MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
“Ebda
barrani, ukoll jekk Ewropej, m’ghandu dritt jixtri proprjetà fi gzejjer
zghar”
Qrajna
b’interess kbir l-artiklu li kiteb Dun Anġ Seychell f’dan il-ġurnal
(L-Orizzont), nhar it-Tnejn, 7 ta’ Awissu.
Ngħiduha
mill-ewwel bla tlaqliq ta’ xejn, dak li kiteb Dun Ang – u mhux din id-darba
biss – lanqas il-politiċi m’għandhom il-kuraġġ jgħiduh
jew jiktbuħ, fejn dan jikkonċerna s-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni
Ewropea.
Il-punt li laqatna l-aktar fl-artiklu msemmi, fejn Dun Anġ kiteb li
“skond il-principju Ewropew tal-proporzjonalità, ebda barrani, ukoll jekk
Ewropew, m’għandu jedd jixtri proprjetà fil-gżejjer żgħar
ta’ l-Ewropa”.
Sa
fejn naf aħna, Malta kienet u għadha pajjiż zghir.
Dan il-punt dwar il-proporzjonalità, Dun Anġ kien digà kiteb dwaru u anke
tkellem fuqu fil-programmi li s-CNI kienet ittella’ fuq Smash TV.
Sal-lum
ma smajna u lanqas qrajna xejn dwar dan il-punt importantissimu għal pajjiżna,
la mill-politiċi taż-żewġ naħat tal-Parlament Malti, u
lanqas mill-ħames Membri tal-Parlament Ewropew!
Hija ħaġa mill-aktar stramba li dak li jikteb qassis rigward materja
li tant qiegħda tolqotna ħażin, u li għandha x’taqsam
direttament mas-sħubija ta‘ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, l-ebda
politiku m’għandu l-kuraġġ isemmiha.
Qisha
l-Unjoni Ewropea tant itterrorizzat lill-politiċi tagħna, li ma
jazzardawx isemmu kemm qiegħed jolqotna ħażin il-moviment ħieles
tal-persuni u dak tal-kapital – żewġ pilastri mill-erba’ li
twaqqfet fuqhom l-Unjoni Ewropea.
Huwa fatt sagrosant li l-għoli tal-prezzijiet tal-proprjetà f’Malta laħaq
livell fenomenali.
Dan
il-ġenn ta’ prezzijiet huma relatati direttament mas-sħubija
fl-Unjoni Ewropea.
Dan
ammettewh anke aġenti tal-proprjetà f’Malta u barra minn Malta.
Din
is-sitwazzjoni qiegħda ġġib tbatija ferm kbira għal eluf
ta’ koppji żgħażagħ, u speċjalment “single
mothers”, li jkollhom bzonn isibu fejn joqogħdu.
Dun Anġ spjega kemm-il darba li “l-applikazzjoni ta’ liġijiet li
jaħdmu tajjeb fuq numri kbar (pajjiżi b’popolazzjoni kbira) għandhom
effett esaġerat u ma tistax tbassru fuq numru żgħar ħafna”
– bħal pajjiżna.
Qabel
ir-referendum dan l-argument kien jingħad ukoll mill-Partit Laburista.
Wara
l-Elezzjoni Ġenerali dan l-argument baqa’ jingħad biss mis-CNI u
minn Dun Anġ. Seychell!
Kien
ukoll argument tajjeb ħafna ta’ Dun Anġ fejn kiteb li l-ekonomija
Maltija llum “hi żbilanċjata favur il-proprjetà”.
Bil-għoli
fenomenali fil-prezzijiet tal-bini, mhux bilfors li hawn nuqqas kbir ta’ flus
fl-idejn, la kull ċentezmu li jkollhom eluf kbar ta’ koppji u familji
Maltin u Għawdxin, qiegħed imur biex jitħallas id-dejn kbir li għandhom
fuq il-proprjetà li xtraw?
“Kif
tridhom jixtru?” staqsa Dun Anġ.
U
għandu raġun biex ibiegħ!
Dan il-bini kollu li tielgħa kullimkien qiegħed ikollu effett ħażin
ħafna fuq it-turiżmu.
Iżda
billi l-Gvern qiegħed jibbaża t-tkabbir ta’ l-ekonomija prinċipalment
fuq is-settur tal-proprjetà, qiegħed jibża’ jagħmel pass li
jista’ jwassal biex tonqos din il-ferneżija kollha.
U
b’hekk forsi, nibdew naraw neżlin flok telgħin, il-prezzijiet
tal-bini.
Li jidher li mhux jinduna l-Gvern hu li t-titjib fil-figuri tal-kostruzzjoni,
qiegħed jikkawża problemi kbar fl-aktar settur importanti għal
pajjiżna – dak tat-turiżmu.
U
anke fil-qasam soċjali ta’ pajjiżna.
Jekk mhux se naqbdu l-barri minn qrunu billi ngħidu lill-UE li bl-istess
prinċipju tagħha ta’ proporzjonalità, Malta ma tiflaħx għal
aktar barranin li jigġ jgħixu u/jew jaħdmu hawn, allura se jkun
impossibbli li l-poplu Malti jgħix b’mod tajjeb fil-futur.
Malta ssir pajjiż fejn jekk m’għandekx salarju jew qligħ għoli
ħafna, ikollok tara fejn iddabbar rasek f’xi pajjiż ieħor.
Il-prezz
tal-proprjetà
Il-prezz
tal-proprjetà tiela’ dejjem ’il fuq,
M’hemm
xejn ħażin la hekk jitlob is-suq.
Il-ħażin
biss għall-koppji u familji Maltin,
Li
qed jispiċċaw imsallba nobis, MIDJUNIN!
Pajjiżna spiċċa l-ġenna ta’ l-ispekulaturi,
Li
mill-proprjetà qed isiru ferm aktar sinjuri.
Bil-Gvern
Nazzjonalista jagħlaq għal kollox għajnejh,
Għax
minn dil-problema, bħal Pilatu, ħasel idejh!
L-Unjoni Ewropea wkoll hija ħatja bħall-gvern,
Qed
tħalli ħajjet iż-żgħazagħ issir qisha nfern.
Moħħha
biss kif f’Malta qed jaħdem is-suq,
Waqt
li fuq dil-problema tibqa’ b’ħalqha magħluq!
Skond l-istess prinċipju tagħha ta‘ PROPORZJONALITÀ,
Tista’,
jekk trid, issolvilna dil-problema bis-serjetà.
Tagħtina
d-dritt li ma ndaħħlux aktar f’Malta barranin,
Ħalli pajjiżna jibqa’
biss DAR IL-MALTIN!
“Lemin
Estrem” jew “Xellug Estrem?”
Ġiet f’idejna r-rivista Żminijietna
ta’ April-Gunju, 2006.
F’din ir-rivista jinghad li hi
“l-leħen tax-xellug”.
Qrajna l-ewwel parti ta’ artiklu taħt it-titlu: “Iż-żewġt
uċuħ tan-nazzjonalizmu”.
Kien artiklu miktub tajjeb ħafna
fejn intwera l-wiċċ pożittiv tan-“nazzjonalizmu”, jigifieri
“l-imħabba lejn pajjiżek u r-rieda li tagħmel sagrifiċċju
għal pajjiżek”.
Forsi tħalliet barra – ma nafux hux bi żvista – li
“n-nazzjonalizmu” jfisser ukoll li taħdem biex tħares u tiddefendi
l-ewwel u qabel kollox, l-interess ta’ pajjiżek u tal-poplu tiegħek.
Kien ta’ dispjaċir għalina
għalhekk ninnotaw fl-istess rivista, żewġ artikli – jew aħjar
artiklu u stqarrija – li ħaduha qatta bla ħabel kontra moviment li
f’dawn il-ktibiet, ġie deskritt bħala “Moviment tal-lemin
estrem”.
Ġie allegat li dan il-moviment
– li lanqas semmewh b’ismu qiegħed jippromwovi l-mibgħeda lejn
l-immigranti illegali.
Hija ħasra li moviment li qiegħed jaħdem biex jiddefendi
l-interess ta’ Malta u l-Maltin – qegħdin nirreferu għall-Alleanza
Nazzjonali Repubblikana (ANR) – ġie deskritt b’dan il-mod.
Mela, skond dawk li kitbu l-kitbiet
imsemmijin fi Żminijietna, kemm aħna tas-CNI kif ukoll Dun Anġ
Seychell, aħna “razzisti”, għax ilna niktbu u nitkellmu dwar
il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali u kif din qiegħda jkollha effett
ħażin ħafna fuq pajjiżna u l-poplu Malti, speċjalment
il-ħaddiema.
Fuq din il-kwistjoni, kemm dak li għidna aħna u kemm dak li kitbu u
qalu l-esponenti ta’ l-ANR jixxiebħu ħafna.
Għalkemm nistgħu ma naqblux
f’kollox ma’ l-ANR, bħal, per eżempju, il-pożizzjoni li
ħadu dwar il-gwerra fil-Libanu, ma nistgħux ma naqblux ma’ dak li
qalu dwar l-immigrazzjoni illegali u dwar l-Unjoni Ewropea.
Wara kollox dak li għidna aħna u anki l-ANR, huwa riflessjoni eżatta
ta’ dak li qiegħda tgħid il-maġġoranza assoluta tal-poplu
Malti.
Żgur li ħadd b’daqshekk
m’għandu dritt jakkuża lil ħaddiehor bi propaganda “razzista
tal-lemin estrem”.
Min jagħmel dan jista’ jkollu
hu stess xi aġenda li tkun tax-xellug estrem, ngħidu aħna bħalma
kien il-komunizmu.
Propaganda
favur l-Ewro f’rivista tal-Knisja
Fir-rivista li l-Kulleġġ
tal-Kappillani joħroġ kull xahar – Flimkien – għall-parroċċi
kollha Maltin, l-Unjoni Ewropea permezz tar-rappreżentanza tal-Kummissjoni
Ewropea f’Malta, sabet ukoll mezz kif tagħmel propaganda dwar il-munita
waħdanija Ewropea – l-Ewro.
Kieku fiż-żewġ paġni miktubin minn Saviour Ellul, inkiteb
biss informazzjoni dwar l-Ewro li mhix propaganda, ma kien ikun hemm xejn ħażin.
Per eżempju, dak li nkiteb dwar
kif jinqasam l-Ewro u f’liema pajjiżi beda jiċċirkola l-Ewro u
informazzjoni oħra bħal din, kienet tkun informazzjoni fattwali u bżonnjuża.
Iżda meta nkiteb ukoll “L-Ewro
fl-interess tagħna lkoll”.
Jew li “l-Ewro ħin għat-twettiq
ta’ politika ekonomika b’saħħitha”, dan ma kien xejn ħlief
propaganda favur il-munita Ewro!
Jekk l-Ewro hix se tkun “fl-interess tagħna lkoll”, għad irridu
naraw meta tidhol l-Ewro fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2008.
Dak li ġara f’pajjiżi oħrajn
li daħħlu l-Ewro, ma tantx iqawwilna qalbna!
Dwar jekk l-Ewro hix se “twassal għat-twettiq ta’ politika ekonomika
b’saħħitha”, li diġà nafu hu li fil-pajjiżi ta’
l-Unjoni Ewropea li jużaw l-Ewro, il-progress ekonomiku kien tista’ tgħid
l-aktar wieħed dgħajjef fid-dinja!
Raġuni prinċipali għal dan hu l-fatt li dawn il-pajjiżi
membri fl-UE tilfu l-kontroll fuq l-ekonomiji tagħhom, liema kontroll
tista’ tgħid li għadda f’id il-Bank Ċentrali Ewropew.
Anki pajjiżi membri fl-UE li ma
riedux idaħħlu l-Ewro, l-ekonomiji tagħhom marru aħjar
mill-ekonomiji ta’ dawk l-istati membri li għandhom l-Ewro bħala
l-munita tagħhom.
Tgħid jekk id-dħul ta’ l-Ewro jkollu effett negattiv għall-poplu
Malti, nerġgħu naraw xi kitba fir-rivista Flimkien fejn tintalab maħfra
għall-informazzjoni (!) żbaljata li ngħatat dwar l-Ewro?
Prosit
lil Dr Michael Falzon
Kien
ta’ solliev kbir għalina u għal eluf kbar ta’ koppji żgħażagħ
u familji Maltin, dak li qal id-Deputat Mexxej Laburista, Dr Michael Falzon, dan
l-aħħar meta stqarr li l-problema kbira tal-prezzijiet tal-proprjetà
se tkun “priorità” għall-Partit Laburista meta jirbaħ l-Elezzjoni
Ġenerali li jmiss.
Din
l-aħbar għandha tqawwi l-qlub ta’ tant eluf ta’ familji u koppji
Maltin u Għawdxin.
Il-biża’ tagħna hi – u j’Alla aħna żbaljati – li
forsi l-Unjoni Ewropea tiddeffes, u taħt il-ligi dwar il-kompetizzjoni, tgħidilna
li l-Gvern Laburista jkun qiegħed jikser din il-liġi billi jkun qiegħed
jikkompeti b’mod inġust ma’ l-ispekulaturi privati, li l-għan tagħhom
hu li l-prezzijiet tal-proprjetà jkomplu jogħlew – bħalma kien qal
Dr Eddie Fenech Adami meta kien Prim Ministru: “Ħa jogħlew
il-prezzijiet”!
Jekk jiġri dan, Gvern Laburista jrid ikun determinat li jieqaf lill-Unjoni
Ewropea u b’hekk jerġa’ jagħti xiehda li l-prinċipju ta’
“Malta l-ewwel u qabel kollox” għadu prinċipju li jnebbah il-hidma
ta’ Gvern Laburista, bħalma kien fil-passat!
Qwiel
Maltin
“Tgħoddx
il-flieles qabel ma jfaqqsu” u
“Tagħmilx zalza qabel taqbad il-ħut”.
Tifsira:
Toqgħodx tfassal ħafna pjani fuq il-ġejjieni (id-dħul ta’
l-ewro) li għadu ħolm fl-ajru (kemm se jiġi ġid ekonomiku
bl-ewro).
Niddedikaw
dawn iż-żewġ qwiel lis-Sur Saviour Ellul li kiteb il-propaganda
favur l-ewro fir-rivista ‘Flimkien”.
Is-Sibt, 19 ta’ Awissu, 2006
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ