MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
L-Unjoni Ewropea tellfitna ġieħna
Issa
li aħna mseħbin fl-Unjoni Ewropea, il-politika barranija tagħha
se tkun ta’ theddida għall-ħarsien u s-sliem ta’ pajjiżna.
Il-ħarsien u s-sliem ta’ pajjiżna fis-snin imgħoddija ggarantithomna l-politika tan-newtralità u non-allinjament.
Bis-sħubija
fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna sar f’għajnejn il-barranin parti waħda
mid-dinja tal-pajjiżi tal-Punent.
Dawk il-popli li jaraw lill-pajjiżi tal-Punent bħala għedewwa tagħhom,
issa li aħna fl-Unjoni, jarawna mseħbin ma’ l-għedewwa tagħhom.
Ma jafdawniex bħal ma kienu jagħmlu qabel meta kienu jarawna ħbieb tagħhom.
Għax huma jafu li f’kull kwistjoni li huma jkollhom
mal-pajjiżi tal-Punent, Malta msieħba fl-Unjoni se żżomm
kontrihom u mal-pajjiżi tal-Punent.
Ħafna mill-pajjiżi tal-Punent imseħbin fl-Unjoni Ewropea
* bħall-Ingilterra,
* Franza,
* il-Ġermanja,
* l-Italja
* u Spanja
* huma mbeżża’ li minn mument għal ieħor
* idabbru xi attakk terroristiku,
* bħal ma diġà kellhom jew agħar milli kellhom.
La darba Malta bħal membru fl-Unoni tappoġġhom, hija wkoll tista’ tistenna li tlaqqat x’attakk terroristiku.
Aktar u aktar meta l-Parlament, fis-6 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet, ivvota favur xi tgħid il-Kostituzzjoni ġdida li l-Unjoni Ewropea fasslet li torbot lil kull pajjiż membru li jagħti l-għajnuna tiegħu lil pajjiż membru ieħor li jkun vittma ta’ attakk terroristiku.
Twissijiet tal-Papa
Il-ġimgħa
l-oħra, l-Papa, f’diskors li għamel lir-rappreżentanti
diplomatiċi tal-pajjiżi tad-dinja wissa li qegħdin fi gwerra
mifruxa mad-dija kollha u li tista’ tiħrax it-taqbida bejn iċ-ċiviltà
tal-Punent u ċ-ċiviltajiet oħrajn.
Waqt li kkundanna t-terroriżmu
kkundanna wkoll l-infieq enormi fl-armi u l-armamenti.
Il-midja tal-pajjiżi tal-Punent qajla taw prominenza lill-kliem tal-Papa
kontra l-infieq skandaluż fl-armi u l-armamenti.
Xi wħud mill-pajjiżi
kbar ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom industrija qawwija li tipproduċi
l-armi u l-armamenti u jdaħħlu flejjes kbar mill-bejgħ tagħhom.
Jista’ jingħad li għalhekk l-Unjoni Ewropea qiegħda permezz
ta’ l-industija kbira tagħha ta’ l-armi u l-armamamenti, tappoġġja
l-ġlied u l-gwerrer li jkun hawn f’ħafna irkejjen tad-dinja.
Ta’ min jfakkar li ftit ta’ żmien ilu inqala’ inkwiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea għax l-Istati Uniti oġġezzjonaw li l-Unjoni Ewropea neħħiet l-embargo fuq l-bejgħ ta’ l-armi moderni liċ-Ċina.
L-Unjoni Ewropea ma tridx titlef il-qliegħ tal-flus li tagħmel
mill-esportazzjoni ta’ l-armi u l-armamenti, allavolja l-qliegħ isir minn
fuq l-imwiet tan-nies innoċenti u qerda kbira ta’ proprjetà.
Fil-Kostituzzjoni ġdida mfassla mill-Unjoni Ewropea hemm mniżżel
li l-pajjiżi membri għandhom ikabbru l-ispiża militari tagħhom
u jikkordinaw l-armi u l-armamenti tagħhom, barra li jibnu l-armata ta’
l-Unjoni.
Il-Parlament Malti vvota favur dan fis-6 ta’ Lulju tas-sena l-oħra u Malta qiegħda tagħti sehma fl-ispiża tat-twaqqif ta’ l-armata ta’ l-Unjoni.
B’hekk pajjiżna qed imur kontra dak li qal il-Papa fid-diskors tiegħu tal-ġimgħa li għaddiet.
L-inkwiet ma’ l-Iran
Din
il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea għamlet passi oħra li jistgħu
jwasslu għall-inkwiet serju ma’ l-Iran dwar il-programm nukleari li dan
il-pajjiż irid iwettaq.
L-Unjoni qiegħda tagħfas ħalli
l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjoni Uniti, għax
l-Unjoni ma tridx li l-Iran ikompli bl-iżvilupp nukleari li jista’ jispiċċa
f’bomba nukleari, għalkemm l-Iran isostni li l-iżvilupp huwa għall-użu
paċifiku tal-qawwa nukleari.
Anki f’din il-kwistjoni l-Unjoni Ewropea hija sfaċċata.
Għaliex fil-waqt li l-Unjoni qiegħda toġġezzjona għall-programm nukleari ta’ l-Iran, hija għandha maħżunin bombi nukleari kemm trid.
L-Ingilterra u Franza, membri ta’ l-Unjoni, ilhom is-snin jaħznu bombi nukleari.
F’ħafna pajjiżi membri ta’ l-Unjoni hemm armi nukleari tal-forzi militari ta’ l-Istati Uniti stazzjonati fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni.
L-Unjoni Ewropea tistrieħ fuq il-protezzjoni militari
tan-NATO li għandha l-armi u l-bombi nukleari.
Fil-waqt li ssostni li l-Iran m’għandux jkompli bl-iżvilupp
tal-programm nukleari tiegħu, l-Unjoni Ewropea mhix lesta żżarma
l-armi nukleari tagħha u tirrinunzja darba għal dejjem għall-bomba
nukleari.
L-Unjoni lanqas hija lesta li tgħid lil Izrael jneħħi
l-bombi nukleari tiegħu.
Snin ilu l-Parlament Malti kien għadda riżoluzzjoni kontra l-armi u
l-armamenti nukleari.
Bis-sħubija tagħna fl-UE, pajjiżna issa qiegħed f’għaqda li taħżen l-armi u l-armamenti nukleari u li lesta tużahom, jekk tħoss il-ħtieġa li tagħmel dan.
U issa Malta se tkun qiegħda tagħmel sehem mill-politika ta‘ l-UE
kontra l-Iran minħabba l-kwistjoni tan-nukleari.
Illum Malta m’għandhiex il-kuraġġ tgħid lill-UE li la
l-Iran u l-anqas l-Unjoni m’għandhom ikollhom l-armi nukleari.
Jekk naċċettaw li l-Unjoni ikollha l-armi nukleari, inkunu ipokriti bħal ma hija l-Unjoni jekk noġġezzjonaw għall-Iran li jkollha dawk l-armi.
F’din il-qagħda ġabitna s-sħubija fl-Unjoni.
Telfitna gieħna bħala poplu li ma kienx jaċċetta taħt ebda ċirkostanzi l-armi nukleari, li l-użu tagħhom huwa delitt kontra l-umanità.
L-Unjoni Ewropea tista’ tiġġarraf faċilment - Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Derek Bennett li joqghod f’Walsall, l-Ingilterra, spiss jikteb ittri f’ġurnal Ingliż li joħroġ kuljum f’Malta dwar l-Unjoni Ewropea.
Fil-bidu
ta’ din il-ġimgħa dehret l-aħħar ittra tiegħu bi tweġiba
għall-kritika li kien għamillu qabel Martin Buttner fuq dak li Bennett
kien kiteb dwar ir-‘rebate’ li l-Unjoni Ewropea tagħti kull sena
lill-Ingilterra.
L-ittra ta’ Bennett fiha numru ta’ kummenti li huma interessanti u li tajjeb
ikunu magħrufa mill-qarrejja Maltin.
Benett qal fl-ittra li l-akbar oġġezzjoni tiegħu għall-Unjoni
Ewropea mhix minħabba il-piż finanzjarju li l-poplu Ingliż qed
igorr minħabba s-sħubija ta’ l-Ingilterra fl-Unjoni Ewropea.
Huwa
sostna li joġġezzjoni l-aktar minħabba li l-Unjoni hija theddida
għall-ħajja demokratika ta’ l-Ingliżi u għas-sovranità
ta’ l-Ingliterra, għax l-liġijiet ta’ l-Unjoni jegħlbu l-liġijiet
li jagħmel il-Parlament Ingliż.
Derek Bennett ikkummenta li l-qagħda teħżien jekk
il-Kostituzzjoni għall-Ewropa li huwa sejjaħ ‘frankenstein’s
monster’, terġa’ tingħata l-ħajja skond ma qalet l-Awstrija
li għandha l-Presidenza ta’ l-Unjoni fl-ewwel sitt xhur ta’ din
is-sena.
Bennet jgħid li l-agħar politiċi li jqarrqu bil-poplu jinsabu qegħdin
imexxu l-Unjoni.
Huwa jfakkar li diġà kien hemm Kummissjoni Ewropea (ta’ Santer) li kellha tirrizenja minħabba l-korruzzjoni.
Ifakkar ukoll li għal 11-il sena sħaħ l-awdituri ta’ l-Unjoni rriffjutaw li japprovaw il-kontijiet ta‘ l-Unjoni minħabba l-ammonti kbar ta’ flus li ma kienx hemm kont fejn marru.
Ifakkar ukoll li l-Unjoni ppersegwitat lill-uffiċċjali tagħha li kixfu t-tbagħbis u n-nuqqasijiet.
Dawn kien Marta Anderson u
Paul van Buitenen li l-Unjoni keċċiethom mill-imjiep għax kixfu
l-fatti.
Derek Bennett ilu mill-1990 jilmenta dwar in-nuqqsijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għalhekk jappoġġja lill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI) ta’ Malta u jittama li fl-aħħar il-poplu jifhem li hija ħmerija li tipprova tagħmel mill-Ewropa kollha pajjiż u stat wieħed.
Meta l-poplu jifhem dan, tintrebaħ il-ġlieda li kienu qegħdin jagħmlu dawk li jaħsbuha bħal Bennett.
Huwa jbassar li bħal ma seħħ
fil-każ ta’ l-Istat ineffiċjenti u nieqes mit-tolleranza li kien
l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi, l-Unjoni Ewropea jiġrilha l-istess
u tikkrolla u tiġġarraf taħt it-toqol ta’ l-inkompetenza u
l-burokrazija li għandha.
Id-disfatta kbira li l-Kummissjoni Ewropea kellha din il-ġimgħa, meta
għat-tieni darba l-Parlament Ewropew ivvota kontra d-direttiva tagħha
dwar it-trażżin tax-xogħol tal-ħaddiema tal-portijiet, hija
xhieda ta’ l-arroganza u l-ineffiċjenza tal-membri tal-Kabinett ta’
l-Unjoni.
Il-votazzjoni l-oħra kontra l-bagit miftiehem mill-Kunsill
Ewropew hija prova oħra tat-taħwid u diżgwid li hemm fl-Unjoni
bejn l-istati membri u r-rappreżentanti tal-poplu ta’ l-Unjoni.
Żewġ ġrajjiet li jbassru kif faċilment l-Unjoni tista’ tiġġarraf.
Is-Sibt, 21 ta' Jannar, 2006.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ