MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Ir-ratifika
tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE fil-Parlament Malti:
L-Oppożizzjoni tista’ ssaħħaħ il-Kostituzzjoni Maltija
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej tal-‘Kampanja
Ħelsien Nazzjonali CNI
Dr Karmenu
Mifsud Bonnici, b’mod mill-aktar dettaljat fisser x’inhi l-pożizzjoni tas-CNI
dwar il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE u kif
l-Oppożizzjoni Laburista, minkejja
l-manuvri Parlamentari tal-Gvern, jista’ jivvota b’mod li l-Kostituzzjoni
ta’ Malta tkun aktar b’saħħitha minn dik ġdida ta’
l-UE.
Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fl-uffiċini tas-CNI
fil-Mosta, l-Avukat Mifsud Bonnici fisser li kollox jindika li se tgħaddi
tal-Gvern għax għandu l-maġġoranza fil-Parlament u jivvota
favur ir-ratifika tal-Kostituzzjoni Ġdida ta’ l-UE.
”Iżda jekk l-Oppożizzjoni
Laburista tastjeni mill-vot tagħha fil-Parlament u avolja fl-istess
hin it-trattat jiġi ratifikat mill-Parlament Malti, dan ikun biżżejjed
biex il-Kostituzzjoni ta’ Malta tibqa’ superjuri
fuq dik ta’ l-UE.
Il-Mexxej tas-CNI
fisser mill-aktar ċar il-mod ta’ kif il-Gvern
Nazzjonalista qiegħed jipprova jħawwad l-imħuħ u ma
jfiehemx eżatt xi tgħid il-Kostituzzjoni
ta’ Malta.
Dan għaliex
waqt li l-Gvern mhux se jressaq ebda emendi qabel il-vot fil-Parlament Malti –
għaliex lanqas għamel dan kif seta’ għamel qabel il-ftehim
ta’ Ruma tas-sena l-oħra – jekk tkun l-Oppożizzjoni
Laburista li tressaq emenda din se taqa’ għax il-Gvern għandu
l-maġġoranza u jivvota kontriha.
Għalhekk, kompla jfisser Dr Karmenu Mifsud Bonnici, il-Gvern imbagħad
iressaq għall-vot it-trattat tal-Kostituzzjoni ta’
l-UE kif approvat mill-pajjiżi membri u din tgħaddi għas-sempliċi
raġuni li għandu l-maġġoranza fil-Parlament.
Madankollu
hawnhekk tidħol l-Oppożizzjoni
Laburista u l-mod ta’ kif din tista’ ma tħallix il-Kostituzzjoni
ta’ l-UE tkun superjuri għal dik Maltija. Dr Mifsud Bonnici kompla
jfisser li skond Artiklu Sitta tal-Kostituzzjoni ta’
l-UE, din tgħid li l-liġijiet li tagħmel
l-UE u li huma fil-kompetenza ta’ l-UE, huma superjuri għal-liġijiet
tal-membri ta’ l-UE, kull pajjiż b’mod individwali.
Iżda skond Sezzjoni Sitta tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, kull liġi li tkun inkonsistenti għall-Kostituzzjoni
ta’ Malta hija nulla u bla effett.
Għalhekk,
sakemm il-Kostituzzjoni Matija ma
tinbidilx, is-Sezzjoni Sitta tibqa’
fis-seħħ u kull liġi ta’ l-Unjoni Ewropea
li ma tgħoddx għal Malta, ma tistax tidħol fis-seħħ
f’pajjiżna għax il-Kostituzzjoni
ta’ Malta tkun superjuri għall-Kostituzzjoni
ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dr Karmenu Mifsud Bonnici qal li dan huwa l-qofol ta’ kollox u għalhekk huwa importanti li l-Oppożizzjoni Laburista ma tivvutax favur.
Jekk ir-ratifika
tgħaddi biss bil-vot tal-Membri Parlamentari
tal-Gvern, din tkun għaddiet b’maġġoranza sempliċi
u mhux biż-żewġ terzi tal-Parlament li tkun tfisser maġġoranza
kwalifikata.
Għalhekk l-Oppożizzjoni, tista’ ma tivvotax kontra u tastjeni
biss.
Għalkemm xorta waħda r-ratifika tkun għaddiet mill-Parlament Malti, din tkun tkun biss għaddiet b’maġġoranza sempliċi.
Il-Kostituzzjoni
Maltija għaldaqstant tibqa’ superjuri għal dik ta’ l-UE.
Huwa fisser kif il-Gvern Nazzjonalista, li għandu
maġġoranza ta’ ħames siġġijiet Parlamentari jrid
akkost ta’ kollox jirratifika l-Kostituzzjoni ġdida
ta’ l-UE, għax f’din il-Kostituzzjoni hemm il-ftehim ta’ sħubija
li ġie ffirmat f’Ateni fis-sena 2003.
Fi kliem l-Avukat Mifsud Bonnici, il-maġġoranza tal-poplu Malti llum qiegħda tesprimi ruħha kontra dan il-ftehim.
Għalhekk
il-Gvern, fil-Parlament, għandu l-isbaħ opportunità li jivvota kontra
r-ratifika tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE u b’hekk
ikun jista’ jinnegozja mill-ġdid il-ftehim ta’ sħubija li għamel
ma’ l-istess UE.
Qabel ma s-sena l-oħra f’Ruma l-pajjiżi membri ffirmaw it-trattat
tal-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE, kull
pajjiż kellu l-opportunità li jagħmel riżervi jew emendi, iżda
l-Gvern Malti kien l-uniku Gvern li ma għamilx dan u ħalla barra għadd
ta’ dikjarazzjonijiet li saru waqt in-negozjati ta’ Malta għal sħubija
fl-UE.
Fost
id-dikjarazzjonijiet li tħallew barra kien hemm dik tan-newtralità.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li l-Gvern Nazzjonalista
diġà qal li fil-Parlament se jivvota favur il-Kostituzzjoni kif inhi u għalhekk
se jressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament it-trattat kif inhu.
Minħabba li l-Oppożizzjoni Laburista
tinsab iffaċċjata b’din is-sitwazzjoni u ma tistax tagħmel xi
emendi minħabba d-deċiżjoni diġà meħuda
tal-Gvern.
Fl-istess waqt
il-Parlament se jkollu sitwazzjoni ta’ jew jivvota favur jew jivvota kontra
r-ratifika tal-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Minħabba li l-Gvern Malti għandu 35 Membru
Parlamentari kontra t-30 Membru
Parlamentari Laburista, it-trattat se jkun approvat kif inhu bla riżervi
jew b’emendi.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 22 ta’ Marzu, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar