MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Il-privatizzazzjoni tat-Tarznari: Tradiment ta’ l-interess nazzjonali - CNI
I
l-Kampanja għall-Ħelsien
Nazzjonali CNI
qalet illum filgħaxija li hija kienet “iddisgustata” bil-pjani
tal-Gvern li jipprivatizza t-Tarznari ta’ Malta.
Is-CNI kompliet tgħid li dan kien “tradiment ta’ l-interess nazzjonali”.
Is-CNI immexxija minn Karmenu Mifsud Bonnici, ex-Mexxej tal-Partit Laburista qalet li din id-deċiżjoni ittieħdet bi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea imma mingħajr konsultazzjoni mal-ħaddiema jew dibattitu fil-parlament.
Is-CNI
ikkritikat il-pjani biex jitnaqqsu l-ħaddiema u fakkret li n-numru ta’
ħaddiema kien maqbul fit-taħdidiet ta’ ristrutturar seba’ snin ilu
mill-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti
fil-Pjan ta’ Ristrutturar tat-Tarzna.
Issa l-Gvern u l-Unjoni Ewropea qegħdin isostnu li kienu żbaljati għax it-Tarzna ma tistax tkun vijabbli, aħseb u ara kemm tista tagħmel qligħ, bin-numru ta’ ħaddiema miftiehem seba’ snin ilu.
“Kollox juri li l-pjan tal-Gvern, bil-kunsens ta’ l-Unjoni Ewropea, kien li t-Tarzna tiċkien u tingħata lill-privat, u r-riżultati finanzjarji ħżiena tat-tmexxija tat-Tarzna jagħtu raġun ħalli dan il-pjan jitwettaq,” qalet is-CNI.
Il-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI saħqet li “mhix se tagħti l-kunsens tagħha għat-tradiment ta’ l-interessi nazzjonali tal-poplu Malti".
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 19 Ġunju, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ