MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Is-sħubija fl-UE ġabitilna piżijiet kbar
Kienu
jiżgurawna li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea nkunu ferm aħjar iżda l-fatti
juru l-kuntrarju.
Morna ħafna agħar, kif naraw mill-piżijiet li qegħdin inġorru kaġun
tas-sħubija.
L-ewwel piż huwa l-miżata li qegħdin inħallsu kull sena għax aħna membri
tal-Unjoni.
Din is-sena l-poplu se jkollu jħallas lill-Unjoni €182,192 kuljum biex matul is-sena l-poplu Malti jkun ħallas is-somma ta’ €66,500,00, skont l-istess estimi tal-Gvern.
F’seba’ snin ta’ sħubija, il-poplu Malti se jkun ħallas lill-Unjoni l-ammont totali ta’ €376 miljun.
Piż kbir ieħor ordnat mill-Unjoni, huwa dak tal-taxxa tal-VAT.
Il-VAT,
* barra li tgħolli ħajja
* għax iżżid il-prezzijiet tal-oġġetti
* u s-servizzi bi 18%,
* hi soċjalment inġusta
* għax min għandu dħul baxx,
* ikollu jħallasha daqs dak li jista’ jħallas.
Kemm hu kbir il-piż ta’ €478,000,000 oħrajn
* li l-Gvern jistma li se jiġbor mill-eko-kontribuzzjoni,
* taxxa oħra ordnata mill-Unjoni.
Każ ieħor ta’ piż fuq il-poplu għal wiċċ l-Unjoni huwa dak tal-‘levies’ jew
dazji fuq oġġetti importanti f’pajjiżna minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni.
Dwar dawn il-prodotti,
* l-Unjoni imponiet il-Common External Tariff
* jew ‘levies’ partikolari
* fuq prodotti ġejjin minn ċerti pajjiżi,
* bħal żraben
miċ-Ċina u l-Vjetnam.
Dawn id-dazji u ‘levies’ huma kefrin ħafna,
* kemm minħabba l-fatt li filwaqt
* li l-ammont li jidħol minnhom imur kollu għand l-Unjoni,
* l-ispiża tal-ħlas tal-uffiċjali tad-Dwana
* biex jinġabru d-dazji u l-‘levies’
* jitħallsu mill-Gvern Malti
* u f’ħafna każijiet ta’ prodotti li ma jinħadmux f’pajjiżna,
* il-poplu tagħna qed iħallas dawn id-dazji u l-‘levies’
* biex jipproteġi mhux l-industrija lokali
* iżda l-industriji tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,
* fejn jipproduċu prodotti bħal dawk importati minn pajjiżi barra l-Unjoni.
Il-pizijiet tal-barranin f'pajjizna
Bħall-kaġun
tad-dritt tal-moviment ħieles
* taċ-ċittadini tal-Unjoni,
* il-poplu tagħna twikka
* bil-piż ta’ eluf ta’ ħaddiema
* mill-pajjiżi tal-Unjoni
* li qegħdin jaħdmu bi dritt f’pajjiżna
* u qegħdin jieħdu x-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin.
In-numru tagħhom hu ferm akbar
* min-numru ta’ Maltin u Għawdxin
* li marru jaħdmu fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni
* wara li sseħibna,
* għalkemm il-propogandisti tal-Unjoni
* kienu jiżgurawna li bis-sħubija,
* ma jiġux barranin jieħdu l-ħobż tal-Maltin
* iżda aħna mmorru nieħdu fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni.
Il-poplu tagħna spiċċa tgħabba b’piż ieħor
* kaġun tas-sħubija fl-Unjoni
* li jikkonsisti fil-fatt
* li n-numru taċ-ċittadini tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni
* li qegħdin joqogħdu hawn,
* huwa akbar min-numru ta’ Maltin
* li marru joqogħdu fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni
* u billi għandna aktar servizzi soċjali b’xejn
* milli hemm fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni.
Għalhekk in-nefqa tagħna
* ta’ dawn is-servizzi soċjali
* u tas-saħħa
* fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni,
* hija akbar min-nefqa
* li l-pajjiżi l-oħrajn qegħdin jagħmlu fuq il-Maltin
* li jmorru f’dawk il-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni.
Piż ieħor tassew kbir li l-Unjoni Ewropea waddbet fuqna huwa dak tal-eluf ta’
immigranti illegali li l-Unjoni ġegħlitna niftħulhom beraħ il-bibien ta’
pajjiżna.
L-Unjoni ġiegħlet lill-Gvern Malti
* biex iċedi l-ostakli li konna għamilna sa mill-1971
* għall-għoti tal-ażil lir-refuġjati,
* inkella l-Unjoni ma taċċettax li ssieħeb lil pajjiżna,
* u l-Gvern bil-moħbi tal-poplu
* neħħa dawk l-ostakoli
* li kienu qegħdin iżommu l-immigranti illegali
* joħolqu fost il-poplu tagħna,
* huma wkoll piż finanzjarju kbir
* u ħela ta’ riżorsi umani
* u mhuma jagħmlu ebda ġid lil pajjiżna,
* anzi ħsara li sena wara l-oħra
* tikber u bil-periklu ta’ xi rewwixta minn ħin għal ieħor.
Il-qghad u s-servizzi essenzjali
Fost il-piżijiet li l-politika tal-Unjoni ġabet fuq il-poplu tagħna, insibu dak ikkaġunat mit-telfien ta’ eluf ta’ impjiegi.
Huwa l-ewwel nett piż enormi għall-ħaddiema
* li tilfu x-xogħol għax fabbriki kellhom jagħlqu,
* jew bħala konsegwenza tal-privatizzazzjoni
* jew minħabba l-qtugħ ordnat mill-Unjoni
* tal-għajnuna mill-istat,
* bħalma seħħ fil-każ tat-Tarzna
* jew bl-iskuża ta’ riformi mitlubin mill-Unjoni,
* bħal fir-rigward tas-sidien tax-xarabanks.
Barra mill-ħaddiema milqutin,
* il-qgħad ikkaġunat mit-telfien tal-impjiegi
* jfisser piż akbar fuq il-poplu kollu
* għax mit-taxxi li l-poplu jħallas
* iridu jitħallsu l-benefiċċji soċjali,
* fosthom dawk tal-qgħad ta’ eluf ta’ ħaddiema
* u
tal-pensjonijiet li jitħallsu lill-eluf oħrajn
* li jinġiegħlu jirtiraw mix-xogħol
* qabel jagħlqu l-età normali tal-pensjoni.
Żdiedu wkoll piżijiet ġodda fuq il-poplu
* minħabba l-politika tal-Unjoni
* li trid li l-poplu jħallas direttament
* l-ispiża kollha tas-servizzi essenzjali
* li l-istat jipprovdi,
* bħalma huma s-servizzi tal-ilma,
* tad-dawl
* u tad-drenaġġ.
L-Unjoni mhix kuntenta li l-istat iħallas mit-taxxi li jiġbor mingħand
il-poplu parti mill-ispiża ta’ dawn is-servizzi.
Trid li l-poplu jħallas direttament l-ispiża kollha tagħhom permezz ta’ tariffi
għoljin li jkopru l-ispiża kollha.
L-ideoloġija kapitalista lanqas tħalli lill-Unjoni tifhem li meta l-istat
jissussidja dawn is-servizzi essenzjali, ikun fil-fatt il-poplu li qed jagħmel
tajjeb għas-sussidji bit-taxxi li l-istat jiġbor minn fuq il-poplu.
L-istat ma jħallasx minn tiegħu iżda kulma jħallas ikun li ġab mingħand il-poplu.
Waqt li l-ammont ta’ sussidju li l-istat jiffranka li jħallas, jitħallas
direttament mill-poplu,
l-istat qatt ma jnaqqas minn fuq il-poplu l-piż tat-taxxi
bl-ammont ta’ sussidju li l-istat jiffranka li jħallas.
Biżżejjed jingħad li filwaqt li s-sena l-oħra l-Gvern estima li se jiġbor
€804,700,000 mit-Taxxa tad-dħul, f’din is-sena qiegħed jistma li se jiġbor
€856,700,000, jiġifieri €52 milun aktar, u mit-taxxi fuq il-bejgħ tal-prodotti
taż-żejt il-Gvern qed jistma li se jdaħħal €96, 000,000.
Dawn il-piżijiet kollha jagħtuna ħjiel kemm il-poplu tagħna mar ħażin
bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin li d-dejn nazzjonali sploda għal
aktar minn €4 biljun.
Malta m’għandhiex tindaħal fil-gwerra tal-Afghanistan

Hija ta’ stmerrija l-istqarrija tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin
* li l-Gvern Malti jkun lest li jilqa’ talba
* mill-Istat Uniti tal-Amerika
* biex Maltin jintbagħtu fl-Afghanistan
* biex jgħinu fl-amministrazzjoni tal-pajjiż.
L-ewwel nett
* ghax inkunu qeghdin nesponuhom
* għall-periklu li jinqatlu,
* bħalma fl-aħħar tmient ijiem
* għadhom kif tilfu ħajjithom
* tmien pajżani Amerikani
* f’attakk suwiċida.
Fit-tieni lok, l-Amerikani mhux biss qegħdin fl-Afghanistan mingħajr ma jriduhom ħafna mill-Afghani, iżda qisu dak il-pajjiż huwa tagħhom u huma għandhom dritt jgħidu lil min iridu hemm jgħinhom jikontrollaw lill-poplu tal-pajjiż.
Jekk jeħtieġ għajnuna, għandu jkun il-Gvern Afghani li jitlobha, mhux l-Amerikani.
Hemm raġuni importanti oħra għall-oġġezzjoni tal-istqarrija tal-Ministru
Malti.
Fl-Afghanistan,
* l-Istati Uniti
* u l-allejanza militari tan-NATO
* qegħdin jiġġieldu gwerra.
Jekk
Malta tilqa’ t-talba
* li tgħin fit-tmexxija tal-Afghanistan,
* Malta tkun qed tissieħeb
* mal-Istati Uniti
* u n-NATO fil-gwerra.
Dan il-pass jikser in-newtralita’ ta’ Malta,
* u l-Gvern Malti ma għandux raġun
* li jġib l-iskuża li s-sehem tal-Malti
* se jkun fil-qasam ċivili u mhux militari.
F’għajnejn id-dinja
* li hi kontra l-indħil Amerikan fl-Afghanistan,
* Malta tkun qiegħda wkoll tieħu sehem fil-gwerra
* li dawn qegħdin jagħmlu.
Diġa` biżżejjed li Malta qiegħda toħroġ sehemha għall-għajnuna finanzjarja li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti lil dak il-pajjiż, mingħajr ebda diskussjoni u approvazzjoni tal-Parlament Malti.
Huwa għajb li l-poplu jsir jaf b’dan issa
* minn kelma li żelqet lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin
* meta tqanżaħ biex jiġġustifika d-deċiżjoni tal-Gvern Malti
* li jilqa’ talba ta’ għajnuna fl-Afghanistan mill-Gvern Amerikan.
Tliet mistoqsijiet li l-Prim Ministru baqa’ ma weġibx
Minn Marco P. Cachia
Jiena
inkwetat ħafna minħabba l-eluf ta’ klandestini li hawn f’pajjiżna,
* u naf li bħali,
* ħafna huma mħassbin dwar it-theddida
* li l-klandestini huma għall-ordni pubbliku
* u għas-saħħa pubblika,
* u dwar il-fatt li huma piż finanzjarju żejjed fuq il-pajjiż
* u kaġun ta’ tensjoni soċjali għall-poplu tagħna.
F’Settembru 2006,
* jiena kont attendejt għal laqgħa pubblika
* li l-Prim Ministru għamel fil-Berġa ta’ Kastilja,
* u għamiltlu mistoqsijiet ħfief
* dwar il-klandestini f’pajjiżna,
* u tlabtu jagħtini tweġibiet ċari u qosra.
Izda l-Prim Ministru għamel omelija twila li ħadet madwar 20 minuta.
Beda mill-miġja ta’ San Pawl fi gżiritna
* madwar 2000 sena ilu,
* u tkellem fit-tul
* fuq l-għarqa tal-bastiment
* li kien qiegħed jieħu lill-priġunier ta’ Tarsus Ruma,
* u dwar il-mod tajjeb li bih missierijietna
* kienu laqgħu l-Appostlu tal-Ġnus.
Minkejja d-diskors żejjed u l-kliem vojt li qal, il-Prim Ministru baqa’ ma weġibhomx il-mistoqsijiet tiegħi.
Dawn kienu it-tliet mistoqsijiet żgħar li kont għamiltlu:
(1) Kemm hawn klandestini f’pajjiżna?
(2) X’inhi l-ispiża li trid titħallas kull sena biex il-klandestini jinżammu hawn?
(3) Kemm se jdumu f’pajjiżna qabel ma jkunu rimpatrijati?
Kienu
mistoqsijiet li wieħed għandu jwieġeb fi ftit minuti.
Iżda l-Prim Ministru qagħad idur mal-lewża, qal storja sħiħa, u baqa’ ma weġibhomx.
Jiena tal-fehema li l-mistoqsijiet għadhom jiswew illum.
Anzi jiswew aktar,
* għax il-problema tal-klandestini
* baqgħet dejjem tikber kull sena
* u n-numru tagħhom baqa’ dejjem jizdied.

Għalhekk qiegħed nerġa’ nagħmilhom
* u nitlob lill-Prim Ministru jweġibhom
* għax il-poplu Malti jixraqlu
* li jkollu tagħrif sħiħ
* dwar il-problema tal-klandestini
* li qiegħda tkiddu bħalma qiegħda tkidd lili.
Aktar u aktar il-poplu qiegħed iżid l-inkwiet u tħassib meta jisma l-aħbarijiet tal-inkwiet u r-rewwixti li l-klandestini qegħdin ta’ spiss jaqilgħu f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.

Għax ma nafux jekk għandniex kriminali fost l-eluf ta’ klandestini li hawn f’pajjiżna.
Nafu żgur li mhumiex kuntenti
* bil-kundizzjonijiet li għandhom
* fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn qegħdin,
* kif ukoll huma mdejqin
* għax ma tantx għandhom
* opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżna,
* u jridu li jitħallew imorru
* fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Ewropa,
* iżda aħna ma nħalluhomx.
Għalhekk aħna qegħdin nistiednu xi inkwiet ikraħ
* jew rewwixta kbira min-naħa tagħhom,
* li fin-numru jagħmlu aktar
* milli għandna suldati u pulizija kollha flimkien.
Jiena u hawn ħafna bħali inkwetati b’din il-qagħda mwiegħra, nistennew li l-Prim Ministru din id-darba jwieġeb il-mistoqsijiet li qegħdin isirulu.
Il-Ħamis, 21 ta’ Jannar, 2010.

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ