MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
X’se
jagħmlu l-ħames Maltin fil-Parlament Ewropew?
Il-Prim Ministru ta’ Malta qal li jrid li l-ħames membri Parlamentari
Maltin jivvutaw favuriha.
Dan
ifisser li għalih m’hemmx lok u lanqas ħtieġa ta’ diskussjoni
dwar il-Kostituzzjoni ġdida, li skond hu, għandha tiġi approvata
bla ma l-poplu jkollu ż-żmien li jkun jaf x’fiha.
Dak li qal il-Prim Ministru jfisser ukoll li fil-waqt li wieħed miż-żewġ
Membri Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew, Dr Simon Busuttil, stqarr
pubblikament fid-29 ta’ Ottubru, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt,
li hija ħaġa f’waqtha li jittieħed żmien xieraq ħalli
l-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE tiġi miflija sewwa, il-Kap tal-Partit
tiegħu diġà ddeċieda għalih u għall-Membru
Nazzjonalista l-ieħor fil-Parlament Ewropew, is-Sur David Casa u ordnalhom
jivvutaw favur il-Kostituzzjoni ġdida, fiha x’fiha.
Għandhom
kuraġġ?
Wiehħed
issa jrid jara jekk Dr Busuttil u s-Sur Casa għandhomx il-kuraġġ
biżżejjed li jgħidu lil Gonzi li m’għandux jiddeċiedi
huwa għalihom u m’għandux jiddettalhom x’jagħmlu huma bħala
membri tal-Parlament Ewropew.
Għandhom jgħidu lil Gonzi li l-elettorat Malti jivvotalhom għall-Unjoni
Ewropea kif inhi llum u li huma m’għandhomx mandat mill-poplu Malti biex
japprovaw li l-UE tinbidel bil-mod kif il-Kostituzzjoni ġdida se tibdel
l-Unjoni Ewropea u tagħmilha differenti ħafna minn dik tal-lum.
Fuq kollox iż-żewġ Membri Nazzjonalisti tal-Parlament Ewropew għandhom
isostnu ma’ Gonzi li huwa u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin imisshom
iddiskutew magħhom x’fiha l-Kostituzzjoni ġdida qabel ma marru
jiffirmawha f’Ruma fid-29 ta’ Ottubru.
Huwa
għandhom jisħqu ma’ Gonzi li huma m’għandhomx bilfors
japprovaw dak li huwa u Frendo għaffġu f’Ruma, li se jagħmel
ħsara u mhux ġid lill-poplu Malti, għax se jorbtu aktar u jxekklu
aktar b’dak li fiha ġdid il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni.
Qagħda
aktar ċara
Il-qagħda tat-tliet Membri Laburisti fil-Parlament Ewropew hija aktar ċara minn dik taż-żewġ Membri Nazzjonalisti.
Il-Membri Laburisti ma ħadux sehem fil-laqgħa tas-Soċjalisti ta’ l-UE meta dawn ftiehmu kif se jivvotaw dwar il-Kostituzzjoni ġdida fil-laqgħa tal-Parlament Ewropew.
Is-Soċjalisti Franċiżi astjenew.
Id-Deputati
Laburisti Maltin iddikjaraw li l-Partit Laburista Malti għadu ma ddiskutiex
il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE u għalhekk huma ma setgħux
jesprimu l-opinjoni tagħhom dwarha.
Il-kelliema f’Malta tal-Partit Laburista qegħdin jinsistu li m’hemmx għaġġla
biex wieħed jiddiskuti l-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni għax
hemm sentejn żmien biex dan isir.
Huma qegħdin isostnu li f’pajjiżna għandna ħafna problemi urġenti u ta’ importanza kbira x’niddiskutu u niddeċiedu mingħajr telf ta’ żmien.
M’għandniex ninħlew f’diskussjoni issa dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-UE li tista’ qatt ma tidħol fis-seħħ u li żgur ma tidħolx fis-seħħ qabel is-sena 2007.
Għalhekk ir-raġuni tgħidilna li t-tliet Membri Laburisti fil-Parlament Ewropew m'għandhomx jiehdu sehem fil-votazzjoni li għandha ssir fil-15 ta’ Diċembru ġewwa Strasbourg.
B’hekk huma jkunu koerenti mal-linja tal-Partit Laburista f’Malta.
L-astenzjoni
mill-votazzjoni tat-tliet Membri Laburisti bl-ebda mod ma tfisser li huma qegħdin
jieħdu qagħda kontra l-UE, jew kontra s-sħubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea.
Tfisser biss li huma jirrispettaw lill-poplu Malti li għandu dritt li
jkollu żmien xieraq biex jifli sewwa x’fihom l-448 Artikli
tal-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE, li jekk tgħaddi, torbtu bħala
poplu u torbot lil kull ċittadin Malti.
L-Ewropa
Iva, l-Kostituzzjoni Le
Dan
se jkun is-‘slogan’ tal-Partit tal-Ħodor (Green Party) ta’
l-Ingilterra fil-kampanja tar-referendum li għandu jsir fl-Ingilterra dwar
il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Partit tal-Ħodor Ingliz fil-Konferenza Ġenerali tiegħu ddeċieda
li jħeġġeġ lill-poplu Ingliż biex jivvota le
fir-referendum dwar il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, minkejja l-fatt
li l-Partit mhux kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Għall-Partit
tal-Ħodor Ingliż il-Kostituzzjoni ġdida ma taqbilx ma kif il-Ħodor
iridu li l-Unjoni titmexxa bi trasparenza u skond id-demokrazija.
Waħda mill-esponenti ewlenin tal-Ħodor Ingliżi hija Caroline
Lucas li nħatret membru tal-Parlament Ewropew. Hija tikkritika bl-aħrax
lill-Kostituzzjoni ġdida.
Lucas issostni li t-trattat tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni għandu ħafna
difetti u mhux popolari mal-poplu.
Il-Kostituzzjoni l-ġdida li hemm f’dan it-trattat, ibiegħed aktar
lill-Unjoni mill-għanijiet tal-ġustizzja soċjali u ta’ ambjent
aħjar li l-poplu Ingliż kien jistenna mill-Unjoni Ewropea.
Ħtieġa
ta’ bidla kbira
Caroline
Lucas tisħaq li l-Kostituzzjoni ġdida li tfasslet ghall-Unjoni se
tmexxiha aktar fit-triq tas-sistema ekonomika neo-liberali tal-kapitaliżmu
estrem, se ġġiegħel lill-pajjiżi membri jżidu n-nefqa
militari tagħhom, u se ssaħħaħ l-industrija li tipproduċi
l-enerġija nukleari.
Il-Ħodor f’kull pajjiż huma kontra l-industrija nukleari minħabba
t-theddida kbira tan-nukleari għall-ambjent.
Ħafna jiftakru fid-diżastru ambjentali li seħħ wara l-ħsara fl-impjant nukleari elettriku ta’ Chernobyl, fir-Russja.
Issa,
l-Unjoni Ewropea ftiehmet li t-trattat dwar l-użu ta’ l-enerġija
nukleari li kellu jintemm fis-sena 2007, jiġġedded għal 50 sena oħra.
Il-membru tal-Ħodor Ingliżi fil-Parlament Ewropew tgħid li llum
hemm ħtieġa kbira għal riforma mill-qiegħ ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Dan
biex il-ġustizzja soċjali u t-titjib ta’ l-ambjent ikunu għanijiet
ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropea biex tkun trasparenti fit-tmexxija tagħha u
li twieġeb b’mod demokratiku għall-bżonnijiet tal-popli
tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni.
Caroline Lucas issostni li l-Kostituzzjoni ġdida, minflok tqarribna lejn
dawn l-għanijiet, tbiegħedna minnhom.
Skond
il-Partit tal-Ħodor Ingliż il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni
ma laħqietx l-iskopijiet li l-Unjoni Ewropea iddikjarat fil-2001
f’Leaken, meta waqqfet il-konvenzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi
membri biex ifasslu Kostituzzjoni għall-Unjoni.
Il-Kattoliċi jħossuhom imfixkla fl-Unjoni Ewropea u fl-istituzzjonijiet tagħha.
Bil-maqlub tal-mażuni li fl-Unjoni jirrenjaw.
Il-Ministru Taljan Rocco Buttiglione, Kattoliku ferventi, kellu jirtira mill-kariga ta’ Kummissarju Ewropew minħabba l-opinjonijiet morali tiegħu.
Huwa għadu kif staqsa jekk lill-Ministru Franco Frattini, li ntagħżel minn Berlusconi biex jieħu post Buttiglione, humiex se jistaqsuh hux mażun, qabel ma jaċċettawh bħala Kummissarju.
Hu
mistenni li Frattini jkun approvat mingħajr xkiel ta’ xejn.
Huwa fatt magħruf li l-mażunerija hija b’saħħitha ħafna
fl-Unjoni Ewropea.
Għad
irridu naraw kif il-Maltin, bħal Richard Cachia Caruana se jiġi milqugħ,
aċċettat u mgħejjun bħala rappreżentant permanenti
ta’ Malta Kattolika fl-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Papa
mnikket
F’dawn l-aħħar jiem tħabbar li anki l-Papa wera ruħu mnikket bil-fatt li l-influwenza Nisranija fl-Unjoni Ewropea qiegħda tonqos u tonqos.
Xhieda ta’ dan kienet iċ-ċaħda ta’ referenza fil-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, għas-sehem tat-twemmin Nisrani fil-bini ta’ l-Ewropa.
Forsi
aktar minn hekk, jolqot il-fatt li mkien fit-800 paġni tal-Kostituzzjoni
ġdida ta’ l-Unjoni ma jissemma Alla.
Għalkemm il-propagandisti ta’ l-Unjoni Ewropea f’Malta u anki esponenti
tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna, ma ammettuħx, huwa fatt li
l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea, f‘ħafna oqsma, ma taqbilx ma’
l-etika u l-morali Nisranija jew aktarx hija għal kollox kontrihom.
Ibda
mill-kwistjoni ta’ l-abort u spiċċa fil-kwistjoni taż-żwieġ
bejn persuni ta’ l-istess sess, l-Unjoni Ewropea hija kontra dak li tgħid
il-Knisja Kattolika.
B’danakollu, ħafna nsara Maltin u l-esponenti tal-Knisja Kattolika
f’Malta, għażlu li l-poplu tagħna jissieħeb fl-Unjoni u li
jkollu jaċċetta l-politika ta‘ l-Unjoni, li mhix skond il-prinċipji
nsara jew li hija għal kollox kuntrarja għalihom.
Dawn
issa qegħdin ixerrdu ħafna dmugħ tal-kukkudrilli dwar l-istorja
ta’ Buttiglione u tal-Kostituzzjoni mingħajr ma jissemma fiha t-twemmin
Nisrani.
Uliedna iżda għad iridu jxerrdu dmugħ veru u sinċier minħabba l-għażla ħażina li saret tas-sħubija ta‘ pajjiżna f’Unjoni li ’l alla tagħha huwa s-suq u l-profitt minn kull xorta ta’ negozju huwa l-prinċipju tagħha, bla ebda ħjiel ta’ morali u etika.
U
uliedna għad jisħtuna li biegħna ruħna.
Il-Kostituzzjoni
tinbidel mingħajr approvazzjoni tal-poplu
Bħallikieku
mhux biż-żejjed li l-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea
tagħmel li fi 58 każi ġodda, l-Unjoni tista tiddeċiedi
b’maġġoranza u mhux bl-unanimità tal-pajjiżi membri, hemm
ipprovdut wkoll fil-Kostituzzjoni mezz ieħor biex meta l-Unjoni Ewropea
trid, hija tista’ żżid il-każijiet li tiddeċiedi b’maġġoranza
u mhux bl-unanimità tal-pajjiżi membri.
L-Artiklu IV-444 tal-Kostituzzjoni ġdida jgħid li l-Kunsill Ewropew
jista’ unanimament jaqbel li jawtorizza lill-Kunsill tal-Ministri ta’
l-Unjoni biex jiddeċiedi b’maġġoranza tal-każi ġodda
li qabel kienu jistgħu jiddeċieduhom biss bl-unanimità.
Dan ma jkunx jista’ jseħħ jekk Parlament Nazzjonali ta’ xi pajjiż
membru ta’ l-Unjoni minn rajh joġġezzjona, iżda mhux meħtieġ
li dan jitressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament Nazzjonali tal-pajjiżi
membri.
Dan l-arrangament ġdid li daħal fil-Kostituzzjoni ġdida ta’
l-Unjoni jfisser, biex nieħdu eżempju li jiftiehem, li l-Prim Ministru
Gonzi jaqbel mal-Kapijiet l-oħra tal-pajjiżi membri fil-Kunsill
Ewropew, li l-Unjoni tiddeċiedi dwar il-politika tat-taxxi jew il-politika
barranija, bil-maġġoranza u mhux aktar bl-unanimità.
Il-maġġoranza Nazzjonalista fil-parlament Malti ma toġġezzjonax għal dan.
U
l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni jieħu deċiżjoni b’maġġoranza
dwar il-politika tat-taxxi jew il-politika barranija li Malta ma tkunx taqbel
mal-maġġoranza tal-pajjiżi membri.
F’dak
il-każ, il-poplu Malti jkollu joqgħod għad-deċiżjoni
tal-maġġoranza dwar il-politika tat-taxxi jew il-politika barranija,
avolja l-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, meta tkun ġiet approvata,
tipprovdi li ħwejjeġ dwar il-politika tat-taxxi jew il-politika
barranija, iridu jiġu deċiżi bl-unanimità.
B’dan il-mod il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni tista’ tinbidel mingħajr
ma jsiru fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni, referenda jew ratifika
fil-Parlament Nazzjonali.
Dan huwa arrangament perikoluż ħafna għall-poplu tagħna.
L-Erbgħa, 17 ta’ Novembru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ..................................................
ID Numru...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ