MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Se nkompli nipperswadi lid-delegati biex jastjenu
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej
tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, f’konferenza stampa li għamel il-bieraħ
fil-għodu għamilha ċara li hu se jkompli jaħdem fost
id-delegati Laburisti biex jipperswadi
lill-maġġoranza biex tastjeni meta tiġi biex tivvota fil-Konferenza
Ġenerali tal-Partit Laburista dwar il-Kostituzzjoni
Ewropea.
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici għamel referenza għad-deċizjoni tal-Grupp Parlamentari Laburista li ddeċieda li jivvota favur il-Kostituzzjoni Ewropea u enfasizza li d-deċizjoni tal-Grupp Parlamentari Laburista m’hix id-deċiżjoni tal-Partit Laburista għax din se tkun magħrufa waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li fiha jivvotaw id-delegati.
Huwa tenna li
l-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali CNI
ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Grupp
Parlamentari Laburista.

Dr. Karmenu Mifsud Bonnici irrefera għad-diskussjoni li għaddejja fil-Partit Laburista dwar il-Kostituzzjoni Ewropea u qal li l-Partit Laburista qiegħed jorganizza ‘assembleji’ li fihom jiddiskuti.
Qal li hu attenda għal tlieta minn dawn l-assembleji, għalkemm f’waħda minnhom kien hemm oppożizzjoni.
Hu saħaq li l-oppożizzjoni ma saritx mit-tmexxija tal-Partit Laburista iżda minn xi delegati.
Tenna li
f’dawn l-assembleji hu qiegħed jikkritika l-linja li ħa l-Grupp
Parlamentari Laburista, waqt li oħrajn qegħdin jiddefendu l-pożizzjoni
li ħa il-Grupp Parlamentari.
Dr Mifsud Bonnici fisser għaliex il-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali CNI
ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-Grupp
Parlamentari Laburista, fosthom dik li jekk ir-ratifika ma ssirx b’maġġoranza
kwalifikata ħadd ma jkun jista’ jargumenta li r-ratifika tat-Trattat li
jistabbilixxi l-Kostituzzjoni għall-Ewropa tegħleb
dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni ta’ Malta
li jistgħu jinbidlu biss jekk ikun hemm żewġ terzi jew aktar
tal-Membri Parlamentari kollha li jivvotaw għat-tibdil tagħhom.
Dr Mifsud
Bonnici qal li fost dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni
Maltija li jistgħu jinbidlu biss
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jew aktar, hemm l-Artikolu
6 li jgħid li l-Kostituzzjoni
Maltija hi suprema u tipprevali fuq kull
liġi f’Malta.
Enfasizza li sakemm dan l-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Maltija ma jitqiesx li
ntgħeleb bir-ratifika b’maġġoranza kwalifikata tat-Trattat li
jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea,
kull liġi li tagħmel l-Unjoni Ewropea
li ma tkunx taqbel mal-Kostituzzjoni
Maltija, ma tkunx tiswa u ma jkollhiex
effett f’Malta.
Il-Mexxej tas-CNI
Dr Mifsud Bonnici qal li punt ieħor
li ssemma mill-Grupp Parlamentari
Laburista u li s-CNI
ma taqbilx miegħu hu dak meta jingħad li m’hemmx differenza bejn it-Trattat
ta’ Ateni u l-Kostituzzjoni Ewropea.
Huwa
qal li Artiklu 37 tal-Kostituzzjoni
Ewropea jagħti s-saħħa
lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri biex iżidu is-setgħat ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Dr Mifsud Bonnici tenna li “bħala CNI
ma naqblux mal-Grupp Parlamentari meta qal
li fil-Kostituzzjoni Ewropea
hemm biżżejjed salvagwardji biex nipprotegu l-politika tan-newtralità.
Ma
naqblux ma’ dan għax Artikoli 41.7 u 43.1 ipoġġu obbligu fuq
kull membru biex jibgħat għajnuna lil kwalunkwe membru ta’ l-Unjoni
Ewropea li jkun safa’ attakkat, li
jipparteċipa f’għajnuna militari u li jintervjeni b’azzjoni
f’pajjiż terz li jkun ġie attakkat minn xi attakk terroristiku.
Bħala CNI
ma naqblux li l-Partit Laburista
jivvota favur il-Kostituzzjoni għax dan
id-dokument iħalli barra żewġ dikjarazzjonijiet importanti fuq
in-newtralità u fuq Ghawdex.”
Dr. Karmenu
Mifsud Bonnici enfasizza li l-istess Grupp
Parlamentari Laburista kien ivvota kontra r-ratifika tat-Trattat
ta’ Ateni u għalhekk jekk issa jivvota favur il-Kostituzzjoni
Ewropea ikun qiegħed jaqleb il-linja li kien ħa qabel.
Hu rrimarka li fil-Konferenza Ġenerali
tal-Partit Laburista se jkun hemm żewġ mozzjonijiet, waħda
theġġeġ lid-delegati biex jivvotaw favur il-Kostitizzjoni
Ewropea u mozzjoni oħra biex jastjenu.
'
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 17 ta’ Mejju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar