MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kemm qed tiswielna s-sħubija fl-UE

 

 

Ilna s-snin nisfidaw lill-Gvern biex jagħti d-dettalji ta’ kemm qiegħda tiswielna s-sħubija, jew aħjar il-Kolonizzazzjoni mill-ġdid ta’ pajjiżna, fl-Unjoni Ewropea.

 

Qatt ma kellhom il-kuraġġ jilqgħu l-isfida tagħna għax jafu li jekk jagħmlu dan, il-poplu jinduna li ngannawh bil-kbir meta kienu jsemmu, u għadhom isemmu, il-miljuni kbar ta’ ewro li jiġu mill-Unjoni Ewropea.

 

Kien għalhekk interessanti rapport qasir li deher f’dan il-ġurnal fit-8 ta’ Frar, taħt it-titlu “Safar Ministerjali li huwa ġustifikat”.

 

F’dan ir-rapport qrajna li l-Ministru tal-Ġustizzja qisu ħa għalih għax f’l-orizzont tal-5 ta’ Frar deher artiklu bit-titlu “Il-Gvern jixxaħħaħ għax-xiri ta’ ‘defibrillator’ għall-Qorti tal-Ġustizzja: €165,000 fl-ajru”.

 

Dawn il-€165,000 huma l-flus li nefaq il-Ministru tal-Ġustizzja f’safar biss.

 

Ir-risposta tal-Ministeru tagħti ħjiel ċkejken biss ta’ kemm għandna raġun ngħidu li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea qiegħda tiswielna ferm aktar mill-fondi li jiġu mill-UE.

 

Araw x’qal il-Ministeru:

 

“Il-figura kkwotata ta’ €165,000 f’safar ma sarux mill-Ministru tal-Ġustizzja nnifsu, imma mill-Ministeru kollu u saru biex ikopru d-diversi kumitati u impenji, li fost oħrajn, l-UE tirrikjedi”.

 

Issa din l-ispiża hija dik biss li tikkonċerna s-safar ta’ Ministeru wieħed.

 

Ma tinkludix żgur is-salarji ta’ dawk l-impjegati li xogħolhom fil-Ministeru hu tista’ tgħid kollu konness mal-liġijiet u direttivi li ħerġin minn Brussels kull ġimgħa.

 

Immaġinaw mela kieku wieħed kellu jikkalkula

* kemm qegħdin jonfqu l-ministeri kollha,        

* mhux biss f’safar,                                            

* iżda wkoll f’salarji ta’ mijiet u mijiet,              

* jekk mhux ukoll eluf,                                       

* ta’ uffiċjali taċ-ċivil                                          

* li xogħolhom huwa konness                             

* mas-sbuħija ta’ Malta fl-UE.                           

 

Ara mbagħad iżżid magħhom dawk il-miljuni kollha li l-Gvern qed jiġi mġiegħel jonfoq biex jobdi l-ordni tal-UE dwar il-privatizzazzjoni, jew riforma, tat-Trasport Pubbliku, eċċ., eċċ.

 

Aħna diġà konna ktibna dwar x’jirriżulta minn stħarriġ li kienet għamlet organizzazzjoni barranija li tispeċjalizza fl-affarijiet tal-UE, l-“OPEN EUROPE”.

 

Din l-organizzazzjoni sabet li l-ispiża għal Malta biex tapplika l-liġijiet, regolamenti u direttivi tal-UE, hija madwar €72.5 miljun fis-sena

 

Mhux ta’ b’xejn li minkejja l-ħafna tpaċpiċ dwar fondi mill-UE ġejjin għal dan jew dak il-proġett, u ħafna bżar fl-għajnejn ieħor, id-dejn tal-Gvern dejjem qiegħed jiżdied.

 

Aħseb u ara x’se jiġri meta ħafna mill-fondi strutturali tal-UE jispiċċaw meta Malta ma tibqax tikkwalifika għall-istatus ta’ “Objective One”.
 

Il-politika tal-UE toħloq il-qgħad

 

Il-QGĦAD huwa l-akbar falliment tal-politika tal-UE.

 

Bħalissa hawn 23 miljun bla xogħol fis-27 pajjiżi tal-Unjoni.

 

F’wieħed mill-pajjiżi, ir-rata tal-qgħad tlaħħaq 22.8 fil-mija.

 

Il-munita ewro ma tilqax għall-qgħad.

 

F’wieħed mill-pajjiżi li daħħal l-ewro,

* hemm 4,300,000 bla xogħol,

* u r-rata tal-qgħad tal-ħaddiema taħt il-25 sena hija 44.5 fil-mija.

 

F’Malta skont l-aħħar stħarriġ uffiċjali, għandna ’l fuq minn 12,000 ifittxu xogħol.

 

Il-qgħad fl-UE mhux dovut biss

* għall-kriżi finanzjarja u ekonomika

* li hawn fid-dinja,

* iżda wkoll,

* u bl-akbar mod,

* minħabba l-politika żbaljata tal-Unjoni.

 

L-UE xxekkel lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri milli jħaddmu politika li biha jipprovdu xogħol lil dawk li s-settur privat ma jirnexxilux iħaddem.

 

Għax l-UE tippriedka li mhijiex funzjoni tal-istat li jipprovdi x-xogħol, iżda hu biss is-settur privat f’suq ħieles li jħaddem kemm is-suq jiflaħ.

 

Dan huwa skont it-twemmin liberali-kapitalista tal-UE,

* għall-kuntrarju tat-twemmin soċjali Nisrani

* li jimponi dmir fuq l-istat li jiżgura

* t-tgawdija tad-dritt tax-xogħol għal kulħadd

* bħala l-fundament tad-dinjità tal-bniedem.

 

Il-politika soċjalment inġusta tal-UE

* li l-Gvern Malti qed isegwi,

* taħseb biex li xi setturi tas-soċjetà

* tmexxihom ’il quddiem u jiżdiedu fil-ġid,

* filwaqt li ħafna setturi oħrajn jew jibqgħu lura,

* jew agħar, imorru lura u jersqu lejn il-faqar.

 

Il-miljuni qegħda huma fost dawn tal-aħħar.

 

Il-prova tal-falliment kbir tal-politika tal-UE jagħtuhielna l-protesti enormi li qegħdin naraw isiru f’ħafna bliet tal-UE.

 

Ir-risposta tal-UE

* għall-inkwiet soċjali li l-politika tagħha qiegħda toħloq,

* mhix bidla fil-politika,

* iżda l-UE qiegħda tarma l-pulizija

* ħalli jirreżistu bl-armi

* għall-irvellijiet li mistennija jinqalgħu.

 

Malta tħallas €376m. sussidji lill-UE

 

Il-GVERN Malti jsostni li l-Unjoni Ewropea ssostni li ma jitħallsux sussidji f’pajjiżna.

 

Kulħadd jaf li bis-sussidji jgawdi l-poplu.

 

Iżda mhux kulħadd jirrealizza li huwa l-poplu li jħallas is-sussidji mit-taxxi li l-Gvern joħodlu.

 

Għalhekk fl-aħħar mill-aħħar il-poplu Malti ma jbatix bil-ħlas tas-sussidji li l-Gvern joħroġ mit-taxxi li dan idaħħal minn fuq il-poplu.

Iżda hemm sussidji li l-poplu Malti qiegħed jitqanna bihom billi jħallashom lill-barranin.

 

Il-Gvern ma jgħidx lill-poplu li din is-sena l-poplu Malti se jħallas lill-Unjoni Ewropea sussidju ta’ €66,500,000.

 

Lanqas jgħidlu li fis-seba’ snin li nkunu mseħbin fl-Unjoni, il-poplu Malti se jkun ħallas lill-Unjoni sussidji li jammontaw għal €376 miljun.


Dawn is-sussidji jitħallsu kull sena lill-Unjoni Ewropea u jbatihom il-poplu Malti kollu għax il-Gvern jeħodhom mit-taxxi li jġiegħel lill-poplu jħallas.

 

Meta se jsostni l-Gvern Malti li dawn is-sussidji ma għandhomx jibqgħu jitħallsu?

 

It-tweġiba hija waħda.


Jekk il-politiċi Maltin                               

* jibqgħu jservu ta’marjonetti                  

* miġbuda bl-ispag mill-Unjoni Ewropea,

* il-poplu Malti jkollu jibqa’ jħallas         

* dawn is-sussidji lill-Unjoni.                    

 

Irid il-poplu jiddeċiedi li pajjiżna joħroġ mill-Unjoni biex dawn is-sussidji ma jibqgħux jitħallsu kull sena mill-poplu Malti lill-Unjoni Ewropea.


Ftit huma dawk fost il-poplu li jirrealizzaw

* li kull persuna f’Malta ras imb’ras                                                                      

* se tħallas din is-sena sussidju ta’ €221 lill-Unjoni Ewropea                               

* (għaliex €66,500,00 imħallsin minn 300,000 persuna, iġibu €221 kull persuna),

* u fl-ewwel seba’ snin tas-sħubija fl-Unjoni,                                                         

* kull persuna f’Malta ras imb’ras                                                                         

* se tkun ħallset lill-Unjoni s-somma ta’ €1,253 f’sussidji                                     

* (€376 miljun imħallsin minn 300,000 persuni).                                                     

 

Dawn huma ċifri meħudin minn tagħrif uffiċjali tal-Gvern.

 

Il-valuri “ateji” tal-Unjoni Ewropea

 

Il-ġimgħa l-oħra l-maġġoranza tad-Deputati Parlamentri Ewropej ivvotaw favur rapport li fih hemm miktub li n-nisa

 

“għandhom ikollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom permezz ta’ aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u abort”.


Meta qrajt ir-rapport ta’ l-orizzont dwar il-vot li ttieħed fil-PE, ftakart meta wħud mill-ġerarkija għolja tal-Knisja f’pajjiżna kienu qalu li jekk Malta tissieħeb fl-UE, se nkunu nistgħu “nesportaw il-valuri nsara tal-poplu tagħna lejn l-Ewropa”.


F’Malta spiss nisimgħu priedki u omeliji kontra l-abort.

 

Hawn ukoll għaqda li tgħidx kemm ilha titkellem favur il-ħajja u kontra l-abort, u kif xi ħadd ilissen xi ħaġa li tista’ tiftiehem li dak li jkun jista’ jaqbel mal-abort f’ċerti ċirkostanzi partikolari, bħal f’każ ta’ stupru, din l-għaqda taqbeż fuqu qisha tigra feroċi.

 

Għalhekk issa nistenna li kemm din l-għaqda, kif ukoll l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi joħorġu jikkundannaw lill-PE dwar il-vot favur

 

“aċċess aktar faċli għall-abort”.


Niftakar ukoll qisu l-bieraħ lill-preleat għoli ħafna tal-Knisja f’Malta jgħid li huwa jqis is-sħubija fl-UE bħal żarbun ġdid li meta tipprovah l-ewwel darba tħossu xi ftit issikkat, iżda biż-żmien ir-riġlejn jidrawh.

 

Tgħid se naraw li anki l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi qegħdin “jidraw” l-issikkar tal-valuri anti-Kristjani, jew ateji, bħall-“abort aktar faċli”, u jibqgħu ma jsemmux leħinhom forsi biex ma jurtawx lil dawk li daħħlu lil Malta fl-Unjoni “ATEJA” Ewropea?

 

Is-sħubija fiż-Żona Schengen hija ta’ ħsara għal Malta

 

Il-ftaħir kollu li sseħibna fiż-Żona Schengen bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea swielna ħsara kbira issa li l-Libja waqqfet il-ħruġ ta’ visa liċ-ċittadini taż-Żona Schengen, inkluża Malta.

 

Minħabba b’hekk,

* ħafna Maltin li għandhom bżonn imorru l-Libja

* għal xogħol jew għal negozju,

* ma jistgħux imorru hemm,

* sakemm tibqa’ t-tilwima li l-Libjani għandhom

* mal-pajjiżi tax-Schengen.


Għalkemm il-kwistjoni li l-Libjani għandhom mhix ma’ Malta,

* xorta waħda aħna milqutin

* għax aħna għaġġilna dħalna fiż-Żona Schengen,

* meta l-Ingilterra u pajjiżi oħrajn tal-Unjoni,

* baqgħu barra.


Is-sħubija fiż-Żona Schengen mhi qiegħda tagħmlilna ebda ġid.

 

Anzi qiegħda tagħmlilna deni,

* mhux biss għaliex meta pajjiż ikollu inkwiet maż-Żona Schengen,

* pajjiżna jiżżeffen fl-inkwiet ukoll,

* allavolja ma jkollux x’jaqsam fil-kwistjoni.


Iżda s-sħubija fix-Schengen hija wkoll ta’ ħsara għalina

* għax it-tneħħija tal-kontroll tal-passaporti u tad-dwana

* għal persuni li ġejjin mill-pajjiżi tax-Schengen,

* naqset il-kontroll fuq il-barranin li jidħlu f’pajjiżna,

* u b‘hekk iddgħajfet is-sigurtà tagħna.


Fir-rigward tal-Libja, is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona Schengen għamlitilna ħsara.

 

Għax filwaqt li qabel is-sħubija,

* ma kienx hemm ħtieġa ta’ visa biex il-Libjani jiġu Malta

* u aħna mmorru l-Libja,

* wara s-sħubija l-Gvern Malti kellu bilfors jaċċetta li jdaħħal il-visa.

 

Il-konsegwenza ta’ dan il-pass kien li naqqsu ħafna t-turisti Libjani u naqas mhux ftit in-negozju li l-Maltin kienu jagħmlu mal-Libjani.


Qatt ma jmissna aċċettajna l-impożizzjoni tal-visa min-naħa tal-Unjoni Ewropea fuq il-Libjani li jiġu Malta.

 

Jekk l-Unjoni Ewropea ma tridx li l-Libjani jidħlu għandha mingħajr visa,

* xorta aħna stajna u jmissna għamilna li f’Malta jistgħu jkomplu jiġu mingħajr visa,

* iżda ma jkunux jistgħu jmorru f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni mingħajr visa.

 

B’hekk l-Unjoni ma kenitx tnaqqas mill-kontroll li tħoss li għandha tagħmel fuq il-Libjani.

Aħna, min-naħa tagħna,

* ma għandniex ħtieġa nagħmlu dak il-kontroll,

* bħal ma għamilniex kontroll meta l-Ewropa kollha

* u l-Istati Uniti tal-Amerika

* imponew is-sanzjonijiet fuq il-Libja,

* u aħna konna jkollna vapur mimli Libjani

* jiġi hawn kuljum u jmur lura l-Libja kuljum.


Minħabba l-Unjoni Ewropea,

* warrabna kull kontroll fuq il-kriminali

* li jiġu mill-pajjiżi tal-Unjoni,

* u mponejna kontroll żejjed fuq nies li mhumiex kriminali

* sempliċiment għax huma Libjani.

 

Din id-diskriminazzjoni li l-Unjoni Ewropea tipprattika.

 

Il-Ħamis, 18 ta’ Frar, 2010

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ