MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Nistgħu noħorġu mill-Unjoni Ewropea?

 

minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

 

Il-kontributur regolari li jiffirma “Platerian” dan l-aħħar kiteb hekk:

 

“Għad hawn x’uħud li jaħsbu li Malta tista’ xi darba toħroġ mill-UE. Teoretikament il-possibbilità teżisti. Anki l-Kostituzzjoni proposta għall-Unjoni tipprovdi għal dan, għalkemm għandha difett kbir, li ma tgħidx kif dan jista’ jsir, u lanqas setgħet tgħidu għax m’hawn ħadd fl-Unjoni li jaf kif. Mhix xi ħaġa sempliċi daqs li tibgħat ittra Brussels u tgħidilhom li minn għada jew pitgħada tlaqna ’l barra! Ejja ma noqogħdux f’torri ta’ l-avorju”.

“Platerian” huwa żbaljat. 

 

Mhux korrett li jgħid li l-Kostituzzjoni ta’ l-UE ma tipprovdix kif stat membru jista’ joħroġ mill-Unjoni. 

 

Hemm miktub l-iswed fuq l-abjad. 

 

L-artiklu I-59 tal-Kostituzzjoni jgħid hekk: 

 

“Stat membru li jiddeċiedi li jirtira għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsidra din in-notifika. Fid-dawl tal-linji gwida pprovduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma’ dawk l-Istat ftehim li jirregola l-modalitajiet futuri tiegħu ma‘ l-Unjoni”

 

Id-dritt li toħroġ mill-Unjoni

 

L-Artiklu I-59 (3) jghid: 

 

“Il-Kostituzzjoni għandha tieqaf milli tapplika għal dak l-Istat mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-ftehim ta’ l-irtirar, jew fin-nuqqas, sentejn wara n-notifika imsemmija fil-paragrafu (2), sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil ma’ l-Istat membru in kwistjoni, ma jiddeċidix li jestendi dan it-terminu”.


Dan il-kliem tal-Kostituzzjoni ta‘ l-UE juri li “Platerian” ħa żball. 

 

Il-Kostituzzjoni ta‘ l-UE tgħid kif tista’ toħroġ mill-UE

 

Ma hux dritt teoretiku. 

 

Hu dritt li jissarraf fil-prattika u hemm ipprovdut kif jissarraf.

Mhux biss il-
Kostituzzjoni ta‘ l-UE tagħti dritt lill-Istat membru li joħroġ mill-UE, iżda jikkontempla xi ftehim ieħor isir mill-Unjoni ma‘ dak l-istat membru li jagħżel li joħroħ mill-UE

 

Dak il-pajjiż jista’ jagħmel ftehim ġdid ta’ sħab ma’ l-UE, minflok ta’ sħab fl-Unjoni.

Tant għandu dritt li pajjiż membru joħroġ mill-
Unjoni, li l-istess Kostituzzjoni tipprovdi li jekk in-negozjati jitwalu aktar minn sentejn, il-pajjiż membru jista‘ jinħall anki mingħajr ma jkun sar ftehim ma’ l-Unjoni.

 

Is-sħubija hija riversibbli

 

Il-Kostituzzjon ta’ l-UE mhux biss tagħti d-dritt lil pajjiż li joħroġ mill-Unjoni, iżda tagħtih saħansitra d-dritt li jista’ jerġa’ jitlob li jidħol mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea

 

Jekk jagħmel dan, dak il-pajjiż irid jimxi bl-istess proċedura ta‘ kull Stat li jrid jissieħeb fl-UE għall-ewwel darba.

La darba l-Kostituzzjoni stess ta‘ l-
Unjoni tagħti d-dritt li pajjiż membru joħroġ mill-Unjoni, ikun qiegħed iqarraq bil-poplu min jgħid li jgħixu f’torri ta’ l-avorju min isostni li pajjiż jaqbillu joħroġ mill-Unjoni

 

Is-sħubija fl-Unjoni hija riversibbli, jiġifieri tista’ titraġġa lura. 

 

Il-kwistjoni hija biss jekk jaqbillekx tagħmel dan. 

 

U min irid jgħid is-sewwa, ma jmissux jgħid li ma tistax toħroġ mill-Unjoni, iżda jgħid li skond huwa, ma jaqbillekx.

Hija ħaġa ċerta li huwa aktar faċli li toħroġ mill-
UE milli huwa faċli li tidhol fl-UE

 

Għax biex tidħol, trid tbaxxi rasek għal eluf ta’ liġijiet u tħaddan il-politika ta‘ l-UE f’ħafna oqsma, waqt li biex toħroġ kull ma trid tagħmel huwa li tgħid li ma tridx tkompli tobdi l-liġijiet ta’ l-UE u ma tridx tkompli timxi bil-politika ta’ l-UE.

 

Jonqos biss il-kuraġġ

 

Ma għandniex nigbdu lill-poplu billi ngħidulu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni

 

Għandna niddiskutu jekk jaqblilniex nagħmlu dan. 

 

Lanqas għandna naqtgħulu qalbu li mhix ħaġa faċli. 

 

Il-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien ma kinitx ħaġa faċli. 

 

Iżda għamilniha u rbaħniha. 

 

Ma kinetx ħaġa faċli li ngħixu pajjiż indipendenti u ħieles

 

Iżda rnexxielna nagħmlu dan u mxejna ’l quddiem ekonomikament u politikament u soċjalment, ħafna u ħafna aktar milli mxejna meta konna taħt il-barrani.

Irid ikollna l-kuraġġ li mmexxu lilna fusna minflok li nkunu ġwejjef li nintelqu f’idejn ħaddiehor ħalli jieħu ħsiebna huwa u jgħidilna kif għandna nimxu. 

 

Irid ikollna politiċi li ma jaqgħux għat-tentazzjonijiet kbar li tnewwlilhom l-Unjoni Ewropea bl-opportunitajiet li toffrilhom, fil-waqt li l-massa tal-poplu tagħhom titgħakkes bil-piżijiet u ċ-ċaħdiet tal-politika ta’ l-UE.

L-
Unjoni Ewropea għarfet tagħlef lil min bil-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa jista’ jinfluwenza l-opinjoni pubblika, għarfet twieżen lill-politiċi b’opportunitajiet ta’ avvanz fil-karriera politika tagħhom, għarfet tmexxi ‘l quddiem numru mhux kbir ta’ professjonisti, negozjanti, akkademiċi, impjegati ċivili u mexxejja tredjunjonistiċi, biex dawn ikunu jistgħu jmexxu l-kotra tal-poplu. 

 

Iżda l-kotra tal-poplu f’kull pajjiż li jkun ilu msieħeb fl-Unjoni Ewropea, hija kontra l-Unjoni u hija tant disgustata minnha, li lanqas tindenja ruħha toħroġ tivvota fl-elezzjonijiet ta‘ l-UE.

Dawn il-fatti ġegħlu lill-
UE ddaħħal fil-Kostituzzjoni tagħha d-dritt li pajjiż membru jista’ joħroġ mill-Unjoni.

 

Jaqblilna nohorġu

 

Mhux kmieni wisq biex niddiskutu jekk jaqblilniex noħorġu mill-UE

 

Għall-kotra tal-poplu, is-sħubija fl-Unjoni se tfisser: 

* ħajja aktar għolja, 

* inqas possibbiltà li takkwista dar, 

* żieda fit-taxxi, 

* tnaqqis fis-servizzi soċjali u fil-pensjonijiet, 

* ħlas għat-tagħlim u għall-kura tal-mard, 

* u għal xi wħud, 

* sensji, 

* għeluq tan-negozju u 

* jitbaxxa l-livell tal-għejxin.

Dawn l-effetti ħżiena tas-sħubija fl-
UE diġà bdew jinħassu minkejja l-arrangamenti speċjali (id-derogi) li saru għal numru ta’ snin. 

 

Meta jgħaddi ż-żmien tad-derogi, l-għafsa tkun akbar u l-piżijiet ikunu itqal, it-tbatija tkun akbar u l-faqar jiżdied aktar. 

 

Il-ftit imorru aħjar u l-kotra tmur agħar. 

 

Din hija l-lezzjoni ta’ kull pajjiż imsieħeb fl-UE u Malta se titgħallimha u tħallas qares għaliha.

L-
UE hija tal-politiċi, mhux tal-popli.

 

L-istess jiġri f’pajjiżna jekk niċħdu d-dritt li meta l-maġġoranza ddur kontra s-sħubija, ma sseħx ir-rieda tal-maġġoranza u kif dħalna, nerġgħu noħorġu mill-Unjoni

 

Jekk niċħdu din l-opportunità lill-poplu, mhux f’torri ta’ l-avorju nkunu ngħixu, iżda f’gaġġa tal-ħadid pruġunieri fiha kontra qalbna.

Min jipprova jbeżża l-poplu billi jgħidlu jew li ma jistax joħroġ, jew li ma jaqbillux joħroġ mill-
UE, juri li huwa jibża’ li l-poplu, fil-maġġoranza tiegħu, jkun irid joħroġ mill-Unjoni biex jerġa’ jkun ħieles.

 

Xtarru dawn sewwa

 

President Vaclav Klaus, President tar-Repubblika Ċeka, fit-22 ta’ April, 2004, qal lill-poplu tiegħu: 

 

“Kif intom tafu, fi ftit jiem oħra, l-Istat tagħna ma jibqgħax stat indipendenti u sovran”. 

 

Qal dan il-kliem dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea li seħħet fl-1 ta’ Mejju, 2004. 

 

F’Malta, ebda mexxej politiku ma kellu l-onestà jammetti li Malta ma baqgħetx stat indipendenti u sovran fl-1 ta’ Mejju li għadda.

Glenys Kinnock, Deputata fil-Parlament Ewropew u Eryl mcNally, Deputata oħra fil-Parlament Ewropew, instabu li ħafna drabi jiffirmaw li marru għas-seduta tal-Parlament u jitilqu ’l barra wara ftit tal-ħin u ma jerġgħux imorru lura. 

 

Talli jkunu ffirmaw, jitħallsu Lm100 kuljum li jiffirmaw.

Instab li ħafna deputati tal-
Parlament Ewropew jabbużaw b’dan il-mod mill-‘allowances’ li għandhom talli jattendu s-seduti tal-Parlament.

Isiru abbużi oħra minn ‘allowances’ oħra li d-deputati tal-
Parlament Ewropew għandhom dritt għalihom. 

 

Robert Goodwill, Deputat Parlamentari, wasal biex ftaħar li qala’ flus mill-‘allowances’ mħallsa għall-ivvjaġġar.

 

Id-deputati huma ntitolati biljetti tal-First Class. 

 

Huma m’għandhomx għalfejn juru l-biljett biex jingħataw il-ħlas tagħhom. 

 

Għalhekk jekk jixtru biljetti ta’ l-Economy Class, xorta waħda jiehdu ħlas tal-biljetti tal-First Class. 

 

Goodwill stqarr li ngħata 500 lira sterlina għal biljett tal-First Class meta nefaq 200 lira sterlina għal wiehed ta’ l-Economy Class.

Minn missjoni fis-servizz tal-poplu, ħafna membri Parlamentari jagħmlu xalata fl-interess personali tagħhom!

 

Il-Ħamis, 20 ta’ Mejju, 2004.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ