MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Diskriminati ħaddiema Maltin fit-Tarzna
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Taghrif allarmanti dwar it-Tarzna li s-CNI irnexxielha tikseb, għandu jħasseb lill-pubbliku u jsaħħaħ is-sejħa tal-ħaddiema għal investigazzjoni serja u imparzjali dwar kif din l-azjenda nazzjonali qiegħda titmexxa.

L-ewwel tagħrif inkwetanti huwa li t-Tarzna ingaġġat barrani, John Martin, bħala Training Manager, b'salarju ta' £300 kuljum.
Ħadd ma jaf dan x'inhu jagħmel, ħlief li jitħallas salarju favoluż, u lil min qiegħed iħarreġ jew jgħallem.
Min
għaġġel ħariġlu l-permess biex it-Tarzna setgħet
tingaġġah?
M'għandux il-pubbliku Malti, li jħallas it-taxxi, ikun jaf xi
kwalifiki speċjali dan il-maniġer barrani għandu, li ma jinstabux
f'maniġers Maltin magħrufin għall-ħila u l-esperjenza tagħhom?
Tagħrif ieħor preokkupanti huwa dwar il-kuntratt li t-Tarzna tagħti għall-‘iscaffolding’.
Qabel, l-armar meħtieġ biex ikun jista' jsir ix-xogħol, kienu jagħmluh ħaddiema tat-Tarzna stess.
Minn xi żmien ’l hawn, it-Tarzna bdiet tagħti x-xogħol ta' l-‘iscaffolding’ b'kuntratt u għalih jitqabbdu ħaddiema ‘casual’ barranin.
Għaliex
qegħdin jinħarġu permessi għal 'casuals' barranin, meta
jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol ħaddiema 'casuals' Maltin, bi
spejjeż inqas għat-Tarzna?
Huwa magħruf li kemm il-GWU, kif ukoll il-maniġers Maltin huma
tal-fehma li t-Tarzna jaqblilha tqabbad 'casuals' Maltin li jkunu flessibbli u
jistgħu jagħmlu xogħol ieħor barra dak ta' l-‘iscaffolding’.
Hawn il-mistoqsija f'waqtha hija, għaliex il-Ministru tat-Tarzna, Dr Austin Gatt, qiegħed jippermetti jew jawtorizza li ssir din id-diskriminazzjoni kontra ħaddiema Maltin, b’żieda fl-ispiża għat-Tarzna?
Għaliex
il-Gvern qiegħed jgħaġġel joħroġ il-permessi
lill-barranin, minflok jawtorizza li jitħaddmu Maltin?
Minbarra
dan, il-GWU ilha tisħaq li jekk dan ix-xogħol jingħata b'kuntratt,
it-Tarzna jaqblilha li l-ħlas miftiehem fil-kuntratt ikun fuq bażi ta'
‘lump sum’ u mhux fuq bażi ta’ 'time rate'.
Il-GWU qiegħda ssostni wkoll li t-Tarzna toħroġ sejħa internazzjonali għal offerti għax-xogħol u mhux l-‘executives’ tat-Tarzna jagħtu huma l-kuntratt lil min jogħġobhom.
Mhux magħruf x'inhu jżomm biex jintlaħaq ftehim dwar dan.
Il-kuntratt
ta’ l-‘iscaffolding’ għalaq f'Ottubru tas-sena l-oħra u għalhekk
għadda żmien biżżejjed ħalli s-sistema titjieb.
Dawn m'humiex fatturi iżolati li qegħdin itaqqlu t-tmexxija tat-Tarzna.
Is-CNI fil-ġimgħat li għaddew xandret il-fatt li l-Executive Management tat-Tarzna ħallas bil-quddiem lil kuntrattur li spiċċa ħarab minn Malta.
Jidher
li fin-nofs hemm is-somma ta' £2,000,000 li t-Tarzna rmiet b'mod irresponsabbli,
u li aħna li nħallsu t-taxxi se jkollna nbatu.
Ħaġa ta' l-għaġeb kif quddiem dawn l-allegazzjonijiet gravi,
il-Ministru Gatt baqa’ sal-lum sieket u frisk bħal ħassa.
Qegħdin taraw kif m’aħniex waħedna?
minn Eddy Privitera
Meta tkellimt fuq Smash TV il-Ħamis, 5 ta' Ġunju, kont tajt il-provi kif mhux biss aħna tas-CNI m'aħniex waħedna f'Malta għax hawn eluf ta' Maltin jaqblu magħna – iżda urejt kif hemm miljuni kbar jaħsbuha bħalna f'pajjiżi oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea.
U
kkwotajt stħarriġ li sar fir-Renju Unit mill-kumpanija ICM Research
fit-23 u l-24 ta' Jannar 2008.
F'dan l-istħarriġ irriżulta li 74% tal-poplu Ingliż ma jridx
li r-Renju Unit jibqa’ marbut ma’ l-UE bit-trattati li jeżistu llum.
Fil-fatt 24% iridu li r-Renju Unit joħroġ mill-UE totalment.
Waqt
li 50% iridu li r-Renju Unit ikollu ftehim ma' l-UE b’inqas irbit minn dak
tal-lum u jkun ibbażat fuq kummerċ u koperazzjoni u jkun allura forma
ta' ’partnership agreement’, kif ried il-Partit Laburista qabel ir-referendum.
Il-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, it-12 ta' Ġunju, tkellimt
dwar ir-referendum li kien qiegħed isir dak in-nhar stess fl-Irlanda.
Għedt
kif l-UE flimkien mal-Gvern Irlandiż u kważi l-partiti l-oħra
kollha ħlief wieħed – is-Sinn Fein – kienu jwerwru lill-Irlandiżi
biex jivvotaw iva għax inkella l-Irlanda tista’ tispiċċa iżolata
– kif kienu qalu li se jiġrilha Malta kieku l-poplu ma vvotax iva.
Minkejja
dan it-twerwir kollu, il-maġġoranza tal-poplu Irlandiż – 53.4%
– ivvota le, bħal ma kienu għamlu l-popli ta' Franza u ta' l-Olanda
dwar il-Kostituzzjoni ta' l-UE, li issa libbsuha libsa oħra u semmewha
“Trattat ta' Lisbona”.
Dan il-vot le ta' l-Irlandiżi reġa’ wera biċ-ċar li meta
l-poplu jitħallew jesprimu l-opinjoni tagħhom – kif suppost titlob
id-demokrazija – ħafna mill-popli ta' l-Ewropa jgħidu le għall-proġett
tal-burokratiċi Ewropej biex joħolqu stat wieħed federali.
Il-popli
ta’ l-Ewropa ma jridux dan. Iriduh biss il-politiċi u l-burokratiċi
li jgħoxew iħossuhom li qegħdin jiggvernaw madwar 500 miljun ruħ
flok il-ftit miljuni ta' pajjiżhom. Fil-każ tagħna, jiggvernaw
biss 400,000 ruħ.
L-aktar argument viljakk li qed jintuża minn dawn il-burokratiċi
rigward il-vot “le” tal-poplu Irlandiż hu, li qedgħin jgħidu:
“Mhux
sewwa li tliet miljun Irlandiż iwaqqaf il-mixja ta' 450 miljun ruħ, la
l-gvernijiet l-oħrajn kollha jkunu rratifikaw it-Trattat ta' Lisbona.”
X'ipokrezija grassa!
Jekk
id-deċiżjoni ta' tliet miljun ruħ mhux sewwa li twaqqaf il-mixja
ta' 450 miljun ruħ, mela kemm hi aktar ta' mistħija li ftit eluf ta’
deputati Parlamentari (fil-każ tagħna 65 deputati biss) fil-Parlamenti
kollha ta’ l-UE jaqbdu u jiddeċiedu l-futur ta’ 450 miljun ruħ bla
ma jagħtuna ċans ngħidu naqblux jew le ma’ dak li jkunu se
jiddeċiedu d-deputati Parlamentari?
Kif qal osservatur politiku fuq il-BBC, l-UE qiegħda aktar tidher li tibża’
mid-demokrazija.
Nispera li ħadd aktar ma jċempilli u jgħidli:
“Imma mhux intom biss qegħdin waħedkom titkellmu kontra l-Unjoni Ewropea?”
Issa naħseb li kulħadd induna kemm aħna tas-CNI m’aħniex waħedna.
Aktar
qed jirriżulta li huma l-politiċi u l-partiti li qegħdin jispiċċaw
waħedhom jilagħqu lill-allat ta’ Brussels!
Protesti
kbar kontra l-UE
Mijiet
ta' sajjieda qegħdin jipprotestaw bl-aħrax kontra l-politika ta' l-Unjoni
Ewropea li qiegħda tħarbathom.
Qegħdin jipprotestaw minħabba t-taxxi li l-Unjoni timponi fuq
il-fjuwil, li jkomplu jgħollu ħafna l-prezz tiegħu u l-ispejjeż
tas-sajjieda.
F'dawn il-ġranet mijiet ta' sajjieda Ewropej ġew Malta jipprotestaw li
l-Unjoni għalqitilhom l-istaġun tas-sajd tat-tonn ħmistax qabel
it-tmiem tiegħu.
L-Unjoni Ewropea qiegħda turi kemm il-politika tagħha hija żbaljata
u ta’ dannu għall-industrija tas-sajd.
Jaħbi
l-verità dwar it-Tarzna
Minghajr ma ddiskuta mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u mingħajr ma kkonsulta ma’ l-Oppożizzjoni, il-Gvern jidher li ftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ġejjieni tat-Tarzna.
Jidher
li ftiehem
(1) li jnaqqas in-numru tal-ħaddiema;
(2) li jagħti lill-privat parti mit-Tarzna; u
(3)
li parti mit-Tarzna jagħti għal żvilupp kummerċjali.
Fl-aħħar sentejn, tlieta, it-Tarzna tmexxiet b'mod mill-aktar
irresponsabbli u inkompetenti.
Jidher li se tiħrax il-kampanja biex it-tort jingħata lill-ħaddiema bl-iskuża ta' produttività baxxa u xogħol ta' kwalità ħażina.
Mentri
t-tort huwa tat-tmexxija tat-Tarzna u tal-Gvern li appoġġjaha.
Il-Gvern ma laqax l-isfida tal-ħaddiema biex issir inkjesta pubblika u
imparzjali, bis-sehem tat-‘taxpayers’ Maltin.
Ma
jridx li toħroġ il-verità dwar it-Tarzna.
Le
għall-prepotenza ta’ l-Unjoni Ewropea
L-Irlandizi ġabu fix-xejn l-arroganza tal-politiċi u l-prepotenza ta' l-Unjoni Ewropea li pprovaw iqarrqu billi biddlu l-isem tat-Trattat dwar il-Kostituzzjoni Ewropea bit-titlu ta' Trattat ta' Riforma ta’ Lisbona.
Il-vot “le” tal-poplu Irlandiż wera li l-fehma popolari fuq l-UE hija kontra dik tal-politiċi.
Kollox
juri li l-oppożizzjoni popolari għat-tmexxija u l-politika ta' l-Unjoni
hija mifruxa mal-maġġoranza tal-pajjiżi membri tagħha, mhux
lanqas, f'Malta.
Huma ħafna
r-raġunijiet għall-vot “le” għat-Trattat ta’ Lisbona tal-maġġoranza
ta’ l-Irlandiżi, fosthom
* il-politika ta’ militarizzazzjoni ta’ l-UE,
* it-tkabbir fis-setgħat ta' l-UE, u
* ż-żieda fid-deċiżjonijiet li l-Unjoni tieħu bil-maġġoranza u mhux aktar bil-kunsens ta’ kull pajjiż membru.
Dawn
ir-raġunijiet huma mħaddnin minn ħafna mill-popli tal-pajjiżi
ta’ l-Unjoni, fosthom minna l-Maltin li nemmnu fil-politika ta' newtralità u
fid-diżarm, li ma rridux li l-Parlament Malti jitneżża’ minn
aktar setgħat li jingħataw lill-Unjoni, u li ma naqblux li pajjiżna
jkun marbut b'deċiżjonijiet meħudin mill-maġġoranza
tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni meta ma jkunux ta’ ġid għall-poplu
tagħna.
Il-poplu Irlandiż ma setax jonqos li jistmerr il-politika ta’ l-Unjoni li ma tnaqqas it-taxxi fuq il-fjuwil u l-prodotti l-oħrajn taż-żejt, minkejja l-prezzijiet għoljin tagħhom fis-suq, li qegħdin ikollhom effett ħażin fuq ħafna industriji.
Ma setgħux lanqas l-Irlandiżi ma jiddiżapprovawx il-politika żbaljata ta' l-Unjoni li tħeġġeġ li aktar raba’ tinħadem għall-produzzjoni tal-biofjuwil minflok għat-tkabbir ta' l-ikel, u l-politika kiefra ta' l-Unjoni li tħallas sussidji lis-sidien li ma jaħdmux l-art tagħhom.
M'hemmx
dubju li dawn iż-żewġ miżuri ta' l-Unjoni Ewropea għenu
biex tikber il-kriżi li hawn tan-nuqqas ta' l-ikel u tal-prezz għoli
taċ-ċereali.
Il-vot “le” ta' l-Irlandiżi jagħti daqqa ta' ħarta
lill-politiċi kollha li biegħu ruħ-hom lill-Unjoni Ewropea.
Hu
jikxef aktar l-ipokresija ta' l-Unjoni li tiftaħar li hi demokratika, meta
tipprova tagħmel minn kollox biex ma tħallix lill-poplu juri bil-vot
tiegħu kif jaħsibha dwar id-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni, għax
taf li jkun kontrihom.
Mhux biss l-UE ħadet skoss bil-vot le ta’ l-Irlandiżi.
Għandu
jħossu jistħi l-Parlament Malti li għaġġel jivvota
unani-mament favur it-Trattat ta’ Lisbona, mingħajr biss ma flieh u qies
il-konsegwenzi ħżiena tiegħu għall-poplu Malti.
Il-Ħamis, 19 ta’ Ġunju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ