MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

  

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Xi tlifna bl-Unjoni Ewropea

 

Sikwit nisimgħu bl-għeluq ta’ fabbriki u lukandi f’pajjiżna u t-tkeċċija tal-ħaddiema tagħhom. 

 

Għalkemm ifittxu jgħaġġlu jgħidulna li l-għeluq tal-fabbriki u l-lukandi ma għandu x’jaqsam xejn mas-sħubija ta‘ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-veritŕ hija li l-għeluq tal-fabbriki u tal-lukandi u s-sensji tal-ħaddiema tagħhom, ġew għax ma jħalluniex nagħtu l-għajnuniet meħtieġa ħalli l-fabbriki u l-lukandi ma jagħlqux u ħalli jżommu fl-impjieg lill-ħaddiema.

 

Dan id-diżastru fl-impjiegi qiegħed jiġri għax naqset il-kompetittivitŕ ta‘ pajjiżna minħabba ż-żieda fl-ispejjeż li seħħew wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. 

 

Fost l-ispejjeż li żdiedu ħafna, hemm 

* il-prodotti taż-żejt, 

* id-diżil,                   

* il-petrol u              

* l-pitrolju,             

* il-prezz tal-gass,  

* tal-elettriku u        

* ta’ l-ilma              

 

li kollha tilfu t-tnaqqis li kienu jgawdu qabel is-sħubija fl-Unjoni minħabba l-prezz taż-żejt orħos minn tas-suq li konna nħallsu, skond il-ftehim li kellna mal-Libja, li s-sħubija fl-Unjoni telfitna.

 

Żieda fl-għoli tal-ħajja

 

Żdiedu l-ispejjeż kemm tal-produzzjoni kif ukoll tas-servizzi minħabba wkoll iż-żieda fl-għoli tal-ħajja bid-dħul f’pajjiżna tat-taxxa tal-VAT ordnata mill-Unjoni Ewropea fuq l-oġġetti u s-servizzi, u bid-dazju ogħla tal-Common External Tariff ta’ l-Unjoni fuq il-prodotti mixtrija minn pajjiżi barra l-Unjoni.


Għalhekk is-sħubija fl-Unjoni Ewropea kellha effett ħażin ħafna fuq il-kompetittivitŕ ta’ pajjiżna, u għalhekk f’pajjiżna x’uħud mill-fabbriki u l-lukandi għalqu u ssensjaw lill-ħaddiema. 

 

Dan it-telf kollu li kulħadd jafu, iżda li ħadd ma jsemmih, ġarrabnieh minħabba s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.


Tlifna ħwejjeġ oħrajn bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. 

 

Tlifna għadd kbir ta‘ kumpaniji rreġistrati f’pajjiżna ta’ barranin li jagħmlu n-negozju tagħhom barra minn Malta, li konna nagħtuhom trattament preferenzjali fit-taxxa, u minħabba dawn il-benefiċċji, kien jirreġistraw f’pajjiżna. 

 

Tlifnihom għax l-Unjoni Ewropea ma tħalliniex nagħtuhom dawn il-benefiċċji fit-taxxa biex niġbduhom lejn pajjiżna, għax l-Unjoni ma tridniex noħduhom lill-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni li ma jagħtuhomx l-istess benefiċċji fit-taxxa.

 

Telf ta’ investment barrani

 

Tlifna wkoll, bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, dak l-investiment barrani kollu li kien jiġi f’pajjiżna bis-saħħa ta‘ l-għajnuniet li konna nagħtu lill-industriji tal-manifattura u tas-servizzi li jitwaqqfu f’pajjiżna ħalli joħolqu impjiegi għall-ħaddiema Maltin.


L-investiment kollu li ġie xorta waħda kien jiġi kieku bqajna barra l-Unjoni Ewropea. 

 

Miegħu kien jiġi investiment ħafna aktar kieku ma dħalniex fl-Unjoni. 

 

Għalhekk bis-sħubija fl-Unjoni, tlifna mhux żidna investiment barrani, u tlifna l-impjiegi kollha li l-investiment li tlifna kien joħloq f’pajjiżna.

 

Anki finanzjarjament tlifna mhux irbaħna bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. 

 

Għaliex minkejja l-ftaħir kollu dwar il-miljuni li nirċievu mill-Unjoni Ewropea, 

* ma nirċevux daqs kemm ikollna nħallsu lill-Unjoni Ewropea, 

* daqs kemm konna nirċievu meta konna barra l-Unjoni Ewropea u tlifna mas-sħubija, 

* daqs kemm nitilfu profitti kull sena billi jkollna nagħtu r-riżervi barranin tagħna lill-Unjoni Ewropea, u 

* daqs kemm nonfqu fi spejjeż enormi minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. 

 

Tant jafu li l-iżbilanċ huwa kontrina, li qatt ma jgħidu x’noħorġu u x’nitilfu minħabba s-sħubija, imma jsemmgħu biss x’nirċievu.

 

Telf kbir morali

 

Barra t-telf finanzjarju u materjali u t-telf ta‘ l-impjiegi, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea kkaġunatilna telf ta’ xorta oħra, forsi anki akbar. 

 

Għax is-sħubija fl-Unjoni tellfet lill-poplu tagħna, speċjalment liż-żgħażagħ, ir-rieda sfieqa li għandna l-ħila li ngħixu u nimxu ’l quddiem bil-ħidma u t-talenti tagħna, u mhux bilfors ikollna nistrieħu fuq il-ħniena ta’ l-Unjoni Ewropea li tmexxina bħal meta konna kolonja maħkuma mill-barrani.


Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea telfitna l-karattru sod u d-dehen ta’ dawk qabilna li għarfu jagħmlu s-sagrifiċċji kollha meħtieġa ħalli nkunu poplu ħieles b’rajna f’idejna.

L-Unjoni Ewropea telfitna s-sens bnin li naħsbu f’għajrna aktar milli naħsbu fina nfusna. 

 

Għajb kbir nisimgħu min jiftaħar kemm qabillu personalment bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, mingħajr ma jagħti kas 

* kemm intilfu l-impjiegi minħabba s-sħubija, 

* kemm iż-żgħażagħ tagħna isibuha impossibbli li jkollhom darhom minħabba kif sploda s-suq tal-proprjetŕ wara s-sħubija fl-Unjoni, 

* kemm setturi akbar tal-poplu qegħdin jitfaqqru bl-għoli tal-ħajja, 

 

u aktar ’il quddiem se jbatu 

* bin-nuqqas tas-servizzi soċjali b’xejn u 

* bit-tnaqqis fil-pensjonijiet, 

 

kollu effett tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.


Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, rebaħ l-egoiżmu f’pajjiżna, u tilfet il-ġustizzja soċjali.

 

L-Unjoni Ewropea tkabbrilna l-problema ta’ l-immigranti

 

Skond il-ġurnalista ta’ l-EU Observer, Lucia Kubosovo, il-Gvern Malti huwa rrabjat li l-Unjoni Ewropea ħallietu jfendi waħdu fil-kwistjoni ta‘ l-immigranti illegali, meta il-kwistjoni hija ta‘ l-Unjoni Ewropea kollha.


Ftit tal-ġranet ilu l-ġurnalista ta’ l-EU Observer kitbet li l-awtoritajiet Maltin ilmentaw li mewġa ta’ immigranti illegali għamlu lil gżiritna ċentru kbir ta’ detenzjoni (‘detention centre’). 

 

Is-sena li għaddiet daħlu f’Malta 1,800 immigranti illegali u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew 750 oħrajn.

 

Hawn b’kollox madwar 3,000 immigranti illegali.


Skond Lucia Kubosovo, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Soçjali u l-Familja Dolores Cristina, ilmentat li pajjiżna tħalla għal wisq żmien mill-UE jitfaċċa waħdu l-problema ta’ l-immigranti illegali, meta fil-fatt il-problema tolqot l-UE kollha. 

 

Hija ma kinitx qiegħda tirriferi għall-fondi, iżda għad-diffikultajiet li immigranti membri ta’ l-istess familja, jingħaqdu flimkien (‘family reunification’ u ‘resettlement’). 

 

Għax skond ir-regolamenti ta’ l-UE, il-pajjiż li jinżlu fih l-immigranti illegali, għandu jieħu ħsiebhom hu u ma jħallihomx imorru f’pajjiżi oħrajn ta’ l-Unjoni. 

 

Għal Ministru Cristina dawn ir-regolament qegħdin joħolqu f’Malta ċentru kbir magħluq fejn l-immigranti illegali jinżammu bilfors kontra r-rieda tagħhom, għax huma jridu li jitħallew ikomplu sejrin f’pajjiżi kbar ta’ l-Unjoni u mhux li jibqgħu f’Malta.


Skond il-Ministru Cristina, il-Kumissarju Ewropew responsabbli mill-immigrazzjoni, Franco Frattini, ma mexiex b’ħeġġa biżżejjed biex jipperswadi lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni jgħinu f’din il-kwistjoni.

 

Il-Ministru qalet ukoll li l-Gvern Malti qed jagħmel li jista’ biex il-poplu jġib ruħu b’tolleranza ma’ l-immigranti illegali.

 

Iżda n-numru dejjem jikber ta‘ immigranti illegali f’naħa waħda ta’ pajjiżna qed joħloq biża’ ta’ nuqqas ta’ akkomodazzjoni, li huwa fatt, ta’ nuqqas ta’ xogħol, li huwa veru wkoll u li l-immigranti barranin qegħdin jieħdu d-djar u x-xogħol meħtieġa mill-Maltin.


Fl-istess ġranet li xxandret il-kritika li l-Ministru Cristina għamlet lill-UE wara l-kwistjoni ta‘ l-immigranti illegali, uffiċċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista, Frank Psaila, kiteb hekk f’ġurnal lokali: 

 

“Sinċerament issa bdejt nitħasseb dwar kemm l-UE hi determinata li b’mod konkret tgħin lill-pajjiżna fil-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali. Ġew Barroso, Frattini u għexieren ta’ politiċi Ewropej. Kollha jwegħdu li se jgħinuna, imbagħad jew din l-għajnuna ma tasal qatt jew meta tasal, tkun fjakka wisq.”

Aħna dejjem sostnejna li s-sħubija tagħna fl-UE qiegħda dejjem tkabbar il-problema ta’ l-immigranti illegali f’pajjiżna. 

 

Issa jidher li ħafna qegħdin jifhmu li nistgħu nsolvuha biss meta ninħallu mir-rabtiet tas-sħubija fl-Unjoni.

 

Il-ħaddiema tilfu bis-sħubija fl-UE

 

Minħabba l-politika u r-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, eluf ta’ ħaddiema barranin qegħdin jieħdu l-ħobż tal-ħaddiema Maltin f’ħafna oqsma, mhux l-inqas tat-turiżmu.

Skond tweġiba Parlamentari, ġew madwar 5,000 ħaddiem barrani jaħdmu f’Malta bis-saħħa tal-ftehim ta’ l-UE.


Tajjeb li nfakkru li ħafna mil-lukandi biex jitwaqqfu, ingħataw għajnuniet mill-Gvern bil-għan li joħolqu impjieg għall-ħaddiema Maltin. 

 

Issa qegħdin iħaddmu lill-barranin flok il-Maltin għax il-barranin ta’ l-UE għandhom dritt li jaħdmu f’pajjiżna, daqs il-ħaddiema Maltin.


Mhux biss għandhom dritt jaħdmu f’Malta ħaddiema mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, iżda wkoll ħaddiema minn pajjiżi barra l-UE li għamlu ftehim ma’ l-UE li jagħtihom dritt jaħdmu fl-UE. 

 

La darba aħna marbutin li nħarsu r-regolamenti u l-ftehim ta’ l-UE, ikollna naċċettaw dawn il-ħaddiema kollha jieħdu l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin.


Fil-qasam tas-servizzi dak li qiegħed jiġri fil-lukandi, qiegħed jiġri wkoll fit-tarznari. 

 

L-UE nsistiet li mijiet ta’ ħaddiema Maltin b’esperjenza fis-snajja jitkeċċew mit-tarznari, biex issa qegħdin jinġiebu mijiet ta’ ħaddiema barranin mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni, bħalma huma l-Pollakki u l-Bulgari, biex jagħmlu xogħol li qabel kienu jagħmlu l-ħaddiema Maltin tat-tarznari.

 

Il-ħaddiema Maltin intlaqtu ħażin wisq bil-politika u r-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, għax xogħol li qabel kien jinħadem f’Malta issa qed jittieħed f’pajjiżi oħrajn u xogħol li baqa’ jsir f’Malta, qed jittieħed min ħaddiema barranin li jinġiebu hawn.

U l-għajb huwa li quddiem dan id-diżastru fil-qasam tax-xogħol, għandna mexxejja sfaċċati li għadhom jippriedkaw li l-UE hi ta’ ġid għall-ħaddiem Malti.


Bis-sħubija fl-UE, mhux biss tlifna mijiet ta’ impjiegi bl-għeluq ta’ fabbriki u lukandi, bir-ristrutturar tat-Tarzna u bil-privatizzazzjoni ta’ impriżi tal-poplu, iżda tlifna ħafna impjiegi oħrajn bit-tneħħija tal-miżuri ta’ protezzjoni u tal-benefiċċji li konna nagħtu lill-impriżi li kienu jaħdmu għas-suq lokali. 

 

Il-miżuri ta’ protezzjoni u l-benefiċċji lill-impriżi li kienu jaħdmu għas-suq lokali, ma kienux mogħtijin għall-wiċċ tas-sidien ta’ l-impriżi, iżda biex jinħoloq ix-xogħol u l-impjiegi għall-ħaddiema tagħhom u biex titkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna, minflok li joħorġu minn pajjiżna l-flejjes minfuqin fix-xiri tal-prodotti minn barra.


Bl-Unjoni Ewropea l-ħaddiem Malti ma rebaħ xejn iżda tilef ħafna. 

 

Jekk noħorġu mill-Unjoni, ma jitlef xejn, iżda jirbaħ ħafna.

 

Il-Ħamis, 19 ta' Lulju, 2007.

<< Lura << 

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ