MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Ikun
sagrileġġ li ndgħajfu t-Tarzna
Is-CNI
ssostni li l-aġir ir-responsabbli tal-Gvern dwar it-Tarzna qiegħed
iqanqal ħafna suspetti u kritika.
Xi wħud jixlu lill-Gvern li ma jridx ġenwinament li t-Tarzna tkompli
tiffunzjona, iżda fil-fatt irid li tagħlaq ħalli jkun jista’'
jiddisponi mill-art u l-bini tagħha lil żviluppaturi għal
spekulazzjoni kummerċjali.
Oħrajn jissuspettaw li l-Gvern diġà jaf lil min se jqassam partijiet
differenti tat-Tarzna, u kemm se jħaddmu nies, u s-sejħa pubblika għal
min għandu interess fit-Tarzna, huwa eżerċizzju falz.
Hemm kritiċi oħrajn iżda, li jgħidu li l-Gvern huwa mitluf,
imħawwad u ma jafx kif se joħroġ mis-saram li ħoloq meta
ntrabat mal-Unjoni Ewropea li wara l-aħħar ta’ din is-sena, ma jagħtix
aktar għajnuna lit-Tarzna u li jipprivatizzaha.
Għalkemm ma hemmx qbil dwar l-intenzjonijiet veru tal-Gvern, il-kritiċi
kollha jaqblu dwar punt wieħed:
li
l-Gvern mhux miexi sewwa f'din il-kwistjoni li mhix bħal każ ta’ għeluq
ta’ fabbrika oħra, iżda hija, fil-ħsieb tal-poplu kollu,
kwistjoni nazzjonali li jixirqilha sfroz nazzjonali ħalli tinstab
soluzzjoni għaliha.
Is-CNI
hija tal-fehma li ħafna dikjarazzjonijiet li l-Prim Ministru u l-Ministri għamlu
dwar it-Tarzna, ma jgħinux ħalli jintlaħaq ftehim dwar il-ġejjieni
tagħha.
Il-Prim Ministru qal li anke kieku t-Tarzna kienet tagħmel qligħ,
xorta kien jipprivatizzaha, għax mhux xogħol il-Gvern li jmexxi t-Tarzna.
Dan huwa raġunar żbaljat, għax investiment li jirrendi, il-Gvern m’għandux jitilfu.
Jekk
f'idejn il-privat it-Tarzna tista’ tirrendi aktar, il-Gvern m’għandux
jgħaddiha lill-privat, iżda għandu jsieħeb miegħu
lill-privat u jagħtih it-tmexxija tat-Tarzna, ħalli mit-tmexxija aħjar,
l-investiment jirrendilu aktar (lill-Gvern u għalhekk lill-poplu).
Il-Prim Ministru qal ukoll li ma jarax għaliex il-Gvern għandu jkun
l-’employer’ tal-ħaddiema tat-Tarzna.
Dan
huwa diskors bla sens, għax il-Gvern huwa l-ikbar ’employer’
direttament jew indirettament permezz tal-awtoritajiet, aġenziji u
korporazzjonijiet ta’ eluf kbar ta’ impjegati, u ma tagħmillux
differenza li ma’ dawk l-eluf kbar ta’ impjegati diretti jew indiretti tiegħu,
ikun ukoll l-’employer’ indirett tal-1,700 ħaddiem tat-Tarzna.
L-akbar
stonatura tal-Prim Ministru kienet dik meta sostna li m'għadux iż-żmien
li l-Gvern jaħdem biex iġib xogħol għat-Tarzna.
Il-Prim Ministru jmissu jirrealizza li xogħol għat-Tarzna ifisser esportazzjoni tas-servizzi tal-ħaddiema, u għalhekk, dħul ta’ ġid minn barra għal pajjiżna.
Prim Ministri u Ministri ta’ pajjiżi kbar jagħmlu sforzi enormi ħalli jgħinu lill-industriji tagħhom ibiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-pajjiżi barranin, u għal dan il-għan jużaw il-kuntratti u l-mezzi diplomatiċi kollha tagħhom.
Is-CNI
temmen li gvern responsabbli Malti għandu d-dmir nazzjonali li jagħmel
l-istess sforzi ħalli jgħin fl-esportazzjoni tal-prodotti u servizzi
ta’ pajjiżna, fosthom, is-servizzi tat-tiswija u l-bini tal-vapuri u
jotts li l-ħaddiema tat-Tarzna jagħtu.
Is-CNI
tqis mill-aktar oġġezzjonabbli l-istqarrijiet tal-Ministru Tonio
Fenech li qal li jekk ma jirtirawx volontarjament ma' l-elf ħaddiema tat-Tarzna,
il-ħaddiema kollha, dawn jitilfu l-impjieg.
Dawn l-istqarrijiet jixhdu nuqqas ta’ kuxjenza soċjali fil-Ministru Fenech, li jmissu jaf li huwa dmir ewlieni ta’ kull gvern li jagħmel kulma jista’ ħalli jħares l-impjiegi, u mhux li jeqridhom.
Gvern responsabbli qatt ma jasal li jtellef l-impjieg ta’ 1,700 ħaddiem, meta l-pajjiż għandu bżonn li aktar ħaddiema jaħdmu, mhux li jieqfu mix-xogħol qabel iż-żmien.
Wara
kollox, żgur li l-Ministru Fenech ma jistax jgħid li l-ħaddiema
tat-Tarzna qegħdin jaħdmu inqas milli jagħmlu l-Ministri u l-parti
l-kbira tal-eluf ta’ impjegati diretti jew indiretti li l-Gvern iħallas
mit-taxxi tal-poplu.

Lill-Ministru
Fenech is-CNI
tgħidlu li jekk jippersisti li jiddikjara t-Tarzna falluta minħabba li
tagħmel telf, għaliex l-ewwel ma jiddikjarax li l-Gvern huwa fallut għax
ilu mal-20 sena dejjem jagħmel telf ta’ miljuni kbar kull sena?
Is-CNI
taċċetta ħaġa waħda li l-Gvern qal, dik li hawn
‘boom’ tat-tiswija u l-bini tal-vapuri u tal-jotts.
Għalhekk
ikun sagrileġġ li l-poplu Malti ma jaħfirx, jekk minflok
nisfruttaw il-‘boom’ li hawn fix-xogħol tat-tarznari, jittieħdu
passi li jdgħajfu, jew agħar, jeqirdu l-assi nazzjonali tat-Tarzna ta’
Malta.
L-Erbgħa, 20 ta’ Awissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ