MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

  

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

L-Unjoni Ewropea se toħolqilna kriżi soċjali

 

Intqal fil-ġurnali f’dawn il-ġranet li l-Unjoni Ewropea ma rċeviet ebda rapport mingħand il-Gvern Malti dwar l-integrazzjoni f’pajjiżna tal-barranin mal-Maltin. 

 

Fl-istess ġurnali nkixef li l-Kummissjoni Ewropea f’Lulju li għadda bdiet proċeduri legali kontra Malta għaliex il-Gvern għadu ma daħħalx fil-liġijiet Maltin id-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-għoti ta’ drittijiet lil ċittadini ta’ l-Unjoni u ta’ pajjiżi oħrajn.


L-indħil tal-Kummissjoni Ewropea ġiegħel lill-Gvern Malti jippubblika regolamenti li jagħtu drittijiet liċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li huma f’Malta.


Dawn iċ-ċittadin tal-pajjiżi ta’ l-UE 

* ngħataw id-dritt li joqogħdu f’pajjiżna, 

* li jaħdmu u li jġibu lill-familji tagħhom, 

* jekk huma se jdumu aktar minn sena f’Malta. 

 

Ingħataw ukoll 

* id-dritt għas-servizzi soċjali kollha li għandna f’pajjiżna, bħal ma huma, 

* ‘housing’ soċjali, 

*  kura b’xejn tas-saħħa, u 

* skejjel bla ħlas.


L-Unjoni Ewropea tobbliga lill-pajjiżna li d-drittijiet li jingħataw liċ-ċittadini ta’ l-Unjoni, jingħataw ukoll liċ-ċittadini ta’ pajjiżi li m’humiex fl-UE li għandhom ftehim dwar dan ma’ l-UE.


Dan ifisser li barranin mill-UE u barranin minn pajjiżi oħrajn għandhom id-dritt f’pajjiżna jieħdu x-xogħol tal-ħaddiema Maltin u jgawdu d-drittijiet soċjali kollha tagħna l-Maltin.


L-Unjoni Ewropea trid minn għandna aktar minn hekk. 

 

Għax trid 

* iġġagħlna lill-immigranti illegali nżommuhom f’pajjiżna u 

* nintegrawhom mal-poplu tagħna. 

 

Tridna ngħidulha x’passi ħadna biex dan iseħħ.


L-UE fi ħsiebha 

* tkompli timponi fuqna aktar ir-rieda tagħha dwar l-immigranti illegali, 

* kontra l-volontŕ tal-poplu tagħna. 

 

Hija trid tibdel ir-regolamenti biex l-immigranti illegali ma jinżammux maqfulin aktar minn tlett xhur, u wara, li jitħallew ħielsa jiġġerrew fil-pajjiż. 

 

Trid ukoll li l-immigranti tfal lanqas jinżammu tlett xhur, iżda jinħelsu mal-ewwel.


Dan it-tibdil fir-regolamenti se jwassal biex, 

* wara li l-immigranti tfal jinħelsu mal-ewwel miċ-ċentri tad-detenzjoni, 

* il-ġenituri tagħhom jingħataw il-permess jiġu wkoll f’pajjiżna 

* ħalli l-familja terġa jingħaqad.

 

Il-kobba ta’ l-immigranti illegali qiegħda tkompli titħabbel biż-żwiġijiet ta’ konvenjenza tagħhom mal-Maltin. 

 

* Wara mbagħad li ż-żwiġijiet ifallu, 

* il-partijiet Maltin u wliedhom jaqgħu fuq l-għajnuna soċjali, u 

* l-immigranti illegali li jibqgħu hawn, 

* ikunu jistgħu jġibu f’pajjiżna lil min qabel kienu miżżewġa f’pajjiżhom, u 

* dan jitħalla jseħħ bl-iskuża ta’ l-għaqda tal-familja.

 

Ma’ l-istraġi soċjali li l-Unjoni Ewropea qiegħda tikkaġunalna bir-regolamenti tagħha dwar l-immigranti illegali, l-Unjoni qiegħda ddaħħalna fi spejjeż kbar ħafna. 

 

Skond stqarrijiet governattivi, 

* kull immigrant illegali jqum lill-Gvern Lm13 kuljum, u 

* s’issa din is-sena daħlu 1,581 immigranti illegali f’pajjiżna. 

 

Dan ifisser li din is-sena l-ispiża tal-Gvern se tiżdied b’aktar minn seba’ miljuni u nofs Liri Maltin, li jridu jitħallsu mit-taxxi tagħna.

Biex l-UE tkompli tgħaxxaqha, lanqas ma tat kas tat-talba tal-Gvern biex il-piż finanzjarju ta’ l-immigranti illegali jinqasam bejn il-pajjiżi kollha ta’ l-UE. 

 

L-Unjoni Ewropea, ta’ dittatura li hi, tiddettalna trid. 

 

Iżda terfa magħna l-piż, ma tridx.


Il-problema ta’ l-immigranti illegali hija waħda mill-problemi ewlenin ta’ pajjiżna. 

 

Minflok qegħdin nrażżnuha, qegħdin inħalluha tikber u ssir kriżi, tort ta‘ l-Unjoni Ewropea li ma tħalliniex napplikaw il-liġi tagħna li nibgħatu lura l-barranin li ma jkollhomx permess jidħlu f’pajjiżna, jew jibqgħu f’pajjiżna wara ċertu żmien.


Il-politiċi m’għandhomx il-kuraġġ li jieqfu lill-Unjoni Ewropea, u n-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom qiegħed jagħmel ħsara enormi lill-poplu tagħna. 

 

Din il-kwistjoni ta’ l-immigranti illegali se tkun raġuni ewlenija li ġġiegħel lill-maġġoranza tal-Maltin jiddeċiedu li nħassru l-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. 

 

Hekk biss nistgħu neħilsu lill-poplu tagħna mill-kriżi soċjali kbira maħluqa mill-immigranti illegali u l-barranin kollha li qegħdin jiksru l-liġi tagħna.

 

Nieqfu lill-UE dwar it-Tarzna

 

Ftit ta’ jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara li mhux se tbiddel il-politika tagħha li ma tingħatax għajnuna mill-Istat lit-Tarznari kummerċjali. 

 

Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea mhix se tħalli li tingħata għajnuna lit-Tarzna ta’ Malta wara l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena d-dieħla, anki jekk dan ikun ifisser l-għeluq tat-Tarzna.


L-għaqdiet tal-ħaddiema f’Malta għandhom jagħmluha ċara lill-UE li m’humiex se jaċċettaw l-għeluq tat-Tarzna, anki jekk dan ikun ifisser li l-poplu Malti ma jibqgħax imsieħeb fl-UE. 

 

Bejn li t-Tarzna tinżamm miftuħa u s-sħubija fl-UE tibqa’ sħiħa, bla tlaqlieq l-għaqdiet tal-ħaddiema għandhom jgħidu li jagħżlu t-Tarzna, mhux is-Sħubija.


Għandna ngħidu lill-poplu li s-sħubija fl-UE qiegħda tqum lill-pajjiżna ħafna aktar mill-għajnuna mogħtija lit-Tarzna.


Għandna nistqarru li t-Tarzna għandha aktar siwi għall-poplu tagħna, mis-sħubija fl-UE.

Għandna nuru li s-sħubija fl-UE telfitna diġŕ eluf ta’ impjiegi fil-fabbriki li għalqu u aħna mhux lesti nħallu jintilfu 1,700 impjieg ieħor bl-għeluq tat-Tarzna.

 

Fuq kollox għandna nsostnu li l-pjan dwar it-Tarzna li l-Unjoni imponiet fuqna fl-2003, instab defiċjenti u minflok li għen lit-Tarzna tqum fuq saqajha, izzoppjaha aktar u naqqsilha x-xogħol, mhux żiedulha.

 

Għandna nfakkru wkoll li l-UE mhix qiegħda tagħtina għajnuna għat-Tarzna. 

 

L-għajnuna lit-Tarzna ġejja mingħand il-poplu Malti. 

 

Għalhekk l-Unjoni m’għandhiex tindaħal x’għajnuna l-poplu Malti jagħżel li jagħti lit-Tarzna.

 

Ma tiswa xejn l-iskuża li l-Unjoni ġġib biex ma tingħatax għajnuna lit-Tarzna, għax l-għajnuna tħarbat il-kompetizzjoni ħielsa bejn it-Tarzna tagħna u dawk tal-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni. 

 

Il-kompetizzjoni ħielsa mhix xi kmandament li m’għandux jinkiser. 

 

Il-kompetizzjoni mhix għan fiha nfisha u mhix qiegħda hemm biex igawdu l-kompetituri fil-kummerċ. 

 

Qiegħda hemm biex igawdu minnha l-konsumaturi, il-poplu, billi taħdem biex tbaxxi l-prezzijiet.


Fil-każ tat-Tarzna tagħna, mill-prezzijiet li titlob se jgawdi l-poplu Malti għax il-prezzijiet li tiġbor it-Tarzna, ma jitħallsux lill-barranin. 

 

Jekk bl-għajnuna li tingħata, it-Tarzna tirbaħ ordnijiet ta’ xogħol, dak ix-xogħol ma tkunx qed ittelfu lil xi Malti, iżda lill-barranin.

Għalhekk l-Unjoni, meta ma tħallix lit-Tarzna tingħata għajnuna, tkun qiegħda tħares l-interessi tal-barranin, mhux tal-Maltin. 

 

Mhux biss, iżda tkun qiegħda tagħmel ħsara lill-poplu tagħna, għaliex bin-nuqqas ta’ għoti ta’ għajnuna u l-għeluq tat-Tarzna, nitilfu 1,700 impjieg u l-miljuni li t-Tarzna ddaħħal f’munita barranija li biha jitħallsu l-pagi ta’ 1,700 ħaddiema Maltin jew parti kbira minnhom.


Lanqas m’għandna naċċettaw li l-UE ma tridx li l-poplu jħallas mit-taxxi tiegħu l-għajnuna li tingħata lit-Tarzna. 

 

Għax l-Unjoni piżijiet aktar trid li l-poplu jġorr minħabba l-politika li timponi fuqna fir-rigward ta’ l-immigranti illegali.


Skond stqarrija uffiċċjali, kull immigrant illegali qed jiswa Lm13 kuljum. 

 

Hawn eluf ta’ immigranti illegali f‘pajjiżna. 

 

Iżda 

* jekk nieħdu n-numru ta’ 1,700 immigrant daqs kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna, 

* insibu li l-UE qiegħda ġġagħal lilll-poplu tagħna jħallas kull sena ’l fuq minn Lm8 miljun għall-immigranti barranin u 

* ma tridniex li nħallsu ammont ħafna inqas b’għajnuna lill-1, 700 ħaddiema Maltin fit-Tarzna.


Lill-Unjoni Ewropea għandna ngħidulha li, barra mill-ħerba soċjali li l-għeluq tat-Tarzna tikkaġuna, l-għajnuniet soċjali li jkollhom jingħataw lill-1,700 ħaddiema ssensjati jqumu aktar mill-għajnuna finanzjarja li jkun hemm bżonn tingħata ħalli t-Tarzna tkompli topera.

 

Għandna nsostnu li t-Tarzna hija l-aqwa istitut tekniku ta’ taħriġ tas-snajja li pajjiżna ma jistgħax jgħaddi mingħajrhom u għandu jkun utilizzat ħalli jagħti t-taħriġ prattiku liż-żgħażagħ tagħna li jieħu t-tagħlim akkademiku fil-Kulleġġ tax-Xjenza u Teknoloġija u kull għajnuna finanzjarja li tingħata lit-Tarzna, tkun ħlas għat-taħriġ prattiku fis-snajja li jieħdu mingħandha ż-żgħażagħ tagħna.

 

Ipokresija u diżonesta politika dwar l-Indipendenza

 

Hija ipokresija politika kbira li jiftaħru bl-Indipendenza meta tellfuha lil pajjiżna tlett snin u erba’ xhur ilu billi seħbuna fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju, 2004.


Għax il-poplu jkun indipendenti, meta jkun sovran u rajh f’idejh. 

 

Imseħbin fl-Unjoni, aħna dipendenti tagħha fl-oqsma kollha li fihom l-Unjoni għandha s-setgħa li tordna x’għandu jagħmel il-Gvern tagħna. 

 

Pajjiżna sar kolonja mill-ġdid u huwa għajb kbir li jidħku bil-poplu billi jġagħluk jiċċelebra dak li titlef li kien inkiseb 43 sena ilu fil-21 ta’ Settembru, 1964.


Huwa għajb akbar u diżonestŕ politika kbira li jiftaħru li ssagrifikajna l-Indipendenza tal-poplu tagħna biex stajna niksbu 855 miljun Ewro li l-Unjoni Ewropea wegħditna għas-seba’ snin li ġejjin, mingħajr ma jsemmu l-miljuni kbar li ntrabatna li aħna nħallsu lill-Unjoni fl-istess żmien.

 

Anzi, min irid ikun ġust mal-poplu, għandu jqis ukoll kemm miljuni oħra se jkollna noħorġu kull sena fi spejjeż, u meta jgħodd il-miljuni ta’ l-ispejjeż mal-miljuni li jkollna nħallsu kull sena lill-Unjoni, isib li jagħmlu aktar mill-855 miljun Ewro li għandna ningħataw mill-Unjoni.


Min ma jridx jagħmel dawn is-somom li jxejnu l-ftaħir kollu tat-855 miljun Ewro, qiegħed iqarraq bil-poplu u jittradilu l-interessi tiegħu. 

 

Huwa 

* kompliċi f’dan il-qerq tal-poplu, 

* kull min jiskot u 

* ma jsemmix dawn il-ħwejjeġ, 

* biex ma jiftaħx għajnejn il-poplu kontra s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.


La darba dak li jkollna nħallsu lill-Unjoni u l-ispejjeż li jkollna nagħmlu għax isseħibna fiha, jagħmlu aktar minn kemm hija għandha tagħtina, għandu jkollna d-diċenza li ngħidu lill-poplu li t-855 miljun Ewro ta’ l-Unjoni, fil-fatt qegħdin nagħmlu tajjeb għalihom aħna mit-taxxi tal-poplu tagħna.

 

Dimech, Mizzi, Borg Olivier u Mintoff ħadmu sabiex il-poplu Malti ma jibqax immexxi mill-barrani. 

 

Bil-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea l-poplu tagħna reġa’ ntefa’ taħt il-barranin li huma jiddeċiedu x’nagħmlu fl-aktar qosma importanti, fosthom, 

* il-qasam ta’ l-immigranti illegali li, 

* minkejja jiksru l-liġi Maltija, 

* l-Unjoni ma tħalliniex napplikaw il-liġi kontrihom u nibgħatuhom lura.

 

Lanqas f’dan ma għadna sovrani u indipendenti li nimxu kif nixtiequ mal-barranin f’pajjiżna!

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Ħamis, 20 ta' Settembru, 2007.

<< Lura << 

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ