MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Is-CNI
tappella bi
Hekk intqal fi stqarrija tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI
li tqassmet il-bieraħ, waqt tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri f’riġlejn
il-monument ta’ l-Indipendenza, il-Floriana.
Il-kuruna tpoġġiet mal monument ta’ l-Indipendennza mill-membri
tal-kumitat ta’ l-istess għaqda mmexxija miċ-‘chairperson’ l-ex
Prim Ministru ta’ Malta Dr Karmenu Mifsud Bonnici.
Huwa qal li
“Nappellaw lill-Maltin u l-Għawdxin li ngħożżu lil ġensna u l-libertà, biex nagħtu bidu għat-tieni ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien ta’ Malta”.
L-istqarrija tas-CNI
kompliet tgħid li bis-sħubija Malta spiċċat tagħmel
parti minn stat ġdid, magħmul minn 25 stat membru, immexxijin minn 25
kummissarju li 24 minnhom m’humiex Maltin, u b’liġijiet approvati minn
Parlament ta’ 732, li ħamsa biss minnhom jirrappreżentaw lill-poplu
Malti.
Tgħid ukoll li hekk kif l-Indipendenza ta’ l-1964 kienet imxekkla bi
ftehim finanzjarju u b’ftehim militari mal-Gvern Ingliż, illum din
l-Indipendenza msahħħa mill-Ħelsien sħiħ miksub
fl-1979, qiegħda tiġi ċeduta bil-Ftehim ta’ Sħubija fl-UE
ffirmat fis-16 ta’ April 2003.
F-istqarrija tagħha is-CNI
kompliet tgħid li ċ-ċaħda tad-drittijiet politiċi u
kostituzzjonali tal-poplu Malti issa qed jissiġillawha bir-ratifika
tal-Kostituzzjoni Ewropea.
Is-CNI
fissret din il-Kostituzzjoni bħala li “tkasbar il-Kostituzzjoni Maltija,
tħarbat in-newtralità ta’ pajjiżna, u twaqqa’ għaż-żufjett
lill-Parlament tal-poplu Malti”.
Huwa għalhekk li s-CNI
mhux qiegħed biss jipprotesta iżda qed jaħlef li se jissokta jaħdem
ħalli dak li l-poplu Malti tilef, jinkiseb lura.
F’kummenti li ta waqt iċ-ċerimonja, Dr Mifsud Bonnici qal li l-ftehim ta’ sħubija ma jorbotx lil Malta għax huwa wieħed ivvizzjat u miksub b’qerq bil-wegħdiet foloz u indħil ċejjed mill-UE li kien hawn waqt li l-poplu kien qed jiddeċiedi dwar is-sħubija.
Huwa għalhekk li l-poplu mhux se jdum ma jinduna b’dan kollu u jibda jaqbel li Malta għandha tirtira s-sħubija tagħha fl-UE minnufih. '
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 21 ta’ Settembru, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar