MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
L-Oppożizzjoni
Laburista għandha tastjeni – CNI
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej
tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, qal li l-Oppożizzjoni
Laburista għandha tastjenti mill-vot tagħha fil-Parlament dwar
il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Qal li huwa
fid-dmir tal-Partit Laburista li jaħdem
biex ixejjen il-ftehim li l-Gvern kien għamel ma’ l-UE
fl-2003, anke jekk jinsab fl-Oppożizzjoni.
Meta kien qiegħed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet
b’reazzjoni ghat-tliet rapporti li ppubblika l-Partit
Laburista, Dr Mifsud Bonnici qal li min se jivvota għal din
il-kostituzzjoni, ikun qiegħed jivvota għal dan il-ftehim, iżda
l-Partit Laburista jista’ ma jivvotax
favur billi jastjeni.
Il-vot għat-trattat tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE
se jgħaddi għas-sempliċi raġuni li l-Gvern għandu l-maġġoranza
fil-Parlament.
Iżda hawnhekk, għandu jkun id-dmir ta’ l-Oppożizzjoni Laburista, qal Dr Mifsud Bonnici, li ma tħallix il-Kostituzzjoni ta’ l-UE tkun superjuri għal dik Maltija.
Huwa qal li
skond l-Artiklu 6 tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE,
il-liġijiet li tagħmel l-UE, u li huma
fil-kompetenza ta’ l-UE, huma superjuri għal-liġijiet
tal-membri ta’ l-UE.
Iżda skond Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, kull liġi li tkun inkonsistenti għall-Kostituzzjoni
ta’ Malta hija mingħajr effett u għalhekk, sakemm il-Kostituzzjoni
Maltija ma tinbidlix, is-Sezzjoni 6
tibqa’ fis-seħħ u kull liġi ta’ l-UE
li ma tgħoddx għal Malta, ma tistax tidħol fis-seħħ
f’pajjiżna għalhekk, il-Kostituzzjoni
ta’ Malta tkun superjuri għall-Kostituzzjoni
ta’ l-UE.

Jekk l-Oppożizzjoni
Laburista ma tivvotax favur, ir-ratifika tgħaddi biss bil-vot tal-Membri
Parlamentari tal-Gvern b’maġġoranza sempliċi u mhux biż-żewġ
terzi tal-Parlament.
B’hekk il-Kostituzzjoni Maltija tibqa’
superjuri għal dik ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dwar it-tliet rapporti li ppubblika l-Partit
Laburista, Dr Mifsud Bonnici qal li tnejn minn dawn ir-rapporti, għalkemm
tlestew f’Ottubru li għadda, ġew ippreżentati biss f’Marzu u
minkejja li għaddew ħames xhur, ir-rapporti għandhom ħafna
żbalji, fosthom ta’ rinumerazzjoni.
Dwar ir-rapport ta’ Dr Edward Zammit Lewis, li huwa dwar kif qiegħda tiżviluppa
d-diskussjoni dwar ir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali fil-pajjiżi
membri ta’ l-UE, iċ-Chairman tas-CNI
qal li dan ir-rapport ma jgħid xejn dwar pajjiżna u għalhekk ma
kkummentax fuqu.
Dwar ir-rapport ta’ Dr Joe Brincat u Dr
Pawlu Lia li jitkellem dwar l-implikazzjonijiet legali, Dr Mifsud Bonnici
qal li skond informazzjonli li għandu, dan ir-rapport tħejja biss minn
Dr Joe Brincat.
Żied jgħid li f’dan ir-rapport hemm ukoll xi punti li m’għadhomx
japplikaw għal-lum u punti legali li m’humiex preċiżi, iżda
minkejja li huwa stess avviċina lil Dr Brincat
biex jinfurmah dwar dan, u minkejja li bagħtlu lista ta’ l-iżbalji
li hemm wara li Brincat talbu jindikalu fejn kienu,
il-Partit Laburista stampa r-rapport bl-iżbalji
oriġinali tiegħu.
Dwar
ir-rapport politiku li tħejja minn Dr George Vella, qal li dan ir-rapport ġie ppreżentat
bħala analiżi li sar mill-Partit
Laburista, iżda fl-aħħar
nett hemm imniżżel li din hija opinjoni personali tal-persuna li għamlet
ir-rapport.
Żied jgħid li min jgħid li skopra xi ħaġa billi jgħid
li l-liġijiet għandhom primat fuq il-pajjiżi membri, huwa żbaljat
għax diġà ġie stabbilit mill-Qorti Ewropea
li l-liġijiet
ta’ l-UE
huma superjuri u jipprevalu fuq il-liġijiet li jagħmlu l-parlamenti
nazzjonali.
Huwa qal li min għamel dan ir-rapport ma jistax jivvota favur, iżda
jista’ jastjeni minħabba li fir-rapport tiegħu niżżel li għandu
jkun hemm approvazzjoni tal-kostituzzjoni iżda b’ċerti riservi.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici semma wkoll li l-Gvern ħalla barra għadd
ta’ dikjarazzjonijiet li saru waqt in-negozjati ta’ Malta għas-sħubija
fl-UE.
Fost dawn id-dikjarazzjonijiet kien hemm dik tan-newtralità
u dik dwar ir-reġjun ta’ Ghawdex.
Dr
Mifsud Bonnici staqsa kif wieħed jista’ jivvota favur il-Kostituzzjoni li
ħalliet barra żewġ dikjarazzjonijiet daqstant importanti.
Qal li l-politika ta’ l-UE
mhix politika ta’ newtralità, għalhekk ma taqbilx mal-politika ta’
pajjiżna u għalhekk pajjiżna ma jistax jaqbel mal-politika
barranija.
Iċ-Chairman
tas-CNI
temm jgħid li ma’ dawn it-tliet rapporti għandu jitħejja ieħor
li jagħti l-argumenti kontra l-konklużjonijiet tar-rapporti.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 19 ta’ April, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar