MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek

 

It-Tarzna mġiegħla tissussidja Lm255,000 lill-Gozo Channel

 

Skond tagħrif li l-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) kisbet, il-Gvern ġiegħel lit-Tarzna tissussidja lill-kumpanija Gozo Channel ’l fuq minn kwart ta’ miljun lira Maltin, u dan meta t-Tarzna jeħtiġilha min jgħin lilha.

Dan is-sussidju ngħata mit-Tarzna fuq xogħol tar-rampi li t-Tarzna aċċettat li tagħmel għat-tliet vapuri tal-Gozo Channel. 

 

Ix-xogħol kien għal kollox ‘prototype’, jiġifieri li kellu jsir fuq disinji magħmulin speċifikament għall-kundizzjonijiet tal-vapuri u tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

Is-
CNI saret taf li meta r-rappreżentanti tal-GWU staqsew f’Settembru 2007, kemm kien se jiswa x-xogħol fuq ir-rampi u kemm se jħalli ‘recovery’ fuq l-ispiża tal-Labour li ħadem fuqu, il-Maniġment Eżekuttiv tat-Tarzna wieġeb li t-Tarzna kienet se titħallas mingħand il-Gozo Channel skond ir-rati fil-kuntratt miftiehem bejniehom.

Fi Frar ta’ din is-sena, ir-rappreżentanti tal-GWU reġgħu staqsew kemm kienet telgħet l-ispiża tal-‘labour’ fuq ix-xogħol tar-rampi u min kien se jħallas il-kont. 

 

Ftit qabel l-Elezzjoni Ġenerali ċ-Chief Executive Officer tat-Tarzna, Chris Bell, wieġeb li t-Tarzna kienet se tagħmel profitt raġjonevoli fuq ix-xogħol tar-rampi.

 

Is-CNI sabet li għalkemm il-Gvern jgħid li tagħrif sħiħ dwar id-dħul u l-ħruġ finanzjarju tat-Tarzna kien jingħata lir-rappreżentanti tal-GWU, 

* dan ma kienx minnu, 

* it-tagħrif mogħti kien ta’ kultant, 

* mhux sħiħ, u

* l-GWU qatt ma setgħet ikollha stampa sħiħa tal-Management Accounts tat-Tarzna. 

 

Is-CNI tifhem li fil-każ tar-rampi tal-vapuri tal-Gozo Channel, it-Tarzna naqset li ddaħħal tiegħu kemm iċ-ċirkostanzi kienu jagħtuha l-opportunità li tagħmel.

 

Għax fil-waqt li fuq xogħol normali r-‘recovery’ li t-Tarzna tagħmel huwa 200% fuq l-ispiża tal-‘labour’, fil-każ tar-rampi t-Tarzna imissha għamlet ‘recovery’ akbar, la darba l-klijent kien ikollu jmur jagħmel ix-xogħol barra minn Malta, kieku t-Tarzna ma kinitx lesta tagħmlu.

Iżda skond stħarriġ li s-CNI għamlet, jirriżultalha 

* li t-Tarzna, 

* fuq ix-xogħol tar-rampi, 

* la għamlet ir-‘recovery’ normali ta’ 200%, 

* la għamlet r-‘recovery’ li setgħet tagħmel, 

* għax għamlet biss 75% ‘recovery’ fuq l-ispiża tal-‘labour’. 

 

Dan ifisser li t-Tarzna ċċarġjat lill-Gozo Channel madwar Lm255,000 inqas mill-ammont ta’ 200% ‘recovery’ normali li kellha tiċċarġja. 

 

B’hekk it-Tarzna ġiet issussidjat lill-Gozo Channel is-somma ta’ madwar Lm255,000.

Anzi fil-fatt it-Tarzna tilfet aktar minn hekk fuq dan ix-xogħol tal-Gozo Channel. 

 

Għax ix-xogħol tar-rampi beda f’nofs is-sena 2007 u t-Tarzna ħarġet il-pagi kollha li tħallsu u ħallset ukoll il-materjal u għamlet spejjeż oħrajn, b’kollox ħarġet madwar Lm450,000.

 

Iżda l-Gozo Channel ħallset il-kont ftit tal-ġranet ilu, f’Ġunju li għadda u għalhekk it-Tarzna ġiet li rrifjutat l-imgħaxijiet fuq il-ħruġ li għamlet għal dan ix-xogħol tar-rampi, u hi ffrankat lill-Gozo Channel madwar Lm25,000 oħrajn ta’ mgħaxijiet. 

 

B’kollox għalhekk it-Tarzna ġiet issussidjat lill-Gozo Channel bl-ammont ta’ madwar Lm280,000.

Il-Gvern kien kuntent li jżid it-telf tat-Tarzna b’madwar Lm280,000, ħalli l-qligħ tal-Gozo Channel jidher akbar b’dak l-ammont.

 

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju, 2008

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ