejn jiġi, abjad jew iswed!
Sentejn ohra kollox ‘plain sailing’!
Skond il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, sentejn oħra kollox se jkun 'plain sailing', jiġifieri l-problemi kollha ta' pajjiżna se jisparixxu, speċjalment biex tilħaq il-miri ta' l-UE dwar id-defiċit, kif Malta intrabtet mill-Gvern Nazzjonalista li tagħmel fit-Trattat tas-sħubija li ffirma l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, fis-16 ta' April 2003, f'Ateni.
U allura, kif jgħidu l-Ingliżi: "We can live happily ever after".
Bil-Malti:
"Inkunu nistgħu nibqgħu ngħixu ferħanin għal
dejjem"!
B'kumbinazzjoni kbira, sentejn oħra jkollna elezzjoni ġenerali.
U allura jidher ċar x'se tkun il-propaganda tal-Gvern Nazzjonalista lejliet l-elezzjoni li ġejja.
Se jgħidu li l-iebes tas-sħubija fl-UE għadda u li minn issa ’l quddiem kollox se jkun għal wita u se nibdew "naqtgħu l-frott" tad-deċiżjonijiet iebsa li ttieħdu fil-passat.
Mur emminhom!
Mela l-ewwel kellna lill-ex-Prim Ministru Fenech Adami jwiegħed lill-poplu
li fl-1 ta' Mejju 2004, il-jum meta Malta daħlet fl-UE, f'pajjiżna se
tfeġġ "rebbiegħa ġdida".
U issa, meta flok "rebbiegħa ġdida" rajna xitwa qalila f'dawn l-aħħar sentejn, il-Prim Ministru Gonzi jrid lill-poplu Malti jibqa' joħlom li dal-waqt tispiċċa t-tbatija kollha tas-sħubija u se tibda t-tgawdija għal dejjem, eżatt wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Il-Prim Ministru wasal biex isemmi l-ġejjieni qrib "avventura sabiħa"!!!
Insomma, kif spiss tisimgħuna ngħidu fil-programm tas-CNI fuq Smash
TV, dawn in-nies għamlu l-mogħdija biż-żmien tal-poplu Malti
bħala d-delizzju favorit tagħhom.
Ara kif jista' l-Prim Ministru jwiegħed
li kollox se jkun 'plain sailing' sentejn oħra meta l-iebes għad irid
jasal bejn is-snin 2010 u 2013.
Għad irridu naraw kemm l-għeluq tat-Tarzna jekk jibqa' l-Gvern Nazzjonalista u ma jsirx xi miraklu.
Kif ukoll jibda jkollna nħallsu għall-isptarijiet tal-gvern, speċjalment Mater Dei.
Tinsewx li l-anzjani li hemm rikoverati f'San Vinċenz de Paule diġà qed iħallsu 80 fil-mija tal-pensjoni li jirċievu.
U 60 fil-mija ta' l-imgħax li jirċievu mill-investimenti li ghandhom.
Se jkollna wkoll nibdew inħallsu l-VAT fuq il-mediċini u l-ikel kollu li nixtru.
U nitilfu ħafna
mill-fondi strutturali li nirċievu mill-UE.
Hekk 'plain sailing' se jkollna, Sur Prim Ministru!
Gżira ċkejkna iżda kuraġġuza!
Il-gżira ċkejkna ta' Aland li qiegħda fil-Bahar Baltiku, hija reġjun awtonomu tal-Finlandja.
Kull m'għandha huma biss 26,000 ruħ joqogħdu f'din il-gżira.
Iżda din il-popolazzjoni miniskula hija ntenzjonata li tagħti
lezzjoni kbira lill-Unjoni Ewropea!
Skond skerz ta' l-istorja, il-poplu ta' Aland jaqsmu s-sovranità tal-Finlandja
mal-poplu Finlandiz.
U allura bi dritt, għandhom id-dritt li jużaw
il-veto fuq kwalunkwe trattati li l-Finlandja tkun taqbel magħhom u tkun
trid tiffirma.
Tant dawn iċ-ċittadini ta' Aland huma mdejqin bir-regoli ta' l-UE, li
kissrulhom ħafna mit-tradizzjonijiet, u l-mod kif imdorrijin jgħixu,
li dan il-poplu ċkejken qed jhedded li juża l-veto fuq
il-Kostituzzjoni Ewropea, jekk il-Finlandja tipprova tgħin biex terġa'
titqajjem mill-mewt wara li l-poplu Franċiż u dak Olandiż qalu le
lill-UE!
Jista' jkun mela, li tkun din il-gżira ċkejkna jisimha Aland li ssalva
l-popli tal-pajjiżi membri fl-UE. Insomma tkun tagħlima f'waqtha għall-politiċi
Maltin!
Ittra ta’ Dr V. Ragonesi
Dan l-aħħar f'The
Times, dehret ittra pjuttost zgħira iżda sinifikanti ħafna, ta'
l-Avukat Victor Ragonesi, li serva għal żmien twil bħala
s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fi żmien Dr Gorg Borg
Olivier, li kien il-Kap tal-PN.
Wara kritika li għamel lill-Gvern Nazzjonalista għall-fatt li l-gvern
qed jgħaddi servizzi essenzjali li kienu f'idejn il-poplu Malti
lill-kumpaniji barranin, Dr Ragonesi spiċċa l-ittra tiegħu b'dawn
il-kliem: "Mela allura għalfejn konna ħadna
l-indipendenza!!"
Kull min għandu rasu fuq għonqu ma jistax ma jirraġunax bħall-Avukat
Ragonesi.
X'jiswa li tieħu l-indipendenza biex imbagħad terġa' tgħaddi
f'idejn il-barranin id-dritt li tiddeċiedi int stess, speċjalment
f'setturi vitali għall-ekonomija ta' pajjiżna?
Kif urejnikom il-gimgħa l-oħra, anki d-dritt li pajjiżna jiddeċiedi
hu għandhiex titħallas it-taxxa tal-VAT fuq il-ħrieqi, lanqas m'għadu
f'idejn il-Gvern Malti.
Aħseb u ara fuq materji ta' ferm aktar importanza!
Is-Sibt, 22 ta’ April, 2006.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ