MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-UE tghin fl-immigrazzjoni illegali
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
It-traffikar
tal-immigranti illegali għandu jitqies li huwa delitt bħat-traffikar tad-droga.
Bil-politika tagħha l-Unjoni Ewropea qiegħda tgħin lit-traffikanti kriminali tal-immigranti illegali jagħmlu l-flus minn fuq it-tbatijiet tal-immigranti.
Kull pajjiż ċivilizzat iżomm id-dritt li jikkontrolla min jidħol fil-pajjiż.
Pajjiżi
li l-aktar jippretendu li huma avvanzati
* bħall-Istati Uniti u l-Ingilterra,
* saħansitra jesiġu li persuni minn ċerti pajjiżi
* jrid ikollhom visa biex jaċċettawhom,
* u visa ma tingħatax lil kulħadd li jitlobha,
* u min jinstab bla permess fil-pajjiż,
* jintbagħat il-ħabs u wara jitkeċċa mill-pajjiż.
La darba hu aċċettat minn kulħadd li pajjiż għandu dritt jikkontrolla min jidħol
fil-pajjiż m’għandhiex tinstab oġġezzjoni li dan il-prinċipju japplika wkoll
fir-rigward ta’ immigranti illegali.
Pajjiż għandu dritt ma jaċċettahomx bħalma għandu dritt li ma joħroġx visa lil
min ikun ġej minn ċerti pajjiżi.
Refuġjati u immigranti
Nagħmlu
żball meta nħalltu d-dmir li nagħtu għajnuna lil min ikun fil-periklu li
jegħreq, li ma nħalluhx jidħol u joqgħod fil-pajjiż.
Li nsalvawh huma obbligu tagħna, iżda li naċċettawh joqgħod f’pajjiżna mhux.
Persuna li ma jkollhiex visa, għalkemm tħallas biex tiġi b’vapur tal-passiġieri
ma titħallhiex toqgħod hawn.
Jekk din il-persuna minflok b’vapur tal-passiġġieri tinġieb b’lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta li jiġbruhom f’nofs il-baħar, xorta waħda m’għandhiex dritt tibqa’ toqgħod hawn.
Fiż-żewġ każi għandna dritt nġagħluha tħalli l-pajjiż, għax fiż-żewġ każi il-persuna tkun qiegħda tikser il-liġi tal-pajjiż.
Dan
ir-raġunar li kien jgħodd għal kull pajjiż ċivilizzat, ma baqgħax jgħodd
għall-Unjoni Ewropea li ħawwdet il-kunċett ta’ refuġjat li jfittex azil u
politiku mal-każ tat-traffikar ta’ immigrazzjoni illegali li jfittex gwadan
ekonomiku.
L-Unjoni Ewropea qatgħet li pajjiż membru tagħha għandu l-obbligu li jżomm
fil-pajjiż immigranti illegali li jaslu jew jinġiebu fil-pajjiż.
L-Unjoni Ewropea ġġiegħel lil pajjiż membru li jara jekk l-immigranti illegali għandhomx jitqiesu bħala refuġjati, u jekk m’għandhomx, jekk għandhomx jingħataw protezzjoni umanitarja.
Fiż-żewġ każi l-pajjiż ikun obbligat li jħalli l-immigranti illegali joqgħodu fil-pajjiż.
Negozju tat-traffikar tal-immigranti illegali
Bil-politika
tagħha dwar l-immigranti illegali, l-UE ħolqot in-negozju tat-traffikar
kriminali tal-immigranti illegali.
It-traffikanti tal-immigranti qegħdin jagħmlu flejjes kbar minn fuqhom, u agħar
minn hekk, qegħdin jesponu lill-immigranti għal periklu imminenti li jegħrqu
għax f’ħafna każi mhux qegħdin jipprovdulhom mezzi ta’ trasport li jifilħu
għall-vjaġġ bil-baħar jekk ikun imqalleb.
L-Unjoni
Ewropea taf b’dan it-traffikar kriminali ta’ immigranti illegali, iżda ma
jimpurtahiex mit-tbatija umana u lanqas mill-mewt ta’ ħafna mill-immigranti.
L-Unjoni Ewropea ma tirdx li l-immigrazzjoni illegali tieqaf, peress li ħafna mill-pajjiżi tagħha għandhom bżonn kbir ta’ demm ġdid ħalli jintela l-vojt tal-popolazzjoni li qiegħda tonqos u biex tikber l-ekonomija tal-pajjiżi.
F’pajjiżna qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea kull partit politiku kien jaqbel li
l-barranin ma jitħallewx jiġu joqgħodu u jaħdmu hawn, jekk għandna Maltin li
jistgħu jagħmlu x-xogħol tal-barranin.
Ħadd f’pajjiżna ma kien joħlom li naċċettaw immigranti.
L-Unjoni
Ewropea ġagħlitna nibdlu l-politika tagħna dwar l-immigranti u ma ridetx tħalli
pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jekk ma naċċettaw li l-immigranti illegali
jibqgħu f’pajjiżna.
L-UE
ma jimpurtahiex mill-kobor tal-popolazzjoni fiċ-ċokon ta’ pajjiżna u li għandna
nuqqas ta’ xogħol għal eluf ta’ Maltin u Għawdxin, u li l-mezzi finanzjarji u
s-servizzi soċjali tal-pajjiż ma jifilħux għall-infieq meħtieġ biex jinżammu
eluf ta’ immigranti barranin.
Bl-akbar oxxenità l-Unjoni Ewropea filwaqt li ġġegħlna nżommu l-eluf ta’
immigranti illegali joqgħodu f’pajjiżna, ma tippermettilniex li nħalluhom imorru
fejn iridu fil-pajjiżi l-kbar li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.
Il-politiċi Maltin
* li huma servili għall-Unjoni Ewropea,
* jaċċettaw il-politika tagħha dwar l-immigrazzjoni illegali
* bi ħsara kbira tal-interessi nazzjonali tal-poplu tagħna.
Malta jeħtiġilha li tqum fuq tagħha
X’inhi l-akbar ħtieġa li l-poplu Malti għandu llum?
It-tweġiba
kien taha l-Perit Mintoff
* meta fl-aħħar tal-Appell tat-twaqqif
* tal-“Front Maltin Inqumu”,
* qabel ir-referendum tal-2003,
* għajjat “Malta jeħtiġilha tqum”.
B’sogħba jkollna nistqarru li l-poplu Malti ma qamx fl-2003, u llum, għadu ma qamx mit-telqa li ħakmitu.
Għalhekk inħossu li llum jixraq aktar minn qabel, li ntennu l-fehma ta’ Mintoff meta qal “Malta jeħtiġilha tqum”.
Fl-Appell tal-Front “Maltin Inqumu" Mintoff kien qal,
“…fir-rabtiet tagħna mal-UE rridu nassiguraw li l-ħidma tagħna għall-paċi tibqa’ bla mittiefsa. Għandna nagħmlu aktar minn hekk. Aħna nemmnu li anki l-UE jeħtiġilha l-paċi.”
Wara li qal dawn il-kliem, Mintoff għamel stqarrija importanti ħafna fej qal,
“jekk l-UE tasal biex tħaddan politika ta’ paċi billi tiċħad għal dejjem il-gwerra, għandna nkunu lesti naqsmu magħha dik il-parti tas-sovranita’ biex jintlaħaq l-għan komuni tagġna tal-paċi”.
B’sogħba
ngħidu li l-UE ma tidhirx li hi lesta tiċħad għal dejjem il-gwerra.
Għalhekk aħna m’għandniex naqsmu magħha parti mis-sovranita’ tagħna.
Aktar u aktar m’għandniex aħna nħaddnu l-politika barranija komuni tal-UE, li mhix bħall-politika tagħna ta’ newtralita’ u paċi.
Fl-appell tal-Front “Maltin Inqumu” Mintoff kien qal ukoll li barra l-għan tal-ħarsien tal-paċi
“għandna għan kbir ieħor li nħarsu x-xogħol f’pajjiżna u li nkattru l-mezzi għal-ħolqien tal-ġid għall-poplu tagħna. Għalhekk irridu nfehmu lill-UE li ma għandhiex ixxekkilna b’regoli li jnaqqsu x-xogħol f’pajjiżna u li ma jgħinuniex biex nikbru ekonomikament.”
Sfortunatament
l-UE ma fehmitx din it-twissija li m’għandniex bir-regoli tagħha ixxekklilna
x-xogħol.
Hi nsistiet li napplikaw ir-regoli tagħha
* li tellfuna ħafna mix-xogħol li pajjiżna kellu qabel,
* u għalhekk kellhom jagħlqu ħafna fabbriki,
* naqqasna l-esportazzjoni minn pajjiżna,
* u eluf ta’ ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom,
* fosthom l-1,700 ħaddiem tat-Tarzna.
Għalhekk l-UE rażżnitilna għan kbir ieħor li nħarsu l-paċi.
Fl-appell tal-Front “Maltin Inqumu” Mintoff, bħal ma dejjem għamel, ma beżgħax jgħid lill-poplu x’kellu jagħmel.
“Lill-poplu nħidulu li biex nilħqu l-għanijiet tagħna, jeħtiġilna naħdmu aktar, b’għaqal iżjed, b’aktar onesta’ u b’sagrifiċċju akbar. Irridu nkunu lesti nagħmlu kull ma hemm bżonn biex l-ewwel inwasqqfu t-tkabbir tad-dejn nazzjonali, imbagħad neqirdu għal kollox id-dejn li jkisser lil pajjiżna.”
B’sens ta’ diżappunt kbir ikollna nistqarru li ma ħdimniex aktar u ma wrejniex aktar għaqal u żgur ma mxejniex b’aktar onesta’ fl-aħħar seba’ snin.
Is-sagrifiċċji
kellhom isiru mis-setturi tal-poplu ż-żgħir,
* il-ħaddiem,
* il-pensjonant,
* li kellna nippretendu lanqas minnhom,
* filwaqt li s-setturi tal-poplu li jmisshom għamlu sagrifiċċji,
* komplew jiffangaw u jistagħnaw.
Għalhekk ma lħaqniex l-għanijiet tagħna bħala pajjiż u morna lura fil-ħarsien tax-xogħol u fil-ħarsien tal-valuri morali.
Lanqas ma rnexxilna nwaqqfu t-tkabbir tad-dejn nazzjonali, għax kull sena kabbarnieh, biex illum skorra l-€4 biljuni, u ħadd mill-politiċi tagħna m’għandu l-kuraġġ jgħid li se jaħdem biex innaqqsuh billi nagħmlu s-sagrifiċċji li hemm bżonn.
Illum aktar minn qatt qabel Malta jeħtiġilha tqum.
It-telf ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea
minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali
Matul
il-kampanja tar-referendum għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, tgħidx kemm
qalulna li se jiġu fondi mill-Unjoni.
Konna qisna ħafna boloh ngħoddu kemm se nieħdu flus lill-UE kull sena ħlief tas-CNI.
Għadda ż-żmien u tar, u ta raġun lis-CNI,
għaliex il-fondi li qegħdin nieħdu mill-UE ġejjin mill-flus tagħna stess li kull
sena noħorġu bħala s-sehem tagħna li jkollna nħallsu lill-UE.

Qabel
ir-referendum tal-2003,
* mal-propagandisti Maltin favur is-sħubija fl-UE,
* kienu ingħaqdu barranin prominenti,
* bħall-President tal-Kummissjoni Ewropea,
* Romano Prodi,
* u l-Kummissarju Gunther Verheugen,
* li żgurawna li se nieħdu ħafna flus
* jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru
tal-Affarijiet Barranin ta’ dak iż-żmien, Guido Demarco sa qal li se niksbu mitt
miljun lira Maltija fis-sena mill-UE.
Illum dawn ma jipurtahomx kemm aħna l-Maltin indaħħlu jew noħorġu minħabba l-UE, għax aħna m’għadx għandna l-ħtieġa ta’ “baby walker” aktar.
Issa qegħdin
nisimgħu stejjer dwar telf tal-fondi mill-UE,
* ħames mitt ewro intilfu mill-istudenti li jmorru jistudjaw barra,
* u sitt mitt elf ewro intilfu mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ,
* u nisimgħu dwar qerq fil-ħlas tas-sussidji,
* bħal dawk tal-ħames mitt elf ewro li ssemmew fil-qasam tal-biedja.
Ma’ dawn rridu niftakru fil-mijiet ta’ ewro li kellna nħallsu f’multi lill-UE għal nuqqus ta’ ħarsien tar-regolamenti tagħna.
L-UE ma tibgħatilniex ċekk bil-posta bħalma l-pensjonanti jirċievu ċ-ċekk
tal-pensjoni bil-posta.
Jidher li biex nieħdu l-fondi u biex ma neħlux multi għax ma nħarsux xi regolamenti tagħha, irridu nagħmlu ħafna xogħol, ħafna milli ta’ formoli li jrid isir b’mod preċiż u eżatt u mhux addoċċ “suq ħa mmorru” jew “ħaffu ħalli neħilsu”.
Issa qegħdin naraw
li kellhom raġun
* dawk li qabel ir-referendum tal-2003
* kienu jwissu li m’aħniex armati biex nidħlu fl-UE
* u biex niksbu l-fondi tagħha,
* għax m’għandniex għadd biżżejjed ta’ persuni mħarrġin
* biex ilaħħqu max-xogħol li l-UE trid li jsir fiż-żmien fiss li tagħti.
Imma
ma smajniex minnhom, mhux għax konna torox iżda għax ma riduniex nisimgħu.
Jekk biex niksbu l-fondi mill-UE għandna ħafna diffikultajiet, m’hemm ebda
diffikultà biex inħallsu s-sehem tagħna lill-UE.
Is-sehem ta’ Malta jiġi kkalkolat bil-quddiem fil-bagit li l-Ministru tal-Finanzi jippreżenta fl-aħħar tas-sena.
Għal din is-sena s-sehem li se nħallsu lill-UE hu ta’ €66 miljun u dan jitħallas billi kull xahar bil-quddiem il-Gvern Malti jibgħat iċ-ċekk lill-UE.
Filwaqt li l-UE tibgħat il-fondi tagħha żmien wara li jsiru l-proġetti, pajjiżna jibgħat sehmu lill-UE kull xahar bil-quddiem.
M’hemmx diffikultajiet fil-ħlasijiet tagħna lill-UE bħalma hemm fil-ħlas tal-fondi tal-UE lilna.
Naħseb li sakemm nibqgħu fl-UE, ikun f’waqtu li jkollna Ministru direttament
responsabbli mill-fondi kollha tal-UE biex jiżgura li ma jintilfux u li nħarsu
sew ir-regolamenti tal-UE biex nevitaw li neħlu l-multi.
Ma jaqbilx li nibqgħu nħawwdu u ngħaddsu u bl-ineffiċjenza tagħna nitilfu l-flus jew inħallsu l-flus.
Qisna dħalna fi gwerra mingħajr m’aħna armati bl-armamenti għaliha.
B’Ministru responsabbli mill-fondi kollha tal-UE,
* jiġu evitati l-iskandli li kellna fil-Ministeru tal-Edukazzjoni,
* fil-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ,
* fil-qasam tal-biedja,
* fil-proġetti infrastrutturali li ma tlestewx fil-ħin,
* u fin-nuqqas ta’ tagħrif li obbligati nagħtu lill-UE.
Hu dmir tagħna li nħarsu l-interessi nazzjonali qabel l-interessi tal-individwi,
u l-interessi nazzjonali jitolbu li l-Ministri kollha jċedu t-tmexxija tal-fondi
tal-UE lil Ministru wieħed li jkun direttament inkarigat mill-fondi kollha li
għandna dritt għalihom mill-UE.
Il-Ħamis, 19 ta’ Awwissu, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ