MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-President tal-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI),
Karmenu Mifsud Bonnici, kellu kliem iebes fil-konfront tal-politiċi kollha
taż-żewġ partiti fil-Parlament Malti, meta qal li dawn kollha qiegħdin
jittradixxu lil pajjiżhom għax ħadd minnhom ma tkellem biex jitwaqqfu l-barranin
kollha milli jidħlu f’pajjiżna li ma għandhomx permess jidħlu.
Dr Mifsud Bonnici kien qiegħed jindirizza lil dawk li attendew għal din
il-laqgħa pubblika.
Fil-fatt l-eks-Mexxej tal-Partit
Laburista qal li f’mument meta pajjiżna qiegħed jiġi nvadut minn immigranti
illegali, il-poplu Malti mhux juri interess.
Dr Mifsud Bonnici qal li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi hu responsabbli ta’ dan
għax minħabba li hu responsabbli mill-Armata, hija l-istess Armata Maltija li
qiegħda ddaħħal il-klandestini f’Malta.
Hu qal li xogħol is-suldati suppost
hu li jżommu milli jidħlu f’pajjiżna persuni li m’għandhomx il-permess biex
jidħlu, iżda minflok dawn qegħdin joħorġu u jdaħħluhom.
Din hi assurditŕ, qal Karmenu Mifsud Bonnici li semma żewġ miżuri li se jkomplu jinkoraġġixxu aktar immigranti jidħlu Malta.
Semma lill-Aġenzija Frontex li kemm ilha li twaqqfet tliet snin ilu aktar daħlu klandestini lejn Malta.
Semma wkoll il-Patt tal-Burden Sharing li ffirma l-Prim Ministru mal-mexxejja l-oħrajn tal-UE li se jgħin biex ikomplu jiġu aktar lejn pajjiżna.
Dr Mifsud Bonnici saħaq li l-Gvern
irid jagħlaq il-bibien kollha għal barranin mingħajr dokumenti u mingħajr
il-permess u dawn mhux għall-Afrikani biss.
Fil-bidu tad-diskussjoni tkellem il-Viċi Ċermen tas-CNI, Henry Debono, li wkoll
tkellem dwar in-nuqqas ta’ interess mill-poplu Malti.
Intervent ieħor sar minn Josie Muscat li qal li l-Patt li ffirma l-Prim Ministru hu biex jittieħdu biss refuġjati u mhux immigranti illegali.
Wieħed minn dawk li intervjenew
semma n-nuqqas ta’ interess miż-żgħażagħ u studenti universitarji meta l-problema
tal-klandestini hija wkoll tagħhom.
Qabel bdiet il-laqgħa saret minuta silenzju b’rispett lejn Dr Karl Chircop.
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ