MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Alternattiva għall-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea
Ħafna li ħadmu favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ma jaqblux mat-tibdil fir-regoli ta’ l-Unjoni magħmula fil-Kostituzzjoni ġdida tagħha li għandha tkun iffirmata fid-29 ta’ Ottubru li ġej f’Ruma.
Huma
jsostnu bir-raġun li meta vvotaw favur is-sħubija, huma vvotaw favur
l-Unjoni kif inhi llum, u mhux kif iriduha tkun meta l-Kostituzzjoni ġdida
tidħol fis-seħħ wara s-sena 2006.
Iżda dawk li llum l-interessi personali tagħhom jiddependu ħafna
mill-Unjoni Ewropea, huma mistennija li jagħmlu minn kollox ħalli
jinfluwenzaw lill-pubbliku favur il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni li
l-Gvern Malti diġà ftiehem dwarha mingħajr ma kellu mandat mill-poplu
Malti biex jagħmel dan.
Mewġa
kbira ta’ propaganda
Diġà bdiet issir propaganda qawwija dwar il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-MIC (iċ-Ċentru Malti ta’ l-Informazzjoni dwar l-UE).
L-Unjoni
Ewropea stess fasslet programm ta’ propaganda kbira favur il-Kostituzzjoni,
kemm direttament minnha, kif ukoll bl-għajnuniet li se tagħti
lill-gvernijiet nazzjonali tal-25 pajjiżi membri ta’ l-Unjoni ħalli
huma jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-mass media biex joħolqu
klima pubblika favur il-Kostituzzjoni.
F’Malta ma baqgħux lura.
Minkejja l-kriżi finanzjarja li pajjiżna jinsab fiha, flejjes kbar se jintefqu favur il-Kostituzzjoni.
Fil-fatt
diġà bdew jittellgħu programmi ta’ propaganda, taparsi ta’ tagħrif,
kemm fuq ir-radju, kif ukoll fuq it-televizjoni ta’ l-Istat.
Bħalma ġara fil-kampanja tar-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni
Ewropea, il-PBS u l-Awtorità tax-Xandir fi ħsiebhom ma jagħtux faċilitajiet
għal kritika tal-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni u għall-fehmiet
ta’ dawk li jirraġunaw kontra l-Kostituzzjoni ġdida.
Iqarrqu
bil-poplu
Wieħed għandu jistenna li jipprovaw iqarrqu bil-poplu billi jgħidu li min huwa kontra l-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, huwa kontra l-Unjoni Ewropea jew kontra s-sħubija fl-Unjoni.
Iżda jekk wieħed iħares lejn pajjiżi membri oħra ta’ l-Unjoni, isib ħafna nies prominenti li huma favur l-Unjoni u favur is-sħubija fl-Unjoni, iżda xorta waħda jagħmlu kritika ħarxa tal-Kostituzzjoni ġdida u ma jriduhiex.
Huma
jagħtuna prova li wieħed jista’ jkun favur l-Unjoni u favur is-sħubija
fl-Unjoni u fl-istess ħin kontra l-Kostituzzjoni ġdida li tħejjiet
għall-Unjoni wara s-sena 2006.
Bħalma seħħ fl-imgħoddi qabel ir-referendum dwar is-sħubija
fl-Unjoni Ewropea, lill-poplu mhux se jagħtuh it-tagħrif sħiħ
fuq il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, iżda se jitkellmu dwarha
mingħajr ma jfissruha.
Għax
jekk wieħed jifliha sewwa, isib aktar minn raġuni waħda għax
ma jaqbilx magħha.
Meta twaqqfet il-Konvenzjoni ta’ rappreġentanti tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni u tal-pajjiżi li kienu applikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, intqal li wieħed mill-iskopijiet tagħha kien li l-Unjoni trodd lura lill-pajjiżi ta’ l-Unjoni ħafna mis-setgħat li kienet ħatfitilhom għaliha.
Il-Kostituzzjoni ġdida iżda, mhux talli ma tagħmilx dan, talli tagħti aktar setgħat lill-Unjoni milli kellha qabel.
Meta twaqqfet il-Komunità tal-Faħam u l-Azzar fl-1957 u aktar tard twaqqaf is-Suq Komuni, ir-regola kienet li d-deċiżjonijiet jittieħdu bil-ftehim tal-pajjiżi kollha msieħba.
Din ir-regola twarrbet mat-Trattat ta’ Maastricht fl-1992 u kompliet titwarrab aktar fis-snin ta’ wara.
Fil-Kostituzzjoni
ġdida ta’ l-Unjoni nsibu li r-regola tad-deċiżjonijiet
bil-kunsens tal-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni twarrbet f’58 kaz ieħor
u r-regola llum hija li d-deċiżjonijiet jittieħdu bil-maġġoranza
(sempliċi jew kwalifikata), ħlief fil-każijiet fejn
il-Kostituzzjoni għadha tgħid li jrid ikun hemm l-unanimità tal-pajjiżi
membri kollha.
F’xi pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, l-oppożizzjoni
ghall-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni hija kbira u hemm il-periklu li l-poplu
ma japprovahiex.
Jekk dan iseħħ, l-Unjoni jkollha l-opportunità li tidħol f’qoxritha u ssewwi l-iżbalji kbar li għamlet fit-tfassil ta’ Kostituzzjoni li kkomplikat ħafna l-affarijiet għall-popli tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni.
Fl-Unjoni
Ewropea diġà hemm min qed iħejji alternattiva demokratika popolari għall-Kostituzzjoni
li ma tkunx ġiet approvata minn x’uħud mill-pajjiżi membri,
fosthom Malta.
L-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ