MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Il-Partit Laburista għandu jissokta bl-oppożizzjoni tiegħu għall-ftehim tas-sħubija ta’ Malta fl-UE
Permezz
ta’ ittra li bagħat kunfidenzjalment lid-Delegati kollha tal-Partit
Laburista, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici appellalhom biex jagħtu l-appoġġ
tagħhom għal mozzjoni li mistennija titressaq quddiem il-Konferenza
Ġenerali li jmiss u li għandha tħeġġeġ lill-Partit
Laburista biex jissokta fl-oppożizzjoni tiegħu għall-Ftehim tas-Sħubija
ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, billi dan huwa ftehim żvantaġġjuż
għall-poplu, speċjalment ghall-haddiema Maltin.
Fl-ittra tiegħu, li għaliha l-bieraħ wieġbet it-Tmexxija
tal-Partit Laburista, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici jgħid hekk:
“Jidher li għandna min isostni li l-Partit m'għandux ikompli jiġġieled
kontra l-Ftehim tas-Sħubija li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni
Ewropea, għax il-maġġoranza vvutat favurih. Qed jingħad
ukoll li biex il-Partit jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, irid iwarrab
il-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u li l-Konferenza Ġenerali fl-2001 iddeċidiet
li l-Partit jaċċetta bħala konklussiv ir-riżultat ta’ l-Elezzjoni.
Jiddispjaċini ma naqbilx ma’ dan ir-raġunament.
L-ewwelnett,
qed
jintesa li fis-sena 2003 (sentejn wara s-sena 2001), il-Partit iddeċieda li
jekk jirbaħ l-Elezzjoni, xorta waħda kien se jagħmel referendum
dwar il-Partnership u dwar is-Sħubija. Li kieku rbaħna, ir-riżultat
ta’ l-Elezzjoni ma kienx se jkun meqjus konklussiv; għax tlifna, għaliex
huwa konklussiv?
Fit-tieni
lok,
fl-14
ta’ Lulju, 2003, il-Partit ivvota fil-Parlament kontra r-ratifika tal-Ftehim
tas-Sħubija. Jekk bir-riżultat ta’ l-Elezzjoni m'għandniex
inkunu aktar kontra l-Ftehim tas-Sħubija, għax fl-14 ta’ Lulju
vvutajna kontra r-ratifika tal-Ftehim?
Fit-tielet lok,
jekk
il-Partit saħaq li l-Ftehim tas-Sħubija li l-Gvern Nazzjonalista għamel,
kien żvantaġġjuż u ta’ ħsara għall-poplu, speċjalment
għall-ħaddiema, billi maġġoranza ta’ 12-il elf vot
approvat il-Ftehim, xorta waħda baqa’ żvantaġġjuż u
ta’ ħsara għall-poplu u għall-ħaddiema.
Fir-raba’
lok,
meta
f’Elezzjoni l-maġġoranza tagħżel programm elettorali ta’
partit, il-partit l-ieħor ma jaqlibx u jaqbel mal-programm tal-partit
rebbieħ u jarmi l-programm tiegħu. Il-fatt li l-partit rebbieħ
jitħalla jwettaq il-programm tiegħu, ma jżommx lill-partit
tellief milli jkompli jagħmel minn kollox ħalli jipperswadi fl-Elezzjoni
ta’ wara lill-maġġoanza
tapprova l-programm tiegħu. Din hija r-regola
tad-demokrazija u mhux li l-partit li jitlef l-Elezzjoni, jieqaf milli jkompli
jsostni l-programm tiegħu.
Fuq kollox infakkrek li fil-kwistjoni tal-Ftehim magħmul ma’ l-Unjoni
Ewropea hemm il-ħelsien tal-poplu tagħna fin-nofs, u hemm il-politika
ta’ newtralità u l-politika tal-ħidma għall-paċi, u hemm ukoll
il-ksur tal-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Il-Ftehim li l-Gvern
Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni Ewropea jtellifna l-ħelsien u l-politika
ta’ newtralità u l-politika ta’ ħidma għall-paċi, u jikser
il-Kostituzzjoni.

Kien il-Partit Laburista li kiseb il-ħelsien sħiħ għall-poplu
Malti u għamel lil pajjiżna newtrali u attiv fil-ħidma għall-paċi.
Issa reġgħet messet ix-xorti lill-Partit tagħna li jerġa’
jmexxi t-tieni ġlieda għall-kisba lura tal-ħelsien sħiħ,
tan-newtralità u l-ħidma attiva għall-paċi. Fl-ewwel ġlieda,
ta’ qabilna kienu Suldati ta’ l-Azzar. Bħalhom għandna nkunu ta’
l-azzar, mhux ċana. Nirbħu billi niġġieldu għas-sewwa u
mhux billi nacċċettaw il-ħażin.
Fil-Konferenza
Ġenerali li jmiss nappellalek biex tagħti l-appoġġ tiegħek
għal mozzjoni li tħeġġeġ lill-Partit Laburista biex
jissokta fl-oppożizzjoni tiegħu għall-Ftehim tas-Sħubija
żvantaġġjuż għall-poplu u speċjalment għall-ħaddiema
Maltin, u biex ikun huwa li jmexxi lill-poplu Malti għall-kisba lura tal-ħelsien
sħiħ; ikun huwa li jwassal lill-poplu Malti biex jerġa’ jħaddan
il-politika ta’ newtralità u ta’ ħidma attiva għall-paċi;
ikun huwa li jqanqal lill-ħaddiema Maltin biex jingħaqdu ħalli jħarsu
u jkabbru l-opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżna; u jkun
il-Partit Laburista li jqajjem lill-poplu biex jiddefendi l-Kostituzzjoni
mfassla mill-gvernijiet Laburisti ta’ l-1974 u ta’ l-1987.
Nittama li inti taqbel ma’ dan. F’kull każ, napprezza jekk tibgħat
tgħidli kif inti taħsibha”.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
21 ta’ Awissuu, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ